Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi — Triq Wied Ħesri - traffic calming measures

Question

Peress li Triq Wied Ħesri fis-Siġġiewi hija traffikuża, jista' l-Ministru jordna li fil-kantunieri bejn triq u oħra jitpoġġew traffic calming measures minħabba li s-sewqan qawwi qed jikkostitwixxi periklu kontinwu għal ħafna tfal u anzjani li jgħixu fl-akwati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rreferejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38089 u jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Institute of Management — ħlas għal proprjetà

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ħalset Transport Malta lill-kumpanija Air Malta biex tal-ewwel tieħu mingħand tat-tieni proprjetà f'Pembroke li kienet qiegħda tintuża mill-Malta Institute of Management filwaqt li jgħid għal-liema skop ġie ddentifikat biex jintuża tali bini?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta xtrat il-propjeta msemmija mingħand il-gvern u mhux mingħand l-Air Malta. Din il-propjeta ser tintuża minn "Land Transport and Road & Infrastructure Directorates" għax il-post allokat għal dawn id-Direttorati kien mikri lil EASO.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Ġuże Abela - triq li għadha mhux asfaltata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq Ġuża Abela f'Ħaż-Żebbuġ, sal-lum għadha ma ġietx asfaltata? Jista' jipprovdi d-dati ta' meta t-triq ġiet maqlugħa u ta' kemm ilhom lesti s-servizzi u l-pavimentari? Jista' jagħti d-data ta' meta se tkun lesta din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tagħmel parti mill-programm eżistenti tax-xogħlijiet ta’ Transport Malta. Għaldaqstant, inħarġet sejħa għall-offerti fid-9 ta’ Novembru 2012. Ma tistax tingħata data eżatta ta’ meta ser jinbeda ix-xogħol, qabel il-kuntratt jiġi aġġudikat.

Tranport Malta — vakanzi li kienu rriklamanti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-vakanzi mill-2010 sal-lum li ġew irriklamati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ f'isem it-Transport Malta? Jista' jgħid kemm ġew irriklamti vakanzi diretti minn Transport Malta? Jista' jgħid il-vakanzi msemmija x'titlu kellhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — persuni ingaġġati mal-awtorità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati li kienu jaħdmu b'self mat-Transport Malta mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li llum ġew ingaġġati mal-awtorità? Jista' jgħid x'pożizzjoni ngħatatilhom u f'liema direttorat u dipartiment huma assenjati? Jista' jgħid kif seħħ il-proċess sabiex jiġu mogħtija dawn il-gradi? Jista' jgħid inħarġux call for applications u jekk fl-affermattiv jista' jgħid fejn dawn ġew riklamati? Jista' jipprovdi kemm kien il-perjodu tal-kandidati magħużla minn meta bdew jesegwixxu xogħolhom fil-bini tat-Transport Malta mill-kumpanija privata msemmija sal-ingaġġ dirett mat-Transport Malta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu ngaġġati aktar ħaddiema mat-Transport Malta minn din il-kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sliema Bus Interchange — postijiet għall-kiosks

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38115 u jgħid kif fil-pjanta tas-Sliema Bus Interchange ġie inkorporat post għal żewġ kiosks meta l-istess kiosks huma illegali u saħansitra ġew rifjutati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GATT, AUSTIN)

Mhux minnu li l-interchange in kwistjoni jinkludi post għal żewġ kiosks. Jien infurmat li Transport Malta inkludiet fid-disinn żewġ parking bays li jkunu jistgħu jintużaw minn hawkers liċenzjati. Huwa ovvju li jekk dawn ma tinħarġilhomx liċenzja mill-awtorità kompetenti l-parking bays ma jkunux jistgħu jintużaw.

Ħaż-Żabbar — Triq Patri Felicjan Grech - tiswija tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Patri Felicjan Grech (area ta’ St. Peter) ġewwa Ħaż-Żabbar meta din suppost saret diġà skont ma kien intqal lir-residenti tal-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Siġġiewi — trejqa li għandha bżonn manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37309 u jgħid għaliex Transport Malta għadha ma ħaditx azzjoni dwar il-periklu li hemm fit-trejqa fl-area magħrufa bħala ta' Parak fil-limiti tas-Siġġiewi, liema trejqa saritilha ħsarat kbar bil-maltemp ta' dan l-aħħar, iżda aktar u aktar minħabba vettura li waqqgħet il-ħajt li jżomm din l-istess trejqa u li minkejja li residenti ġibdu l-attenzjoni tal-kunsill lokali, l-istess uffiċjali tal-kunsill lokali tas-Siġġiewi, infurmaw lil dawn ir-residenti li hija Transport Malta, fir-responsabilità li tieħu l-azzjoni għat-tiswijiet urġenti li jinħtieġu jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Imdina - Camera fi Triq is-Saqqajja

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38059, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min allura jkun ta l-permessi neċessarji biex il-camera msemmija titwaħħal? Jista' jagħti informazzjoni dwar jekk tali surveillance camera, hix ukoll vijabli bħala camera biex joħorġu ċitazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li s-surveillance cameras li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta u għaldaqstant l-awtorità m’għandhiex l-informazzjoni mitluba.

Ħal Qormi — servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jordna li l-lokalità u r-residenti ta' Triq il-Kummerċ, Triq l-Industrija u l-madwar ġewwa Ħal Qormi jkunu moqdija b'servizz ta' karozza lejn il-lokalità kif ukoll għal Belt Valletta u dan b'tal-inqas servizz kull siegħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Sqas Santa Tereża - tneħħija ta' pajpijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitneħħew il-pajpijiet tal-ilma, suppost temporanji, li hemm fi Sqaq Santa Tereża Bormla, u ilhom hekk xi sentejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

servizz ta' trasport bejn Kemmuna u Għawdex

Question

Peress li fuq il-gżira ta' Kemmuna tgħix persuna li għandha bżonn trattament tal-kliewi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, peress li ma hemmx trasport bejn il-gżira ta' Kemmuna u Għawdex u dan ir-ragel qed ikollu jħallas €150 fil-ġimgħa għat-trasport bil-baħar, jista' l-Ministru jara li din il-problema ta' trasport tiġi indirizzata kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Għalqa ta' Kola - bini ta' car park

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38160 u 37887 u jgħid x'kienet in-nefqa li għamlet Transport Malta għal bini ta' car park fl-Għalqa ta' Kola fir-Rabat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Valletta — Tneħħija ta' Bollards minn Triq it-Teatru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38122 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru, kantuniera ma' Old Bakery Street, il-Belt, mhux talli tneħħew iżda anke t-toqob fejn kienu jitpoġġew issa ngħataw il-konkos u dan meta dawn il-bollards kienu jassiguraw li ma jidħlux vetturi fl-area pedonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MIA — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi u miżuri qed jieħu l-gvern għar-rigward dawk il-ħaddiema li fil-preżent huma impjegati mal-kumpanija MIA (Malta International Airport) u li din se tkeċċi u/jew titrasferixxi ma' kumpanija privata? Kemm huma dawn il-ħaddiema li se jkunu trasferiti u f'liema dipartiment tal-MIA jaħdmu fil-preżent? Jista' jagħti l-informazzjoni preċiża għar-rigward il-proċess tat-trasferiment ta' dawn il-ħaddiema, l-involviment tal-gvern f'dan il-proċess u l-kundizzjonijiet li se jkunu offruti lilhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.