Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ksur tal-Liġi tal-VAT – persuni investigati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu investigati persuni fuq każi marbuta ma’ ksur ta’ liġi tal-VAT fl-aħħar 10 snin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bord tal-Accountancy — membri maħtura

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu l-persuni li ġew maħtura bħala membri tal-Bord tal-Accountancy? Jista' jgħid għal kull wieħed mill-membri meta ġie maħtur u minn min ġie maħtur?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Bord tal-Accountancy — ditti legali bħala konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, min kienu jew huma l-persuni u/jew ditti legali li ġew ingaġġati bħala konsulenti legali mill-Bord tal-Accountancy, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet irċeviet kull waħda minn dawn il-persuni u ditti legali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Bord tal-Accountancy — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il laqgħa saret tal-Bord tal-Accountancy? Jista' l-Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Bord tal-Accountacy — rapport annwali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti annwali tal-Bord tal-Accountancy dwar is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

NGOs — ħlas ta €50 għal lotteriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Għaqdiet Non Governattivi (NGOs) humiex eżentati milli jħallsu €50 għal kull lotterija li jagħmlu biex jinġabru fondi għall-operat tagħhom? Jekk iva, jidhirlux li l-ħlas ta' €50 huwa eċċessiv meta mqabbel mal-ammonti żgħar ta' fondi li jinġabru, iktar u iktar meta dawn il-fondi jintużaw għal skop soċjali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — first aiders kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mellieħa – fergħa tal-Bank of Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jindika għal liema raġuni, minn wara li ntemmet l-emerġenza medika b’rabta mal-imxija tal-COVID-19, fergħat tal-Bank of Valletta fetħu fl-1 ta’ Lulju 2020f’numru ta’ lokalitajiet iżda mhux l-istess ġara fil-lokalità tal-Mellieħa? Jista’ l-Ministru jindika jekk hux ser tinfetaħ jew le l-imsemmija fergħa u jekk iva meta hi d-data prevista li ser isir dan il-ftuħ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Chairman – safar

Question

Jista’ l-Ministru jelenka s-safar kollu taċ-Chairman li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament matul l-2018, inkluż il-mawra f’Las Vegas? Jista’ f’kull każ jindika minn min kien akkumpanjat u d-data ta’ kull safra u l-ispiża ta’ kull waħda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċermen, li għalih qiegħda ssir referenza fil-mistoqsija parlamentari, kien f’din il-kariga sat-30 t’April 2018. L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Settur tal-gaming – gross value added

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jikkontribwixxi s-settur tal-gaming f’pajjiżna f’termini ta’ Gross Value Added?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 15953.

Good Causes Fund – għotjiet/grants/benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-għotjiet/grants/benefiċċji kollha li ngħataw taħt il-programm tal-Good Causes Fund, sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull għotja/grant/benefiċċju, jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Panama Papers – taxpayers Maltin investigati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ taxpayers Maltin li ġew investigati b’rabta mal-Panama Papers u jgħid kemm minnhom ġew konklużi, kemm ġew irkuprati flus u kemm għad hemm każijiet pendenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm mitejn u seba’ u tletin (237) ka¿ ta’ taxpayers Maltin li ġew investigati b’rabta mal-Panama Papers. Minn dawn, mija tlieta u sittin (163) kaz gew konkluzi u ġiet migbura is-somma ta’ Euro 14,232,295. Għad hemm erbgħa u sebgħin (74) kazijiet li għadhom pendenti.

Swiss Leaks – taxpayers Maltin investigati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ taxpayers Maltin li ġew investigati b’rabta mal-Swiss Leaks u jgħid kemm minnhom ġew konklużi, kemm ġew irkuprati flus u kemm għad hemm każijiet pendenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm sitta u disgħin (96) kaz ta’ taxpayers Maltin li ġew investigati b’rabta mas-Swiss Leaks. Minn dawn, erbgħa u disgħin (94) kaz gew konkluzi u ġiet irkuprata is-somma ta’ Euro 13,422,115. Għad hemm zewġ (2) kazijiet li għadhom pendenti.

COVID-19 MDB scheme — Banek kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament fuq l-informazzjoni mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14011?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Bank Malti ta’ Żvilupp (MDB), issottometta notifikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Iskema tas-Sussidji tal-interessi fuq self garantit mill-COVID-19 MDB Guarantee Scheme. Il-Kummissjoni Ewropea ipprovdiet l-approvazzjoni tagħha fl-14 ta’ Mejju 2020. Wara proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-MDB u l-banek kummerċjali, intlaħaq ftehim dwar il-proċedura li se tiġi attwata dwar l-operat ta’ l-Iskema tas-Sussidji tal-interessi. L-MDB jinsab fi stadju avvanzat biex jiġi iffinalizzat l-Operational Agreement formali mal-banek individwali. L-entitajiet kollha li jibbenifikaw minn self taħt il- COVID-19 MDB Guarantee Scheme jikkwalifikaw awtomatikament għal sussidju sa 2.5% fuq dan is-self. Ma hemm ebda bżonn illi dawn l-entitatjiet japplikaw għal ħlas ta’ dan is-sussidju. Il-proċess ta’ ħlas tas-sussidju se jkun amministrat direttament bejn il-MDB u l- banek kummerċjali skont l-Operational Agreement.

Persuni li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li skont l-aħħar news release (NSO 079/2020) dwar in-numru ta’ ħaddiema irreġistrati mal-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li jaħdmu f’attivitajiet relatati mal-qasam tas-servizzi finanzjarji għax-xahar ta’ Novembru 2019, hu ta’ 12,694, li minnhom 1,241 huma mpjegati bħala part-timers.

Settur tas-servizzi finanzjarji – gross value added

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jikkontribwixxi s-settur tas-servizz finanzjarji f’pajjiżna f’termini ta’ Gross Value Added?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li fl-2019 skont l-istatistika ppubblikata fl-iNews Release No. 091/2020 tal-NSO, is-settur tas-servizzi finanzjarji ikkontribwixxa 5.6% f’termini ta’ Gross Value Added.

MFSA — binja

Question

Jista’ l-Ministru tal-Finanzi jgħid fiex wasal ix-xogħol għal bini tas-sede ġdida tal-MFSA, imħabbra fl-2018, u fejn jinsab? Min kien rebaħ it-tender għal bini?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Settembru tal-2018, l-Awtorità ippubblikat Espressjoni ta’ Interess (EOI) u mhux tender, għall-kiri ta’ uffiċini ġodda sabiex tara x’joffri is-suq fiċ-ċentru ta Malta. Sussegwentament, fi Frar tal-2020, wara li evalwat is-sottomissjonijiet kollha ta’ l-EOI kif ukoll l-ispejjeż involuti, ġie deċiż li l-proċess ta’ kiri ta’ uffiċini ġodda jitwaqqaf, u minflok, l-Awtorità qed tevalwa l-possibilita li jsir “re-design u re-development ” tal-binja eżistenti biex l-Awtorità jkollha uffiċini moderni u attrezzati biex jaqdu l-bżonnijiet futuri tagħha. Dan il-proċess ħa jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.