Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23497 u jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u li joperaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? F’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni ssussigwenti rigward iż-żona li tinsab indikata fid-dokument li qed jingħata separatament? Jista’ jgħid lil min tgħajjat din il-proprjetà? Kemm ilu li sar it-trasferiment? Jista' jingħata l-kuntratt dwar it-trasferiment tal-art imsemmija mil-Lands Authority?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21962 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23250, jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lil Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
>
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm uffiċini mikrija fil-Gozo Innovation Hub lil kumpaniji varji? Jista’ jgħid kemm jimpjegaw ħaddiema kull waħda minn dawn il-kumpaniji? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kumpaniji jew entitajiet huma tal-Gvern u kemm jimpjegaw nies dawn l-entitajiet governattivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba’ kumpaniji kummerċjali, li bħalissa bejniethom jimpjegaw sittax-il persuna, u li qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-Gozo Innovation Hub. Fil-preżent hemm ukoll żewġ entitjiet governattivi joperaw mill-post u bejniethom jimpjegaw disa’ persuni oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16350, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant biex jireferi għat-twegiba tal-mistoqsija numru 16350
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant, ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22388 u jgħid għalkemm żmien hu mikri l-post li qed jintuża mill-Malta Business Registry u x'kera fis-sena qed titħallas u jekk hemmx ikkontemplat awment fil-kera matul is-snin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post li qed jintuża mill-Malta Business Registry ġie mikri għal total ta’ ħmistax-il sena għall-ammont ta’ Eur454,335.75 fis-sena b’awment ta’ 3% fis-sena. Din il-kirja saret wara sejħa pubblika u proċedura kif approvata mid-Diprtiment tal-Kuntratti u l-evalwazzjioni saret minn bord indipendenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22380 u jgħid kemm-il kumpanija ġiet immultata sal-aħħar ta' Settembru 2021 ai termini ta' L.S. 386.19, l-entita' totali ta' dawn il-multi u kemm kien l-ammont ta' multi skont dan ir-Regolament li tħallas s'issa lir-Reġistru tal-Kumpaniji?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22379 u jgħid kemm il-Kumpanija ġew imħassra minn fuq ir-reġistru mir-Reġistru tal-Kumpaniji sa l-2019, fl-2020 u sal-aħħar ta' Settembru 2021? Kemm minn dawn il-kumpaniji ġew ravvivati u kemm hemm kawżi sabiex jiġu ravvivati dawn il-kumpaniji ? X'jiġri meta dawn il-kumpaniji li jiġu mħassra mir-Reġistru jkollhom kawżi pendenti meta jiġu mħassra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Fis-sena 2019, ġew mħassra 890 kumpanija minn fuq ir-Reġistru tal-Kumpaniji Fis-sena 2020, ġew imħassra 11,289 kumpanija minn fuq
ir-Reġistru tal-Kumpaniji Fis-sena 2021, ġew imħassra 4,234 kumpanija minn ir-Reġistru tal-Kumpaniji
Minn dawn il-kumpaniji msemmija, ġew ravvivati 30 (tletin kumpanija) filwaqt li hemm 32-il kawża pendenti sabiex jiġu ravvivati.
Ir-Reġistratur għamel mill-aħjar sabiex jidentifika dawn il-kumpaniji u ma jmexxix bil-proċess tad-defunct. Ir-Reġistratur saħansitra ppublika il-lista tal-kumpaniji li ser jiġu mħassra bid-defunct procedure, 3 xhur qabel it-tħassir tat-tali kumpaniji fuq gazzetta lokali u fuq il-portal tar-Reġistratur u għalhekk terzi li kellhom interess illi l-kumpanija tibqa ħajja setgħu joġġezzjonaw. Ir-Reġistratur qatt ma mexxa bit-tħassir meta ġie infurmat illi hemm kawżi pendenti. F’każ remot li nqabdet xi kumpanija li kienet involutż f’kawża, kull min għandu interess jista’ japplika l-Qorti sabiex tali kumpanija terġa’ titpoġġa fuq ir-Reġistru. Il-proċess huwa faċli, dirett u ma jdumx.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22378 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari18973, jista' l-ministru jgħid għalkemm kienu jammontaw il-multi li ġew imposti fuq uffiċjali ta' kumpaniji reġistrati mar-Reġistru tal-Kumpaniji u kemm minn dawn l-ammonti ġew imħalsa s'issa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.