Legislature:
Category:
Reset
Active:

Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb - Tnaqqis fir-rata tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li titnaqqas ir-rata tal-VAT għall-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jikkumpensa għaż-żieda fl-ispejjeż għal bosta sidien u ħaddiema f’dan is-settur?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex  jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Gozo Channel (Holding) Company Ltd - Audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts għas-snin 2022 u 2023 tal-kumpanija Gozo Channel (Holding) Company Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

NIrreferi l-Onor. Interpellant għall-audit accounts għas-snin 2022 u 2023 tal-Gozo Channel (Holding) Company Ltd li diġa tqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat tweġiba l-ingħatat għall-mistoqsija Parlamentari 29480.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija Parlamentari 30776.

Ta’ Qali - Petting Farm — Luna Park

Question

Fid-dawl tal-fatt li fis-snin 2024 u 2025 twaqqfet Luna Park ħdejn il-petting farm f’Ta’ Qali, fejn dan kien ta’ detriment u disturb gravi u fit-tul għall-annimali f’dan il-petting farm, jista’ l-Ministru jgħid taħt min taqa’ din l-art?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Jista l-Onor. Interpellant jiċċara għal liem art qieghed jirreferi.

Eks Casino di Venezia - Xogħol preparatorju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26878 dwar l-ex Casino di Venezia, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jdumu għaddejja d-diskussjonijiet mal-Awtorità tal-Artijiet issa li qabżu s-sitt xhur?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 26878.

Kodiċi Ċivili - Kirjiet kummerċjali ‘protetti’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kirjiet kummerċjali ‘protetti’ li ser jintlaqtu minn dak dispost fl-artikolu 1531I tal-Kodiċi Ċivili u ċjoè li jintemmu fl-1 ta’ Ġunju, 2028? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-kirjiet is-sid tagħhom huwa l-Gvern ta’ Malta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Falliment ta’ bonds

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx in place jew hux qed jaħseb li jkun hemm mekkaniżmu li jaħseb għal meta tfalli bond u dan sabiex jiġi minimizzat l-effett negattiv fuq is-settur finanzjarju, ekonomiku u ċ-ċittadini b’mod ġenerali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru tal-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi m’għandu l-ebda impjegati li jinsabu sospiżi bl-80% tal-paga, minħabba każijiet pendent li għandom il-qorti.

MGA - Konsulenti legali esterni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema proċedura jintgħażlu l-konsulenti legali barranin tal-Malta Gaming Authority (MGA)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Awtorita tagħzel l-konsulenti legali barranin tagħha abbażi ta’ kompetenza, esperjenza u għarfien tas-suġġett li dwaru tkun qed tintalab konsulenza skond proċeduri stabiliti tul iż-żmien.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29968 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi ġejt infurmat li l-impjegati fid-dekasteru li jien responsabbli minnu u illi ġew eletti f’kunsill lokali, kienu eletti fil-lokalitajiet ta’ Rabat, San Pawl il-Baħar, Qormi, Marsa, Birkirkara, Siġġiewi, Santa Venera u Luqa.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23923 fejn intqal li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 28651.

Eks Casino di Venezia — Żviluppi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26976, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proċess fir-rigward tal-eks Casino di Venezia?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 26878.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29480.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Chief Executive Officers

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23766, jista’ l-Ministru jgħid: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23766, ninforma lill-Onor. Interpellant li il-perjodu li għalih ikun maħtur Kap Eżekuttiv huwa stabbilit fil-kuntratt li jistipula l-kundizzjonijiet tal-impieg. Inżid wkoll li l-Ing. Karl Azzopardi inħatar bħala interim CEO tal-Malta Strategic Partnership Projects.