Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa kapitali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019 kienet ta’ €1,199,616.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti n-nefqa kapitali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 t’Awwissu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa kapitali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 t’Awwissu 2019 kienet tikkonsisti, f’Airconditioners; Electrician-New Server Room; Vetturi; Van inkluż sireni, dwal u alterazzjonijiet; scanners/CCTV u K9 klieb inkluż it-trasport.
Għawdex, Għajnsielem– Triq l-Imġarr – problema ta’ sewqan eċċessiv
Question
Fid-dawl tal-inċidenti li seħħew fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem, Għawdex, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x'miżuri qed jieħu jew beħsiebu jieħu l-Gvern jew l-entitajiet tiegħu biex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv f'din it-triq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li sabiex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem, li hija l-aktar triq traffikuża f’Għawdex, kif ukoll toroq oħra madwar il-gżira, il-Pulizija tad-Distrett ta’ Għawdex regolarment tagħmel spot checks f’dawn l-inħawi. Hemm okkażjonijiet fejn dawn isiru anke bl-assistenza tal-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku ta’ Malta. Infurmat ukoll illi qed isiru arranġamenti biex fil-futur qrib, il-Pulizija ġewwa Għawdex ikollha wkoll high tech speed cameras, biex bl-użu ta’ dan l-apparat ikompli jikber id-deterrent għal sewqan eċċessiv.
Jista’ l-Ministru jelenka l-promozzjonijiet kollha li ngħataw fil-Forzi Armati ta’ Malta mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promozzjonijiet kollha li ngħataw fil-Forzi Armati ta’ Malta mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2019 huwa kif ġej:
Lieutenant to Captain
6
2nd Lieutenant to Lieutenant
1
Warrant Officer Class 1 to Warrant Officer Class 2
2
Staff Sergeant to Acting Warrant Officer Class 1
1
Staff Sergeant to Warrant Officer Class 2
7
Sergeant to Staff Sergeant
51
Bombardier to Sergeant
22
Lance Bombardier to Bombardier
105
Gunner to Lance Bombardier
96
Membri fil-Korp tal-Pulizija – taħriġ barra mill-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li attendew għal xi taħriġ barra mill-pajjiż bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019 kien hemm tlieta u tletin (33) membru fil-Korp tal-Pulizija, li attendew għal xi taħriġ relatat mad-doveri tagħhom, barra mill-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta li attendew korsijiet barra l-pajjiż bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 66 membru tal-FAM attendew korsijiet barra l-pajjiż bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Awwissu 2019.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri f’solitary confinement
Question
Jista’ l Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li tpoġġew f'solitary confinement fil-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 t’Awwissu 2019 u mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.i Interpellant li filwaqt li ma teżistix sezzjoni li hija strettament “solitary confinement”, parti żgħira ħafna mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin toffri din il-possibilità u l-'inmate' jingħata l-fakultà li joħroġ barra miċ-ċella hekk kif tippermetti l-liġi.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri f’solitary confinement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li jintużaw ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jiġi deċiż li persuna titpoġġa f'solitary confinement?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11172.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – każijiet ta’ vjolenza bejn priġunieri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza rrapportati bejn priġunieri li seħħew fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 t’Ottubru 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ġewwa l-ħabs dwar xi każijiet ta’ vjolenza rrapportata bejn priġunieri.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Konsulenzi minn ditta legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sena 2000 ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament. Dan ix-xogħol ingħata b’direct order u l-ispiża kienet tammonta għal € 552, li kienu servizzi legali fuq ftehim bejn Tug Malta Ltd u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sigħat ta’ overtime maħduma mill-membri fil-Korp tal-Pulizija xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Awwissu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li s-sigħat ta’ overtime maħduma mill-membri fil-Korp tal-Pulizija xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Ġunju 2019, esklużi dawk relatati mal-elezzjonijiet, kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Il-figuri għax-xhur ta’ Lulju u Awwissu għadhom qed jinħadmu.
2019 - Xahar
Ammont ta’ Sigħat
Jannar
45977.50
Frar
46155.00
Marzu
54250.00
April
61227.50
Mejju
86938.45
Ġunju
55238.03
Total
349786.48
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' każijiet ta’ serq xahar b'xahar mill-1 ta Settembru 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2019 fil-lokalitajiet segwenti:
a. Valletta;
b. Floriana;
c. Il-Marsa;
d. Il-Ħamrun;
e. Paola;
f. Marsaskala;
g. Marsaxlokk;
h. Birżebbuġia;
i. Ħal Għaxaq;
j. Ħal Safi;
k. Il-Qrendi;
l. L-Imqabba;
m. Ħad-Dingli;
n. Ir-Rabat;
o. Ħ’Attard;
p. Il-Mosta;
q. In-Naxxar;
r. San Pawl il-Baħar;
s. Il-Mellieħa;
t. Il-Għargħur;
u. Bormla;
v. Il-Birgu;
w. Isla;
x. Il-Kalkara;
y. Il-Fgura;
z. Birkirkara;
aa. Ħal Lija;
bb. L-Iklin;
cc. Ħal Balzan;
dd. San Ġiljan;
ee. Is-Swieqi;
ff. Pembroke;
gg. Tas-Sliema;
hh. Il-Gżira;
ii. L-Imsida;
jj. Ir-Rabat (Malta);
kk. Ħaż-Żebbuġ;
ll. L-Imġarr (Malta);
mm. L-Imtarfa;
nn. Iż-Żejtun;
oo. Iż-Żurrieq;
pp. Is-Siġġiewi;
qq. Ħal Qormi;
rr. Ħal Luqa;
ss. Ħal Kirkop;
tt. Ta’ Xbiex; u
uu. Għawdex kollu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11164.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rrapportati lill-pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Awwissu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li skont is-sistema kompjuterizzata tal-pulizija, għall-perjodu bejn Jannar u Awwissu 2019 kienu rrappurtati 884 każ ta’ vjolenza domestika.