B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10158, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-pjanijiet tal-Gvern fuq il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa u jekk dan hux ippjanat li se jsir?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 18203
FSWS - Social workers li rriżenjaw - Snin ta’ esperjenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom jaħdmu bħala social workers mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) dawk is-social workers li rriżenjaw mill-istess Fondazzjoni matul l-2025? Jista’ wkoll jagħti l-medja (average), median u mode fis-snin ta’ esperjenza tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li il-medja ta’ snin ta’ dawk li kienu ilhom jaħdmu bħala
Social Workers
u rriżenjaw fl-2025 kienet ta’ 7.98 snin. Il-
median
kien ta’ 5.6 snin waqt li l-
mode
kien ta’ 7 snin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw social workers mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li in-numru ta’
Social Workers
li irriżenjaw mill-
Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
(
FSWS
) matul l-2025 kien ta’ 14.
Professjoni tas-social work - Nefqa għall-promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal biex issir promozzjoni tal-professjoni tas-social work fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li in-nefqa totali biex issir promozzjoni tal-professjoni tas-
social work
fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji matul l-2025
huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Tip ta' attivita'
Ammont
Social Work Billboard
ħdejn l-Università
€3,540
Freehour (Malta’s Go-To Platform for Students & Youths)
€3,363
Interventi fuq mezzi tal-midja
€1,000
Laqgħat ma’
Guidance Teachers*
€300
Laqgħat ma’ studenti*
€700
Career Talks
minn professjonisti tal-FSWS*
€1,000
Total
€9,903
*Spiża f’ termini ta’ ħin operazzjonali biex isiru dawn il-laqgħat
.
Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work hijiex marbuta ma’ xi kundizzjoni biex l-istudenti jaħdmu fis-settur pubbliku wara li jlestu d-degree tas-social work?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru
33836
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34146 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji - Arretrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata bl-arretrati minn Ottubru li għadda?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda li ngħatat fl-istipendji tal-istudenti tal-kors tas-social work, hijiex ser tingħata lill-istudenti kollha, jew jekk hemmx xi kundizzjonijiet marbuta ma’ din iż-żieda, per eżempju, il-post fejn jagħmlu l-placement?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-iskema hija miftuħa għall-istudenti kollha tas-
social work
u hija għażla ħielsa tal-istudenti jekk japplikawx għal din l-iskema kif ġie mħabbar jew le.
Għal min b’ġħażla libera tiegħu jagħżel li jidħol f’din l-iskema hemm l-obbligu li l-istudenti jaħdmu għal sena ma’ xi entità tal-Gvern jew entitajiet li jgawdu minn għajnuna finanzjarja minn għand il-Gvern
wara
li jiksbu l-
warrant
ta’
social worker
. Din l-kundizzjoni hija ukoll opportunita’ għall-istudent li jkun jista’ jaħdem u jagħti sehemu fis-soċjeta’.
Tajjeb jingħad li kien biss riċentement li entitajiet mhux governattivi bdew jaċċettaw studenti għall-
placement
, meta għal ħafna snin kienet biss l-FSWS li kienet tieħu dawn l-placements, u dan wara talba speċifika mill-Università f’ dan ir-rigward.
Studenti tal-kors tas-social work - Żieda fl-istipendji
Question
B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti fil-kors tas-social work, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm biss il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-ebda waħda mill-entitajiet oħra pubbliċi jew mhux governattivi li wkoll jimpjegaw social workers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-konferenza tal-aħbarijiet li qed issir riferenza għaliha kienet organizzata b’ mod konġunt bejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali w id-Drittijiet tat-Tfal u dak tal-Edukazzajoni, Żgħażagħ, Sport u Riċerka.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ħlas fis-sena għal kull waħda mill-Assistenza għal Diżabilità, Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u Assistenza għal Diżabilità Severa (separatament għal kull benefiċċju)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Assistenzi għal Diżabilità jitħallsu b’rata fissa fil-ġimgħa u l-pagamenti jitħallsu kull erba’ ġimgħat bil-quddiem. Ir-rati pagabbli fil-ġimgħa taħt l-artikolu 27 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap318) tal-Liġijiet ta’ Malta, huma skont it-tabella li ssegwi. Tajjeb jiġi nnutat illi skont l-emendi li saru fl-aħħar snin bis-saħħa ta’ diversi budgets, dawn l-assistenzi m’għadhomx
means tested
,u ħlief għal l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa li hija ekwivalenti għall-Paga Minima Nazzjonali netta, min jirċevihom jista’ jkun qed jaħdem ukoll.
Dawn l-assistenzi jiżdiedu bl-ammont sħiħ tal-għoli tal-ħajja waqt li l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa tiżdied b’90% taż-żieda fil-Paga Minima Nazzjonali, liema żieda ma tkunx anqas mill-COLA. Barra minn hekk dawn il-benefiċċjarji huma ntitolati wkoll għal ħlas ta’ bonus addizzjonali ta’ €3.12 fil-ġimgħa u bonus ta’ €135.10 kull sitt xhur.
Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa
€206.50
Assistenza għal Diżabilità Severa u għal Persuna b’Vista Batuta
€134.56
Assistenza għal Diżabilità
€107.28
Benefiċċju għal Diżabilità
€80.46
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kriterji li wieħed irid jissodisfa sabiex ikun eleġibbli għal Assistenza għal Diżabilità, Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u Assistenza għal Diżabilità Severa, separatament għal kull benefiċċju? Jista' jgħid ukoll kif jiġi deċiż għal liema assistenza wieħed ikun intitolat għaliha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi persuna b’diżabilità tista tibbenefika minn Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, Assistenza għal Diżabilità Severa jew Assistenza għal Diżabilità, skont is-severità tal-kundizzjoni tagħha. U issa, b’effett minn Jannar 2026, bis-saħħa ta’ miżura tal-Budget ġie ntrodott ukoll il-Benefiċċju għal Diżabilità bħala r-raba’ livell ta’ għajnuna.. Dan minbarra l-Assistenza għal Viżta Batuta.
Infakkar li permezz ta’ miżura tal-Budget 2024, ġie emendat l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), prinċiparjament l-Artikolu 106 (g) li permezz tiegħu ġie kompost bord inter-professjonali sabiex jevalwa l-applikazzjonijiet għall-Assistenzi (jew Benefiċċju) ta’ Diżabilità hawn fuq imsemmija. Il-bord inter-professjonali jibbaża l-evalwazzjoni ta’ tali applikazzjonijiet fuq il-mudell tal-World Health Organisation International Classification of Functioning, Disability, and Health (ICF).
Hawn taħt qed nipprovdi tabella bil-persentaġġi ta’ non-funzjonalità li jagħtu eliġibilità skont s-severità tal-kundizzjoni:
Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa
Mhux anqas minn 75%
Assistenza għal Diżabilità Severa
Minn 60% sa 74.99%
Assistenza għal Diżabilità
Minn 45% sa 59.99%
Benefiċċju għal Diżabilità
Minn 30% sa 44.99%
Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta
Mhux anqas minn 50%
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026, u għalhekk ma hemm l-ebda Direttiva li għadha pendent f’isem il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rtiraw ta’ 61 sena mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma x-xejriet u x’qed iwassal għal tali xejriet u kemm kienu effettivi l-miżuri li ddaħħlu f’dan ir-rigward matul dawn l-aħħar snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi riprodotta fit-tabella ta’ hawn taħt.
Kif wieħed jista’ jara mit-tabella, ix-xejriet fl-aħħar snin huma li aktar nies qed jagħżlu li jtawwlu l-ħajja tagħhom fid-dinja tax-xogħol u fl-istess ħin idewmu ż-żmien meta jibdew jirċievu l-pensjoni.
Filwaqt li fl-2012, qabel ma l-età tar-irtirar żdiedet għal 62 sena, kellna 2,657 persuni li rtiraw fl-età ta’ 61 sena, bl-ewwel żieda fl-età tal-irtirar għal 62 sena, dan in-numru naqas għal 1,368 fl-2013.
Sal-2018, in-numru ta’ dawk li rtiraw fl-età ta’ 61 sena baqa’ xi ftit jew wisq stabbli b’varjazzjonijiet żgħar. Dan minkejja li l-età tal-irtirar reġgħet żdiedet lejn l-aħħar ta’ dan il-perjodu għal 63 sena.
Mill-2019 sal-2022 kien hemm tnaqqis ieħor relattivament żgħir, minkejja li l-età tal-irtirar reġgħet żdiedet lejn l-aħħar ta’ dan il-perjodu għal 64 sena.
In-numri bdew jonqsu b’pass aktar mgħaġġel mill-2023, tant li fl-2025 ta’ 61 sena rtiraw nofs dawk li rtiraw fl-2013 u kwart ta’ dawk li rtiraw ta’ 61 sena fl-2012.
Għalkemm iż-żieda fl-età tal-irtirar, riżultanti mir-riforma tal-2006, u magħha persuni b’kontribuzzjonijiet insuffiċjenti li ma jistgħux jirtiraw kmieni, għenu sabiex naqsu n-numri inizjalment, l-akbar fattur kien bla dubju l-introduzzjoni tal-inċentiv għal min jipposponi l-pensjoni.
Dan l-inċentiv daħal fl-2016, inizjalment għall-impjegati fis-settur privat, u eventwalment kien estiż għall-impjegati fis-settur pubbliku fl-2019 u l-2020.
Fattur ieħor aktar riċenti kien iż-żieda fir-rata ta’ dan l-inċentiv fl-2024 – dan aċċellera t-tnaqqis wara l-2023.
Fil-fatt, waqt li bejn l-2016 u l-2023, il-perċentaġġi ta’ pensjoni addizzjonali għal min jipposponi l-pensjoni kienu jvarjaw bejn 5% għal sena ta’ posponiment u 23% għal 4 snin ta’ posponiment tal-pensjoni, dawn fl-2024 żdiedu għal bejn 6.5% u 29%.
Pensjonanti li rtiraw fl-età ta’ 61 sena
Sena
Ammont
2012
2,657
2013
1,368
2014
1,266
2015
1,213
2016
1,254
2017
1,223
2018
1,220
2019
1,123
2020
1,155
2021
1,124
2022
1,079
2023
936
2024
864
2025
685
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rtiraw ta’ 61 sena mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma x-xejriet u x’qed iwassal għal tali xejriet u kemm kienu effettivi l-miżuri li ddaħħlu f’dan ir-rigward matul dawn l-aħħar snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Il-Mosta – Uffiċċji tas-Sigurtà Soċjali - Refurbishment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar ir-refurbishment tal-uffiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-Mosta? Jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm sewa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tiegħu u jekk iva, kemm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Strateġija biex jiżdied it-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 33366