Legislature:
Category:
Reset
Active:

Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 5 – Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll, f’kull każ, x’inhu l-istatus u għal liema settur tirrelata l-investigazzjoni?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi Health and Safety Officer li impjegat full time mhuwiex rikwest mill-liġi. Mandanakollu, għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta̔ fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hemm tmien (8) defibrillators fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tiegħu?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hemm tliet (3) defibrillators fil-Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm erbatax (14) il-first aider iċċertifikat fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita̍ tal-Ministeru għall‑Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur .

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm tlieta u tletin (33) first aiders ċċertifikati fil‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninsab infurmat li, fl-2024, ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għall-Fondi Ewropej, Id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, kif inhu kompost illum, ma kienx kostitwit fis-sena 2024.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninsab infurmat li, fl-2025, ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il‑Ministeru għall‑Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għall-Fondi Ewropej, Id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, kif inhu kompost illum, ma kienx kostitwit fis-sena 2025.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Karozzi – Spiża annwali

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li fil- Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformita‵ mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

Artikolu 12A tal-Kap. 379 - Rikorsi ġuramentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rikorsi ġuramentati da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) a tenur tal-Artikolu 12A tal-Kap. 379 mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti lista tar-rikorsi kollha li saru u f’kull każ jgħid x’inhu l-istatus attwali?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma sar l-ebda rikors ġuramentat da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) a tenur tal-Artikolu 12A tal-Kap. 379 mill-2019.

Ulied b’surrogacy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ familji li kellhom ulied b’surrogacy, bejn l-2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lil Ministru konċernat.

Direttiva (UE) 2024/825

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu s’issa għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar l-Għoti tas-Setgħa lill-Konsumaturi għat-Tranżizzjoni Ekoloġika (UE) 2024/825, fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/825 tinsab fi stadju avvanzat ta’ skrutinju legali u huwa mistenni li tiġi ppreżentata quddiem il-Parlament f’qasir żmien. Fir-rigward ta’ miżuri oħra relatati mal-implimentazzjoni tal-istess Direttiva, ninfurmah li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur organizzat webinar għall-kummerċjanti fit-12 ta’ Mejju li għadda u li ffoka fuq l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva kif ukoll ta’ Direttivi oħra rilevanti.

DIER — Policy li tirregola l-imġiba u etika korretta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14021 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg (DIER), bħala korp regolatorju, għandux policy li tirregola l-imġiba u etika korretta ta’ Uffiċjali ta’ trade unions, teħid kont tar-rwol pubbliku li tali uffiċjali għandhom? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux se tiġi formulata tali policy?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg ma għandux tali policy.

MCESD – Persuni akkużati u/jew misjuba ħatja ta' reat

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14037 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk hemmx persuni akkużati b’aġir kriminali u/jew instabu ħatja ta’ reat, li qed jokkupaw siġġu madwar il-Mejda tal-Malta Council for Economic and Social Development (MCESD)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MCESD mhux obbligata bil-liġi li żżomm din l-informazzjoni.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Promozzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-konsumatur jgħid: • kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih; • fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u • kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Direct Orders

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15827.

Skejjel li joffru ħalib b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16291 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’Malta u Għawdex li fihom jingħata ħalib b’xejn lill-istudenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Skejjel li jħaddmu l-iskema tal-ħaxix u l-frott b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16290 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’Malta u Għawdex li qed iħaddmu l-iskema tal-ħaxix u l-frott b’xejn għall-istudenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.