Jista' l-Ministru jgħid x’qed iżomm milli ssir l-istallazzjoni approvata tal-lifts fil-blocks tal-Housing Estate ta' Ta’ Xbiex partikolarment fi blocks C5 u D4 tal-Housing Estate?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qiegħda fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni tat-tenders għall-istallazzjoni ta’ lifts fi blokki C5 u D4 Ta’ Xbiex. Ix-xogħol fuq dawn il-lifts mistenni jinbeda kmieni din is-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7046 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienu qalulu li ħa promotion imma qatt ma ħa żieda u li qed jitlob ħlas lura tas-sena 2005 għax kienu qalulu li dawn il-flus se jingħataw wara l-collective agreement?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, tingħata l-kumpens dovut fuq post li l-Gvern kien waqqa' fis-snin sebgħin? Jista' l-Gvern jara li jżomm mal-ftehim li kien sar?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12973 u jgħid jekk il-mediċina Lyrica - 150mgs tinstabx mill-Ispiżeriji tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, min hu intitolat li jeħodha?
Royal College of Surgeons in Ireland — laqgħat mal-Malta Enterprise
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13705 u 11313 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’qed iżomm milli jimmaterjalizza l-proġett tar-Royal College of Surgeons in Ireland (RCSI) li avviċina u kellu laqgħat mal-Malta Enterprise biex minn Settembru 2008 kellu jiftaħ ċentru f’Malta u joffri programm universitarju fil-qasam tal-mediċina għal studenti internazzjonali kif għandu f’pajjiżi oħra bħall-Malasja, Bahrain u Dubai?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li r-Royal College of Surgeons in Ireland hu wieħed minn żewġ istituzzjonijiet ta’ tagħlim li wrew interess li joffru korsijiet ta’ livell universitarju fil-qasam tal-mediċina. L-istituzzjoni l-oħra hi s-St. George’s College ta’ l-Università ta’ Londra bi sħab ma’ l-Università ta’ Malta.
Informat ukoll li dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ġew mitluba jagħtu dettalji relevanti u dawn għaddew għand kumitat maħtur apposta biex jixtarr iż-żewġ sottomissjonijiet. Il-kumitat talab ukoll numru ta’ spjegazzjonijiet liż-żewġ partijiet fuq xi punti li dwarhom xtaq iżjed informazzjoni. Ġew imsejħa wkoll biex jagħtu preżentazzjoni hawn Malta qabel ma l-kumitat beda d-deliberazzjonijiet tiegħu biex joħroġ rapport li fih ġabar dawk il-fatturi kollha relevanti għad-deċiżjoni. Meta tlesta, r-rapport għadda lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u deċiżjoni fuq x’inhi l-aħjar alternattiva taħt iċ-ċirkustanzi għadha trid tittieħed.
M’hemm l-ebda tibdil fil risposta hawn fuq imnizzla.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14101 u 11417 u jgħid kemm hemm speech therapists jaħdmu ma' xi qasam li jaqa' taħt il-Ministeru? F'liema qasam jaħdmu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li hemm 65 Speech Language Pathologists li jaħdmu fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa. Minn dawn 43 jaħdmu full-time, 14 reduced hours, 2 qegħdin fuq Special Long Leave u 7 qegħdin fuq Parental Leave.
Servizzi ta' Speech Language jingħataw fi 8 Ċentri tas-Saħħa, 18 Bereġ, fl-isptarijiet kollha ta' Malta u Għawdex (inkluż ta' l-SVPR), 5 Skejjel Speċjali u 29 Skejjel Primarji u Sekondarji tal-Gvern.
Informat ukoll li servizz fuq bażi ta' konsulta u/jew edukazzjoni ta' l-istaff ta' l-Adult Training Centres huwa offrut regolarment.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5628, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk naqsitx in-nefqa fl-użu ta' antibiotiċi matul l-2009 meta mqabbel mas-sena 2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14151 u 13726 u jgħid hux minnu li fl-eqqel tax-xitwa se jinżammu magħluqin il-bereġ biex l-infermiera jlaqqmu kontra l-influwenza A H1N1? Jista' dan it-tilqim isir f'ħinijiet oħra mingħajr ma tinħoloq inkonvenjenza lil tant nies?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14105 u jgħid jekk omm single li tibbenefika miċ-children's allowance tistax tibbenefika wkoll mill-benefiċċu tal-wens jekk toffri s-servizz tagħha biex tgħin lil persuna li tiġi minnha li tkun qed tbati minn mard serju li jirrendiha diżabbli?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li omm single li tibbenifika miċ-children allowance ma tistax tibbenifika ukoll mill-pensjoni tal-wens.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14149 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13698, jista' l-Ministru jwieġeb parti (b) kif mitlub? Rigward parti (A), fir-rigward tal-73200 persuna b'mard kardjovaskulari u respiratorju fuq skeda V, jista' l-Ministru jagħti breakdown lokalità b'lokalità? Fil-każ tal-lokalitajiet fejn iddaħlet is-sistema tal-POYC, kemm żdiedu l-persuni bl-iskema V minħabba mard kardjovaskulari u respiratorju f'kull lokalità mill-2007 'l hawn?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li s'issa m'hemm l-ebda informazzjoni dettaljata kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Id-dati statistiċi maqsumin f'lokalitajiet differenti huma relatati mat-total ta' applikazzjonijiet għall-iskeda V u mhumiex maqsumin f'mard speċifiku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14150 u 13727 u jgħid:
a) f'kemm-il
households
baqgħu l-istess numru ta' tfal taħt is-sittax-il sena matul 2009?
b) f'kemm minn dawn il-famliji:
i) naqas iċ-children's allowance?
ii) żdied iċ-children's allowance?
Jista' jingħataw lokalità b'lokalità?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ households li baqgħu bl-istess numru ta’ tfal taħt is-sittax-il sena matul l-2009 kien ta’ 40,093.
Informat ukoll li n-numru ta’ familji li naqsetilhom ic-
children allowanc
e
fis-sena 2009 kien ta’ 17,702 u dawk il-familji li żdiditilhom kienu jammontaw għal 7,631.
Ser inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi dawn il-figuri lokalità b’lokalità.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma l-applikanti li bħalissa applikaw biex jingħataw akkomodazzjoni alternattiva, fis-sens ta' informazzjoni dwar dak li jkun hux qed jitlob akkomodazzjoni għaliex:
a) hu
homeless
b) single mother
eċċ. skond il-kategoriji tal-awtoritajiet konċernati?
In vista tal-Konferenza Nazzjonali dwar il-Famlija organizzat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex ifassal politika nazzjonali dwar il-familja?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Kummissarju Nazzjonali għall-Familji waslet biex tippreżenta l-aħħar abbozz tal-Politka Nazzjonali dwar il-Familja lill-Ministeru, biex wara ssir konsultazzjoni pubblika dwarha.
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat min-naħa tal-Gvern u xi twettaq s'issa biex jiġu mgħejjuna n-nies li jagħmlu fosteringta' tfal ta' terzi? Kemm hawn tfal fostered f'pajjiżna? X'nazzjonalità għandhom? Kemm hawn family units li jagħmlu fostering?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li saru dawn l-attivitajiet:
1) Kampanja għal aktar għarfien dwar il-
fostering
bil-għan li aktar familji jitħajru jiffosterjaw tfal li qegħdin jirrisjedu ġo djar tat-tfal u biex jinstabu foster carers godda għal tfal li jkollhom bżonn protezzjoni b’mod urgenti.
2) Marbuta ma’ din l-Kampanja hemm ppjanati iżjed programmi ta’ taħrig għal foster carers prospettivi li dawn mbgħad issirlhom l-Home Study Report u wara li jigu approvati mill-Bord tal-Fostering ikomplu jiġu segwiti u appoġati mil-aġenzija permess tal-ħaddiema soċjali u anke billi jattendu support groups li huma organizatti mill-agenzija.
3) Minn Jannar ta’ din is-sena ic-Child in Care Benefit żdied minn 40 ghal 70 euro.
4) Kull foster family għandha
social worker
biex jghinuhom fid-diffikultajiet li jiltagħqu magħhom fit-trobbija ta’ dawn it-tfal.
5) Isiru, programmi ta’ taħrig u
support groups
b’mod regolari.
6) Tfal
fostered
hawn 190
7) Tfal kollha huma Maltin b’eċċezzjoni ta’ żewgt t-tfal li huma mill-Afrika.
8) F’Malta hawn 180
foster carers
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14089 u jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra tibdil fil-liġi tal-famlija biex żgħażagħ li jagħlqu 18-il sena u li jkunu għadhom qed jistudjaw, jibqgħu jkunu intitolati għall-manteniment?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 13562.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14095, 13251 u 12772 u jgħid kemm huma l-anzjani li se jitilfu l-għajnuna supplimentari minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 15750 persuni li jirċievu l-Għajnuna Supplimetari tista tonqsilhom din l-għajnuna jekk ma jiżdiedx is-‘ceiling’ bl-għoli tal-ħajja.
Mosta — Youth Empowerment Centre - ħaddiema full-time u voluntiera
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu ħaddiema full-time u kemm kellu voluntiera jaħdmu miegħu il-Youth Empowerment Centre tal-Mosta ? Jista' jgħid kemm kienu jattendu żgħażagħ f'dan iċ-ċentru?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Minsteru konċernat.
ħlas minn gvernijiet tal-Unjoni Ewropea għal kura medika għat-turisti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern Malti minn gvernijiet tal-Unjoni Ewropea bħala ħlas għall-kura medika għat-turisti taħt l-iskema E111 fl-aħħar ħames snin?