Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2026?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1080, li fiha ġie indikat li t-talba dwar l-installazzjoni ta' rampa ta' aċċess fil-Blokka tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet ġiet riferuta lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) sabiex tipprovdi gwida, tista' l-Ministru tgħid:
i. f'liema data waslet din it-talba għand is-CRPD;
ii. f'liema data s-CRPD ipprovdiet il-gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet tagħha;
iii. x'kienu r-rakkomandazzjonijiet mogħtija mis-CRPD; u
iv. jekk il-proċess għadu pendenti, x'inhu l-istadju attwali u x'passi għad fadal biex jiġi konkluż?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Lista ta’ konsulenzi
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tagħha matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2026?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm organizzazzjonijiet volontarji applikaw għal fondi pubbliċi u kemm-il applikazzjoni ġiet approvata matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 239.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tagħha?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inġabru blue badges foloz mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) matul is-snin 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt:
Sena
Kemm inġabru Blue Badges foloz
2023
123
2024
53
2025
73
2026 (sal-ġurnata li qiegħda titwieġeb din il-mistoqsija)
9
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ blue badge holders preżentement u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li preżentement hemm 13,670 detentur tal-Blue Badge. Din iċ-ċifra hija mqassma skont is-sess u l-età tad-detenturi fit-tabella t'hawn taħt.
Age Breakdown
M
F
X
Total
0–17
860
351
0
1,211
18–29
283
161
2
446
30–34
120
94
0
214
35–44
308
226
1
535
45–59
709
720
0
1,429
60–64
508
408
0
916
65–74
1,686
1,361
0
3,047
75+
2,944
2,927
1
5,872
Total
7,418
6,248
4
13,670
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tagħha, u jekk iva, telenkahom u tindika kif qed jitkejlu?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk jingħatawx għajnuniet finanzjarji fil-qasam tal-volontarjat u jekk iva, kemm u f’liema oqsma jingħataw?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet volontarji jifforma parti integrali mill-ħidma tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. Dan l-appoġġ jingħata permezz ta’ diversi skemi, fondi u inizjattivi li jitħabbru pubblikament minn żmien għal żmien fuq il-portal tal-MCVS.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ġunju 2026?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Tista’ tgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Guardianship Orders – Applikazzjonijiet ta’ tiġdid
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal tiġdid ta’ guardianship orders? Tista’ tgħid ukoll kemm tmur lura l-aħħar applikazzjoni ta’ tiġdid?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa hemm tmienja u erbgħin (48) applikazzjoni ta’ tiġdid f’fażijiet differenti t’ipproċessar. L-aħħar applikazzjoni ġiet sottomessa l-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2026.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew approvati blue badges bejn Jannar 2025 u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar? Tista’ tgħid ukoll kif dawn il-blue badges huma maqsuma skont il-lokalitajiet differenti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tabella bin-numru ta’ Blue Badges li ġew approvati minn Jannar 2025 sa Mejju 2026, maqsuma xahar b’xahar (Tabella numru 1 minn 2). Minħabba li x-xahar ta’ Ġunju 2026 għadu kif ġie konkluż, informazzjoni relatata man-numru ta’ approvazzjonijiet matul dan il-perjodu hija fil-proċess li tiġi konsolidata.
Il-figuri provduti bħala Blue Badges approvati jinkludu Blue Badges maħruġa fuq persuni b’diżabilità għall-ewwel darba, Blue Badges imġedda, u Blue Badges stampati mill-ġdid f’każijiet ta’ Blue Badges irrappurtati bħala mitlufa jew imkagħbra.
Ninfurmaha wkoll li qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tabella li tindika kif dawn il-blue badges huma maqsuma skont il-lokalitajiet differenti (Tabella numru 2 minn 2). Din it-tabella tirrifletti l-Blue Badges li għadhom validi, jiġifieri dawk li għadhom ma skadewx, li ma ġewx ritornati minħabba mewt tad-detentur, u li ma ġewx rappurtati bħala mitlufa jew imkagħbra.
Kull Blue Badge tiġi stampata b’perjodu ta’ validità li jista’ jvarja bejn sena (1) u ħames (5) snin, skont il-massimu regolat mill-Artiklu 8 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kriterji li jiġu kkunsidrati meta jiġu evalwati l-applikazzjonijiet għall-blue badge u għall-personalised blue badge?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji tal-eliġibbiltà tal-Blue Badge huma regolati mill-Artiklu 13 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għall-Persuni b’Diżabilità. L-evalwazzjoni ssir skont il-lista ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Att imsemmi.
Kull Blue Badge tinħareġ personalizzata fuq id-detentur, inkluż bl-isem u l-kunjom, ritratt, u firma.
Tista’ l-Ministru tgħid bħalissa kemm hemm applikazzjonijiet pendenti jistennew li jinħarġilhom guardianship order? Tista’ tgħid ukoll kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni antika pendenti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-każ tal-applikazzjonijiet ġodda, bħalissa hemm madwar 150 applikazzjoni f’fażijiet differenti t'ipproċessar, b’34 minnhom li qegħdin jistennew appuntament għal seduta mal-Bord tal-Kustodja. L-eqdem applikazzjoni li għadha pendenti ġiet riċevuta fil-15 ta’ April 2026.