Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Open Data - datasets
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet.
Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna.
F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — konsulenti ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fi ħdan il-Ministeru huma ingaġġati skont il-Manwal rispettiv. Minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt :
Sena
Konsulent
Natura tal-Konsulenza
Skala
2017
Mark Vella Bonnici
Policy Consultant
5
2017
Ryden Spiteri
Policy Consultant
5
2017
Emmanuel Vassallo
Adviser
3
2017
Christopher Cachia
Adviser
3
2018
Peter Paul Pisani
Policy Consultant
3
2019
Emmanuel Formosa
Policy Consultant
5
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-prezz għal kull unit ta' gass (mmbtu) li l-Enemalta ftiehem mal-kumpanija Socar li jixtri għall-ewwel għaxar snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta m’għamlet l-ebda ftehim mal-kumpanija msemmija għal xiri ta’ gass.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immanniġġar tal-Ilma — impjieg ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna ndikata m’għandha l-ebda mpjieg u l-ebda kuntratt mal-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immanniġġar tal-Ilma — ħlas lil persuna
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma sar l-ebda ħlas lill-persuna indikata.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immanniġġar tal-Ilma — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14344 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Direttiva (UE) 2019/944 – miżuri leġislattivi u amministrattivi għal ħarsien tal-indipendenza ta’ awtorità regolatorja
Question
B'referenza għall-Artikolu 57 – b’mod partikolari l-paragrafu 5 tiegħu – tad-Direttiva (UE) 2019/944 – jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri kemm leġislattivi kif ukoll amministrattivi qed jiġu kkunsidrati biex tiġi tassew imħarsa l-indipendenza tal-awtorità regolatorja kompetenti f’Malta f’dan il-qasam – attwalment ir-REWS – b’mod partikolari biex fost l-oħrajn, din tkun tassew indipendenti minn kwalunkwe entità politika (ara s-subparagrafu (a) tal-paragrafu 5), ikollha allokazzjonijiet annwali separat tal-baġit u awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit tagħha (ara s-subparagrafu (ċ) tal-paragrafu (5)), u li l-President u l-membri tal-Bord jinħatru a bażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u ppubblikati, fi proċedura indipendenti u imparzjali, u minn fost il-kandidati li jkollhom il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa għall-pożizzjoni relevanti (ara s-subparagrafu (e) tal-paragrafu 5)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-deadline tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/944 mistenniha li ssir fl-ewwel ta’ Jannar tal-2021. Il-miżuri leġislattivi opportuni għadhom qegħdin jiġu żviluppati u diskussi.
Tender Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo — Water Services Corporation
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fit-tender Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo - Water Services Corporation - CT3085/2019 ir-rakkomandazzjoni tal-award ta' din l-imsemmija tender ġiet deċiża mat-tieni Evalutation Round?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddiet dan il-kuntratt biex jiġi ffinalizzat mid-Dipartiment tal-Kuntratti skont proċeduri stabbiliti. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikkjarifika xi jrid iffiser b’Evaluation Round.
Kuntratt iffirmat mal-Montenegro għal bini ta’ wind farms
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat mill-predeċessur tiegħu fil-11 ta’ Novembru 2015 bejn l-Enemalta u l-Montenegro għall-bini ta’ wind farms?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm mistennija tkun l-ispiża finali tal-pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja, inkluż l-istudji kollha u l-permessi neċessarji, billi jagħti break down tal-ispiża nnifisha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istima oriġinali tal-proġett tal-pipeline fuq livell preliminarju kienet ta’ madwar 400 miljun Euro. Fl-aħħar tas-sena 2019, il-kuntrattur inkarigat mid-disinn tal-proġett, wettaq studju fuq livell ta’ front-end engineering design (FEED) fuq kull aspett tal-proġett. Dan wassal biex l-istima oriġinali ġiet riveduta għal madwar 358 miljun Ewro. Hemm possibillta li l-pipeline ikun jista jissuplixi anki gassijiet rinnovabli fosthom biomethane u hydrogen. Hu stmat li sabiex il-pipeline ikun iddisinjat għal dawn it-tip ta’ gassijiet, l-istima tiżdied b’20 miljun Ewro.
L-istudji kollha li twettqu sa mill-2013, inkluż dawk tal-permessi neċessarji, ġew parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja u l-valur totali ta’ dawn l-istudji jammonta għal madwar 8.3 miljun Ewro.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tender Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo — Water Services Corporation - CT3085/2019 (CfT CA Unique ID: CT3085/2019)
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender Trenching and Pipelaying for the Second Class Water (New Water) Distribution Network in Gozo - Water Services Corporation - CT3085/2019 (CfT CA Unique ID: CT3085/2019) u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija tender għadha ma ġietx awarded u f’liema xahar u sena hu ppjanat li tiġi awarded din l-imsemmija tender? Liema xogħlijiet huma mistennija li jsiru b'din it-tender? U kemm huwa stmat li jkun il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija offerta tinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti (DOC) għar-reviżjoni mill-GCC għalhekk għadu fl-istadju ta’ evalwazzjoni.
Il-Mellieħa — Xatt ta' Santa Marija/Dawret it-Tunnara - xogħlijiet relatati mas-sistema tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jindika fiex waslu u meta mistennija jitlestew ix-xogħlijiet relatati mas-sistema tad-drenaġġ fiż-żona magħrufa bħala x-Xatt ta’ Santa Marija/Dawret it-Tunnara fil-Mellieħa u dan anke għall-fatt li ftit tal-ġimgħat ilu kien tħabbar li dawn ix-xogħlijiet kellhom jitlestew fil-bidu ta’ Ġunju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett li qed jirreferi għalih huwa intenzjonat illi jwassal għal titjib fil-kwalita’ tal-baħar fl-akwati ħalli l-għawwiema jkunu jistgħu jgħumu bla periklu. Il-proġett hu stmat li jiswa’ miljun u nofs Ewro (€1.5m) u se jkun ifisser mal-500 konnessjoni tal-ilma u drenaġġ.
Wara li żort ix-xogħolijiet eżattament xahar ilu, il-proġett ingħata spinta u se jkun lest fil-jiem li ġejjin, qabel jibda s-sajf ħalli issa jkun jista’ jitgawda bla periklu mill-għawwiema.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14317 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru tiegħi huma dawk ta’ Policy Officer, Driver, Chief Security u Customer Care Officer, bi spiża ta’ €95,851.06 fis-sena.
B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Ministru nhar it-Tlieta, 2 ta’ Ġunju 2020, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji abbinati mar-rotta tal-pipeline tal-gass?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudji sottomessi dwar ir-rotta magħżula għall-Istudju dwar l-Impatt Ambjentali lill-ERA, huma pubbliċi u kif ukoll disponnibli għall-pubbliku minn fuq il-website era.org.mt
Ix-Xgħajra – Drenaġġ mormi l-baħar mill-Impjant ta’ Tisfija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hux infurmat bi drenaġġ mormi l-baħar mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Ta Barkat ix-Xgħajra sa minn Diċembru u jistax jgħidilna x’kienet ir-raġuni kawża ta’dan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjant f’Ta’ Barkat jopera skont liċenzji approvati mill-awtoritajiet kompetenti. Dan l-impjant ġeneralment jopera skont id-designed capacity tiegħu. Mill-1 ta’ Diċembru 2019 sat-3 ta’ Ġunju 2020, irreġistra attivita online għal 94% fil-mija tal-ħin, meta kkomparat mad-designed capacity.
Id-
downtime
ta’ 6% fil-mija tal-ħin irreġistrat huwa marbut ma’
preventive maintenance schedule
u tindif neċessarju. F’dawn il-każi l-awtoritajiet kompetenti jkunu nfurmati skont proċessi stabiliti fil-liċenzja tal-operat. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem fuq pjan biex tkompli ttejjeb l-operat ta’ dan l-impjant għall-benefiċċju ta’ kull min hu nvolut.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda impjegat mis-Segretarjat ma telaq jew irriżenja mill-impjieg mid-data msemmija sa llum.