Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta — sejħiet għar-reklutaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għar-reklutaġġ kien hemm fil-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fl-2020 u fl-2021 u jgħid kemm applikaw rispettivament f’kull waħda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt:. Forzi Armati ta’ Malta Pulizija 2020 2020 Number of Calls Calls for Applications Number of Applicants Number of Calls Calls for Applications Number of Applicants 1 Officer Cadets 21 1 Kuntistabbli 198 2 Regular Soldiers 124 2 Kuntistabbli 280 3 Regular Soldiers with Technical Background and Musicians 8 3 Spetturi 59 4 Kuntistabbli ta’ riserva 37 2021 2021 Number of Calls Calls for Applications Number of Applicants Number of Calls Calls for Applications Number of Applicants 1 Regular Soldiers in ‘C’ Company 1 Regiment or the Special Operations Unit 151 1 Kuntistabbli 166 2 Regular Soldiers 96 2 Kuntistabbli 158 3 Regular Soldiers with Technical Background and Musicians 11 3 Spetturi 17 4 Regular Soldiers Aspiring to Pursue a Technical Military Career – MCAST Scheme 11 4 Kuntistabbli ta’ riserva 46 5 Officer Cadets 30 6 Regular Soldiers 155 7 Regular Soldiers with Technical Background and Musicians 15 8 Regular Soldiers Aspiring to Pursue a Technical Military Career – MCAST Scheme 7

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – klieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’razza huma l-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u x’inhi l-età tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-razez tal-klieb huma: 4 German Shephard età ta’ 8 snin; 1 Dutch Shephard età ta’ 12-il sena u 2 Belgian Shepherd età ta’ sena.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – xiri ta’ ikel tal-klieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u mingħand min jinxtara l-ikel tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fis-sena 2020 u 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ikel jinxtara permezz ta’ sejħa għall-offerti li ssir għal sena sħiħa u fis-snin 2020 u 2021 inxtara mingħand CB Pet Supplies.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – xiri ta’ ikel tal-klieb – nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'xiri tal-ikel tal-Klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fis-sena 2020 kollha u fis-sena 2021 kollha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infumat li l-ispiża tal-ikel għas-snin 2020 u 2021 hija ta’ €4,402.85 u €5,526.90 rispettivament.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – xiri ta’ ikel tal-klieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xiri tal-ikel tal-klieb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili isirx b’direct order jew wara li tinħareġ tender pubblika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ikel jinxtara permezz ta’ sejħa għall-offerti li ssir għal sena sħiħa.

LESA – tħassir ta’ kontravvenzjonijiet ta’ politiċi, kanditati ta’ partit politiku, Deputat Parlamentari jew uffiċjali ta’ partit politiku

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ ismijiet ta’ politiċi, kandidati ta’ partit politiku, Deputati Parlamentari, uffiċjali ta’ partit politiku li kellhom id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet tagħhom imħassra mis-sistema tal-LESA fl-aħħar snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ebda impjegat ma jista’ jħassar kontravenzjoni mis-sistema tal-LESA. Id-deċiżjonijiet dwar il-petizzjonijiet li jidħlu wara kontravenzjoni huma deċiża minn bord li huwa indipendenti mill-Aġenzija. Wara rapport dwar persuna, il-LESA bdiet mill-ewwel proċedura dixxiplinarji fil-konfront tagħha , u ġiet imneħħija mill-post tagħha.

LESA – impjegat li kien involut iħassar id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet ta’ vetturi ta’ politiċi u negozjanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Pulizija għadha ma ressqitx ‘l Qorti lill-impjegat tal-LESA li kien involut biex iħassar id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet ta’ vetturi ta’ politiċi u negozjanti u uffiċjali tal-Partit Laburista u/jew ta’ Ministri preżenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nireferri lill-Onor. Interpellant għat-twġiba tal-mistoqsija Parlamentari 23668.

Inkjesta Maġisterjali — impjegati li kien involut jħassar id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet ta’ vetturi ta’ politiċi u negozjanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija talbitx il-ftuħ ta’ Inkjesta Maġisterjali dwar l-impjegat tal-LESA li kien involut biex ħassar id-dettalji ta’ kontravvenzjonijiet ta’ vetturi ta’ politiċi u negozjanti u uffiċjali tal-Partit Laburista u/jew ta’ Ministri preżenti? Jekk iva, meta? Jekk le, għala?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nireferri lill-Onor. Interpellant għat-twġiba tal-mistoqsija Parlamentari 23668.

Persuni li qed jiskontaw sentenza fuq akkuża waħda ta’ pussess sempliċi ta’ Kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li skontaw sentenza ta’ priġunerija fuq akkuża waħda ta’ pussess sempliċi (mhux aggravat) ta’ Kannabis (mhux droga oħra) mill-Qrati tagħna fl-aħħar erba’ snin? (Jiġifieri f’każ fejn l-unika akkuża kienet ta’ pussess sempliċi ta’ Kannabis, bla reċidività)

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lil-Onor Intperllant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Korp tal-Pulizija — rizultat tas-survey mid-ditta PWC

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tas-survey intern li sar fil-Korp tal-Pulizija mid-ditta li-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-aħħar ġranet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20242.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23717.

Immigranti irregolari rritornati lejn pajjiżhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22496 u jgħid lejn liema pajjiżi ġew iritornati immigranti irregolari fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2021? Jekk il-Ministru ser iwieġeb li r-risposta tingħata f’seduta oħra, jista’ jispjega għaliex dan id-dewmien għal tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23548.

Protezzjoni Ċivili – kiri ta’ vetturi għal funzjonijiet privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex permissibbli li vetturi tal-Protezzjoni Ċivili jinkrew u/jew jintużaw għal funzjonijiet privati mhux għal skop ta’ ħidma konnessa ma’ ‘protezzjoni ċivili’ iżda għal skop ta’ divertiment, attrazzjoni jew skop ieħor?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ilu snin twal jagħti servizzi bi ħlas lil terzi persuni inkluż li jikri l-Fire Engines lil terzi persuni għal diversi raġunijiet. Matul is-snin dawn is-servizzi ngħataw waqt diversi attivitajiet fosthom ħruq ta’ nar waqt festi, tiġijiet, u okkażjonijiet oħra; attivitajiet tal-massa, festini u anke filming ta’ films. Dan is-servizz jingħata wkoll permezz tal-one stop shop u jinsab ukoll online biex il-klijent ikun jista’ jinqeda aħjar u saħansitra jista’ jħallas ukoll online. Nirreferi wkoll għall-mistoqsija numru 4984 tas-16 ta’ Marzu 2018.

Detenuti fil-Ħabs – testijiet pożittivi ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ testijiet pożittivi ta’ droga fuq persuni detenuti fil-Ħabs ta’ Kordin fix-xahar ta’ Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal kuntrarju ta’ amministrazzjoni preċedenti, d-droga mhux tollerata jew mħeġġa ġewwa l-ħabs, tant li jsiru testijiet frekwenti u kull każ ta’ persuna pożittiva jittieħed b’serjetà. Dan għin sabiex għal dawn l-aħħar snin kellna ħabs ħieles mid-droga. F’sena sħiħa tul l-2021 saru 3,347 test li minnhom 15 -il persuna biss instabu po¿ittivi, b’ 5 minnhom ikunu fix-xhur ta’ bejn Settembru u Diċembru. Dan ifisser li 0.45% biss tat-testijiet kollha li saru tul is-sena 2021, instab persuna pożittiva għad-droga. Wara li persuna tinstab po¿ittiva għal xi sustanza, isiru l-investigazzjonijiet neċessarji mill-awtoritajiet sabiex jiġu stabbiliti l-fatti u jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn.

Proġett tal-Electrogas – investigazzjoni mill-Pulizija

Question

Wara li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan ħabbar sanzjonijiet fil-konfront tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament minħabba atti ta’ koruzzjoni li fihom huma involuti b'mod partikolari fil-proġett tal-Electrogas, jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament jekk il-Pulizija issa bdietx tinvestiga lil dawn il-persuni fuq dak li ġie żvelat sal-lum dwar il-proġett tal-Electrogas?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu xogħolhom b'mod awtonomu.

Unions li jirrappreżentaw lill-Pulizija – talba għal laqgħa mal-Ministru

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23588 u jgħid kemm-il-darba saret talba biex issir laqgħa miegħu mill-Unions li jirrappreżentaw lill-Pulizija matul is-sena 2021? Jista’ jgħid meta u minn min saret it-talba, u kemm u meta ltaqa’ mal-unions matul l-2021 u liema kienu l-Unions li ltaqa' magħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul is-sena 2021 kien hemm 15-il laqgħa mill-Korp tal-Pulizija ma’ unjins rispettivi, filwaqt li saru 5 laqgħat ohra fil-preżenza tal-Ministru.

Korp tal-Pulizija – taqsima tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fil-mument membri fil-Korp tal-Pulizija li jagħmlu parti mit-Taqsima tat-Traffiku fl-istess Korp?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi hemm wieħed u erbgħin (41) membru fil-Korp tal-Pulizija li jagħmlu parti mit-Taqsima tat-Traffiku f’dawn il-Gżejjer.

Korp tal-Pulizija – taqsima tat-traffiku – pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għat-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u jekk hemmx il-ħsieb li tali taqsima tiġi abolita u/jew tiġi inkorporata ma' taqsima oħra fl-istess Korp?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ħsieb tal-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija huwa illi t-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tkompli tissaħħaħ.

Korp tal-Pulizija – membri li jinsabu sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li bħalissa huma sospiżi mill-Korp stante li hemm proċeduri kriminali għaddejjin fil-konfront tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi prezentament hemm seba’ u tletin (37) membru tal-Korp tal-Pulizija, li bħalissa huma sospiżi minħabba xi proċeduri li hemm għaddejjin fil-konfront tagħhom.