Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – Qtugħ ta’ dawl mhux ippjanat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba parti minn Għawdex jew Għawdex kollu, esperjenza qtugħ fil-provvista tal-elettriku mhux ippjanat li dam aktar minn siegħa, tliet sigħat, sitt sigħat u tnax-il siegħa, matul l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Malta u Għawdex – Qtugħ ta’ dawl

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi l-indikaturi SAIDI u SAIFI, jew indikaturi ekwivalenti dwar il-frekwenza u t-tul tal-qtugħ, separatament għal Malta u għal Għawdex għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Provvista tal-elettriku – Customer interruptions mhux ippjanati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku mhux ippjanata ġiet irreġistrata f’Għawdex mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Tista’ tgħid ukoll kemm damu kumulattivament u kemm-il customer interruption ġiet irreġistrata għal kull sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Provvista permezz ta’ generators

Question

Tista’ l-Ministru telenka s-servizzi essenzjali li ngħataw prijorità għall-provvista permezz ta’ generators jew supply restoration, inklużi faċilitajiet tas-saħħa, djar tal-anzjani, infrastruttura tal-ilma u drenaġġ, telekomunikazzjoni u servizzi tal-emerġenza?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Qtugħ tal-konsum tal-elettriku minħabba raġunijiet ta’ ħlas

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm djar li nqatagħlhom il-konsum tal-elettriku minħabba raġunijiet ta’ ħlas mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li qabel jiġi sospiż is-servizz, il-kumpanija ARMS tibgħat ittra u anke tagħmel kuntatt mal-konsumatur permezz tat-telefon. F’każ li dan ma jkunx f’pożizzjoni li jħallas il-pendenzi li jkollu f’daqqa, l-kumpanija toffrilu l-possibbiltà li jiffirma kuntratt biex iħallas l-arretrati b’rati mensili. Kemm-il darba mbagħad jibqa’ ma jħallasx il-kontijiet li jkunu pendenti, l-ARMS ma jkollhiex triq oħra għajr dik li jiġi sospiż is-servizz, bħala l-aħħar riżorsa. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-iskema Benefiċċju tal-Enerġija joffri għajnuna fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji bi dħul baxx jew li jkollhom każ soċjali. Ninsab infurmata li n-numru ta’ djar li nqatgħalhom il-konsum tal-elettriku minħabba raġunijiet ta’ ħlas huma kif ġejjin: 668 fis-sena 2022; 912 fl-2023; 375 fl-2024; 410 fl-2025; u 280 sal-aħħar t’Ottubru 2026.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma – WSC – Mappa live

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-mappa live tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u l-messaġġi fuq WhatsApp ma ġewx aġġornati waqt il-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026, u x’miżuri se jittieħdu biex ir-residenti jingħataw informazzjoni f’waqtha u preċiża fil-futur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Għawdex – Proġett għat-tkabbir tal-produzzjoni ta’ New Water

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett għat-tkabbir tal-produzzjoni ta’ New Water fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’Ras il-Ħobż, f’Għawdex li kellu jlaħħaq investiment ta’ madwar €25 miljun? Kemm hi l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ dan l-impjant bħalissa u b’kemm ser tiżdied il-produzzjoni ladarba dan il-proġett jitlesta? Tista’ tgħid ukoll meta hi d-data maħsuba għat-tlestija u tara li kull bidwi u raħħal ġenwin jew kull bidwi u raħħal żagħżugħ ikun provdut l-ammont ta’ New Water neċessarju biex isaqqi r-raba’ tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bil-preparamenti meħtieġa għat-twettiq ta’ dan il-proġett f’Għawdex, fejn diġà sar l-akkwist tal-art kif ukoll l-applikazzjonijiet għall-permessi. Minħabba li ma rriżultat l-ebda offerta konformi mas-sejħa għall-offerti li kienet inħarġet, din se terġà tiġi pubblikata mill-ġdid fil-ġranet li ġejjin.  L-impjant huwa mistenni li jżid il-produzzjoni tan-New Water b’madwar 4,000 metru kubu kuljum.

Aċċess għal spieri pubbliċi għall-bdiewa u raħħala

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm individwi li ngħataw aċċess ikkontrollat għal spieri pubbliċi li m'għadhomx jintużaw (fejn għad m'hemmx provvista diretta ta’ New Water), matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn l-individwi kienu bdiewa u raħħala ġenwini jew bdiewa u raħħala żgħażagħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Malta u Għawdex – Dispensers tan-New Water

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm dispensers tan-New Water kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Kemm hemm persuni rreġistrati li jistgħu jagħmlu użu minnu, maqsuma lokalità b’lokalità? Tista’ tgħid ukoll kemm intużaw litri ta’ New Water f’Malta u f’Għawdex mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li madwar Malta hawn 187 dispenser tan-New Water, filwaqt li f’Għawdex hemm 51 dispenser. In-numru ta’ bdiewa reġistrati li jistgħu jagħmlu użu minn dan l-ilma huwa ta’ madwar 1,200 f’Malta u 930 f’Għawdex. Fir-rigward tal-użu tan-New Water mill-2020 sal-lum, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 4540.

New Water prodott

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie prodott New Water minn kull polishing plant mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex – Emergency generation

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kapaċità ta’ emergency generation kienet diġà disponibbli f’Għawdex qabel seħħ l-inċident tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026 u jekk din kinitx biżżejjed biex tiggarantixxi provvista lil servizzi essenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Għawdex – Ġenerators minħabba qtugħ ta’ dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il generator ġie trasportat jew mobilizzat f’Għawdex minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026, x’kienet il-kapaċità f’kVA jew MW ta’ kull wieħed, fejn tqiegħed u f’liema ħin opera?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Għawdex – Kapaċità tan-network elettriku – Assumptions

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema assumptions dwar żieda fil-popolazzjoni, akkomodazzjoni turistika, żvilupp ġdid, air-conditioning, vetturi elettriċi u elettrifikazzjoni oħra ġew ikkunsidrati meta ġiet ippjanata l-kapaċità tan-network tal-elettriku f’Għawdex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Enemalta – Tbassir għad-domanda massima tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu t-tbassir tal-Enemalta għad-domanda massima għall-elettriku f’Għawdex għall-2030, l-2035 u l-2040 u jekk l-infrastruttura attwali hijiex kapaċi tlaħħaq ma’ dawn il-livelli b’redundancy suffiċjenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Għawdex – Domanda għall-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-ogħla domanda għall-elettriku rreġistrata f’Għawdex mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u tgħid b’kemm żdiedet f’termini assoluti u perċentwali matul dan il-perjodu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Enemalta – Proġetti f’Għawdex – Investiment allokat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-investiment totali previst fil-pjan ta’ disa’ snin tal-Enemalta huwa allokat speċifikament għal Għawdex, maqsuma sena b’sena u proġett bi proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ottubru 2026?

Response (DALLI, MIRIAM)

Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W625.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Persuni b’diżabilità impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1220.

Guaranteed Service Standards Scheme – Applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet taħt il-Guaranteed Service Standards Scheme matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati, u kemm ingħata kreditu b’kollox, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda applikazzjoni.

Guaranteed Service Standards Scheme – Termini u kundizzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini u l-kundizzjonijiet sħaħ tal-Guaranteed Service Standards Scheme u tgħid kif jiġi kkalkulat il-kreditu li jingħata lill-klijenti u jekk l-iskema tkoprix l-ispejjeż tal-ilma tal-flixkun li l-klijenti jkollhom jixtru waqt qtugħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.