Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpaniji u Industriji barranin li jgwadu minn taxxa ta’ 5%

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15228 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jgħid kemm hawn industriji u kumpaniji barranin li qegħdin igawdu mit-taxxa ta’ 5% (wara li jiġu rifużi 30% mit-taxxa li jħallsu)? Kemm huwa l-ammont totali ta’ taxxa li tħallset minnhom, sena b’sena fl-aħħar 15-il sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kumpaniji li jħallsu 35% ta’ taxxa fuq il-profitt

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15229 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jgħid kemm hawn industiji/kumpaniji li jħallsu 35% taxxa fuq il-profitt? Kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji? X’inhu l-ammont ta’ taxxa li tħallset minn dawn il-kumpaniji sena b’sena għal dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Stabbilimenti ta’ negozju li ma jużawx POS

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10758 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hawn ħwienet jew stabbilimenti ta' negozju f'Malta li s’issa għadhom ma jużawx 'The Best Point-of-Sale' (POS) u allura jaċċettaw flus kontanti biss?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana izzomm informazzjoni dwar negozji li bil-liġi tal-VAT għandhom l-obbligu li joħorġu riċevuta fiskali inkluz il-metodu ta’ kif dawn in-negozji joħorġu l-imsemmija riċevuta fiskali.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Malta Dockyard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-telf li għamlet il-Malta Dockyard fl-aħħar ħames snin qabel ma għalqet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-telf li għamlet il-Malta Shipyards Ltd fl-aħħar ħames snin qabel ma ġiet ipprivatizzata kien dan li ġej:- 2006Liri Maltin -3,160,296 2007Liri Maltin -13,880,535 2008Euro-22,305,709 2009Euro-13,075,640 2010 (up to 26.07.10)Euro-4,054,687

Lukanda ta’ Selmun, Forti Campbell u Palazz l-Aħmar fil-Marfa — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux pjanijiet u jekk iva, x’inhuma dawn il-pjanijiet dwar x’ser isir: a. mill-Binja li qabel kienet lukanda f’Selmun; b. mill-Forti Campbell; u c. mill-Palazz l-Aħmar fil-Marfa (limiti tal-Mellieħa)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Rigward il-lukanda f’Selmun, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra. Rigward il-Forti Campbell u l-Palazz l-Aħmar fil-Marfa, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema barranin — EU/EEA/EFTA u pajjiżi terzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn ħaddiema barranin, minn pajjiżi tal-EU/EEA/EFTA u pajjiżi terzi, f'Lulju 2019, Lulju 2020, Lulju 2021, Lulju 2022 u Lulju 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn ħaddiema barranin f'Lulju 2019, Lulju 2020, Lulju 2021, Lulju 2022 u Lulju 2023, u jagħti din l-informazzjoni skont is-settur tax-xogħol tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li hawn taħt issib tabella li turi is-settur tax-xogħol fejn kienu jaħdmu l-ħaddiema barranin f'Lulju 2019, Lulju 2020, Lulju 2021, Lulju 2022 u Lulju 2023. Ħaddiema Barranin Lulju 2019 Lulju 2020 Lulju 2021 Lulju 2022 Lulju 2023 [A] Agriculture, Forestry & Fishing 296 355 368 406 478 [B] Mining & Quarrying 80 92 98 98 113 [C] Manufacturing 4,672 5,310 5,708 6,385 8,003 [D] Electricity, Gas, Steam & Air Conditioning Supply 19 22 28 27 37 [E] Water Supply; Sewerage, Waste Management & Remediation Activities 129 286 300 354 503 [F] Construction 5,414 6,813 7,633 9,156 10,409 [G] Wholesale & Retail Trade; Repair of Motor Vehicles & Motorcycles 5,076 5,908 6,599 7,688 10,177 [H] Transportation & Storage 2,502 3,020 3,303 4,629 6,530 [I] Accommodation & Food Service Activities 8,984 9,009 8,935 11,557 14,923 [J] Information & Communication 2,481 2,685 2,981 3,479 3,984 [K] Financial & Insurance Activities 2,367 3,189 3,348 3,700 4,181 [L] Real Estate Activities 476 601 638 763 996 [M] Professional, Scientific & Technical Activities 6,464 6,888 7,119 8,023 9,542 [N] Administrative & Support Service Activities 9,246 10,599 9,578 12,850 16,362 [O] Public Administration & Defence; Compulsory Social Security 624 744 920 892 935 [P] Education 1,582 1,473 1,577 1,847 2,212 [Q] Human Health & Social Work Activities 3,594 4,212 5,036 3,880 4,839 [R] Arts, Entertainment & Recreation 7,117 6,938 7,656 8,469 8,855 [S] Other Service Activities 1,427 1,598 1,687 1,916 2,313 [T] Activities Of Households as Employers, Undifferentiated Goods & Services - producing Activities of Households for own use 337 345 371 427 501 [U] Activities of Extraterritorial Organisations & Bodies 60 58 72 80 86 Grand Total 62,947 70,145 73,955 86,626 105,979

Carers ma’ anzjani/morda fid-djar tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn carers reġistrati li jieħdu ħsieb u joqogħdu ma’ anzjani/ morda fid-djar tagħhom? Kemm minn dawn human barranin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont il-formoli tal-bidu ta’ l-impjieg li tirċievi Jobsplus, in-numru ta’ Care Workers, Personal (Home-Based) li jaħdmu fis-settur tal-attivitajiet ta' persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu persunal domestiku 97.0 (Activities of households as employers of domestic personnel), fl-aħħar t’Awwissu 2023 kien ta’ 305. Minnhom kien hemm 281 li huma barranin.

Suq tal-Kostruzzjoni – nies barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu fis-suq tal-kostruzzjoni? Minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellenta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema barranin f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ ħaddiema barranin li kienu qegħdin jaħdmu f’Malta f’dawn l-aħħar 13-il sena, sena b’sena? F’liema industriji/kumpaniji kienu qegħdin jaħdmu (eż. Catering, saħħa, eċċ.)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

NSO – statistika ta’ twelid ta’ trabi

Question

B’referenza għall-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex fl-aħħar 30 sena, sena b’sena? Kemm minn dawn it-trabi twieldu minn nisa barranin fl-istess snin, sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni li għandu l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tmur lura sal-1996, jiġifieri ftit anqas minn dak mitlub. Mill-2006 kien hemm bidla fid-definizzjoni ‘tat-twelidiet ħajjin’; fil-lista, hemm mehmuza nota addizzjonali dwar dan. Informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza ta' persuni li welldu hija disponibbli mill-2007 ’il quddiem.

Ministeru għall-Fiannzi u x-Xogħol — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lista aġġornata tal-entitajiet ser tkun ippubblikata fil-jiem li ġejjin. Mill-informazzjoni li ngħatajt ma jirriżultax illi hemm persuni fl-entitajiet li għandhom kuntratt ta’ fiduċja.

Persuni fuq pensjonijiet u benefiċċji mhux kontributorji u bi dħul baxx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni persuni fuq pensjonijiet u benefiċċji mhux kontributorji u bi dħul baxx, qed jintalbu jissottomettu statements lid-dipartiment tat-taxxa meta ma għandhom l-ebda taxxa xi jħallsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana tibgħat statements lill-pensjonanti, bħal kull persuna klassifikata non-filer, fejn fihom ikun indikat, fost affarijiet oħra, id-dħul minn pensjoni u dħul minn impjieg, f’każ li l-pensjonant ikun qiegħed f’impjieg. L-istatement jintbagħat ukoll sabiex jiġi verifikat mill-pensjonant u jekk ikun hemm xi informazzjoni addizzjonali li trid tiġi ddikjarata, il-pensjonant, bħal kull persuna oħra, jitlob il-formola tat-taxxa biex jiddikjara kull income li jkollu.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.