Jista’ l-Ministru jgħid x’fondi ġew allokati biex jinkoraġġixxu l-intraprenditorija fost in-nisa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-miżuri ta’ appoġġ għal intraprenditorija huma mfassla fuq bażi inklussiva u ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tal-ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali. L-iskemi huma miftuħa għal kull intraprenditur eliġibbli, inklużi n-nisa, u jimmiraw li jiffaċilitaw aċċess ugwali għall-opportunitajiet ta’ finanzjament u tkabbir. Il-fondi disponibbli huma suffiċjenti biex jappoġġjaw kull proġett vijabbli, u huma allinjati mal-limiti massimi permessi skont ir-regoli tal-EU State Aid.
Il-Malta Enterprise tagħti appoġġ addizzjonali lill-intrapriżi immexxija min-nisa, permezz tal-iskema Micro Invest, li toffri inċentivi fiskali lil start-ups u SMEs sabiex jinvestu u jespandu l-operat tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 896 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u jgħid kemm-il persuna applikat għall-iskema ‘Buying Energy-Efficient Homes’ sa issa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li
l-entitajiet fi hdan il-Ministeru ngaġġaw
lil dawn il-persuni sabiex jipprovdu konsulenza fuq is-suġġetti inkwistjoni, kif ġej: Acrosslimits, Prof. Gordon J. Pace, University Of Malta, SeyTravel Ltd. Infurmat li, kif jiġri dejjem liens segwiti l-proċeduri stabbiliti fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Infurmat ukoll li l-informazzjoni mitluba hija diġà ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni tal-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija Maltija tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li seħħ f’pajjiżna mill-1 ta’ Lulju sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jippubblika din il-valutazzjoni u jagħti rendikont tal-impatt finanzjarju stmat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lil Onor interpellant jirreferi l mistoqsija ghal ministeru koncernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni tal-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija Maltija tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li seħħ f’pajjiżna mill-1 ta’ Lulju 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jippubblika din il-valutazzjoni u jagħti rendikont tal-impatt finanzjarju stmat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lil Onor interpellant jirreferi l mistoqsija ghal ministeru koncernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw intrapriżi żgħar u medji (SMEs) minn skemi ta’ għajnuna ekonomika matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant tispecifika ghal liema mizura qeghda tirreferi.
Negozji żgħar u medji - Opportunitajiet ugwali għall-appoġġ - Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex negozji żgħar u medji jkollhom opportunitajiet ugwali għall-appoġġ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Malta Enterprise tiżgura li l-miżuri u l-iskemi tagħha jkunu aċċessibbli għal negozji żgħar u medji, sabiex dawn ikollhom opportunitajiet ugwali għall-appoġġ mill-inċentivi offruti. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċessi ta’ applikazzjoni huma mfassla biex jindirizzaw il-ħtiġijiet differenti tal-intrapriżi, filwaqt li jiġi żgurat aċċess ġust għall-għajnuna disponibbli.
Il-Malta Enterprise toffri wkoll servizzi ta’ one-stop shop permezz tal-Business First (inizjattiva bejn il-Malta Enterprise u l-Malta Chamber of SMEs) fejn jingħataw pariri dwar is-servizzi offruti minn entitajiet differenti.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet tal-koperattivi kollha rreġistrati bħalissa f’Malta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-koperattivi attivi (i.e. li mhumiex fi stat ta' xoljiment jew stralċjati) kollha li huma rreġistrati f’Malta.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 709.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma’ kull applikazzjoni għal permess ta’ logħob (tombla), l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob qed titlob id-dettalji tal-membri kollha tal-kumitat u mhux biss tal-persuna li qed tapplika?
Jista’ wkoll:
i. jgħid x’inhu l-iskop ta’ din it-talba għall-informazzjoni;
ii. jgħid għaliex mhux qed jintalbu biss id-dettalji tas-segretarju jew tal-persuna li qed tapplika f’isem il-kumitat; u
iii. jagħti garanzija li tali dettalji qed jinżammu biss mill-uffiċjali inkarigati mill-ipproċessar tad-data f’dik l-awtorità, b’tali mod li ma jkollhomx aċċess għalihom terzi, inkluż impjegati oħra tal-istess awtorità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi
Organizzazzjoni Volontarja (‘OV’) li tapplika għal permess ta’ logħob ta’ riskju baxx (tombla), skont l-Artikolu 44(4) tal-‘Gaming Authorisations and Compliance Directive (Directive 3 of 2018)’, hija obbligata li tissottometti lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob (‘MGA’) l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għall-finijiet tal-applikazzjoni, inkluża, iżda mhux limitata għal, dokumentazzjoni statutorja rilevanti relatata mal-istess organizzazzjoni.
F’dan ir-rigward, il-proċess t’awtorizzazzjoni jirrikjedi lid-dipartiment rilevanti tal-MGA jiġbor informazzjoni relatata mal-membri tal-kumitat tal-OV sabiex jivverifika li l-individwu li jkun qed jissottometti l-applikazzjoni in kwistjoni, huwa awtorizzat jaġixxi f’isem l-OV kkonċernata. Għal din l-istess raġuni, ma jintalbux biss id-dettalji tas-segretarju jew tal-persuna li qed tapplika f’isem il-kumitat.
Barra minn hekk, l-aċċess għal din l-informazzjoni huwa ristrett għal dawk l-impjegati tal-MGA li lir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom jeħtieġu tali aċċess għat-twettiq ta’ dmirijiethom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 492 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u jgħid meta hu ppjanat li jibdew ix-xogħlijiet ta’ restawr fil-Palazz ta’ Selmun, x’inhu l-istadju attwali tal-proġett, u jekk hemmx timeline stabbilita għat-tlestija tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi r-restawr tal-Palazz ta’ Selmun jifforma parti mill-Proġett ta’ Selmun, li għandu l-għan li jirriġenera s-sit b’mod li jibbilanċja l-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, ambjentali, soċjali u kulturali, filwaqt li jiżgura s-sostenibbiltà u l-valur fit-tul, f’konformità mal-Viżjoni 2050.
Il-Gvern għandu l-intenzjoni li joħroġ Sejħa Kompetittiva għall-Proposti (Request for Proposals – RFP) sabiex jistieden proposti minn partijiet interessati, filwaqt li jiżgura trasparenza u valur għall-flus.
Saret ukoll Analiżi tal-Ispejjeż u l-Benefiċċji (Cost Benefit Analysis – CBA) sabiex issostni l-valutazzjoni strateġika u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Dan l-approċċ jipprovdi qafas ċar u strutturat għall-Proġett ta’ Selmun, sabiex id-deċiżjonijiet jittieħdu fuq il-bażi ta’ analiżi soda u permezz ta’ proċess kompetittiv, bil-għan li jinkiseb l-aħjar riżultat għas-sit u l-madwar tiegħu.
Fir-rigward tal-programm ta’ implimentazzjoni u l-iskedi ta’ żmien, dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti u żvelati f’aktar dettall fi stadju sussegwenti, ladarba jitlestew il-proċessi meħtieġa.
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ koperattivi li għandna reġistrati bħalissa f’Malta? Jista’ jgħid ukoll f’liema kategorija ta’ xogħol jaħdmu dawn il-koperattivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant
In numru ta koperattivi li ghandna rregistrati f’Malta huma 79.
Dawn il-koperattivi
joperaw
f’dawn il kategoriji:
Kategorija
No. Ta' Koperattivi
Sajd u Agrikoltura
20
Kultura
4
Edukazzjoni
4
Saħħa u Sigurta'
1
Marittimu
4
Midja
1
Medical
3
Retail
3
Servizzi
1
7
Soċjali
2
Spatial
1
Sport
2
Tecknoloġija
4
Trasport
11
Workforce
2
Numru totali
79
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment qed jalloka l-Gvern fis-settur tal-AI u x’ser ikunu l-miri long-term għall-programm AI4ALL?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi hekk k
if imhabbar fid-diskors tal-Budget 2026, il-Gvern alloka €100 miljun għad-diġitalizzazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji bħall-Intelliġenza Artifiċjali.
Il-programm l-AI4ALL huwa intenzjonat li joffri programm edukativ li jibda billi jesponi lill-individwi Maltin minn eta' ta' 14-il sena u akbar, għal-prinċipji bażiċi u fundamentali tal-użu tal-IA. Grazzi għall-ewwel fażi, kull min hu eliġibbli biex jipparteċipa f'dan il-programm edukattiv jista' jilħaq livell ta' tagħlim li jippermettilu juża l-IA b'mod sigur.
Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq it-tieni fażi li matulha se jkunu offruti korsijiet li jiffokaw fuq kif wieħed jista' juża l-IA f'sitwazzjonijiet partikolari, bħall-IA għal-impjegati tas-settur pubbliku, u kif tista' tintuża l-IA minn persuni li qed iffitxu xogħol. Din il-fażi, apparti li qed tinkludi l-iżvilluppar tal-kontenut, se tinkludi ukoll l-akkreditazzjoni ta' dawn il-korsijiet addizzjonali. B'hekk dawk l-individwidi li jkomplu b'suċċess dawn l-'pathways' addizzjonali se jkunu jistgħu jirċievi ċertifikat li jikkonferma il-livell edukattiv miksub.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun qed joffri l-programm AI għal Kulħadd? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-konkorrenza mit-tnedija tagħha?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-programm AI għal Kulħadd huwa programm nazzjonali edukattiv li jesponi lill-individwi Maltin minn eta' ta' 14-il sena u akbar, għal-prinċipji bażiċi u fundamentali tal-użu tal-IA. Dan il-programm jibda bi 3 korsijiet li jiffokaw fuq l-elementi fundamentali tal-IA, l-IA għall-ħajja ta' kuljum u l-IA għat-tagħlim. Kull min jsegwi u jwieġeb l-mistoqsijiet relatati ma' dawn il-korsijiet jilħaq livell ta' tagħlim li jwassal għal użu sigur tal-IA. L-individwi li jaslu sa' dan il-livell jirċievu ċertifikat li jikkonferma li t-tlett korsijiet ġew konklużi b'suċċess, kif ukoll aċċess għal-sena b'xejn għal-ChatGPT Plus jew Microsoft 365 Personal bil-Copilot AI.
Il-progress tal-ewwel fażi kien wieħed pożitiv ħafna, b'aktar minn 29,000 individwu rreġistraw u bdew il-programm fl-ewwel seba’ ġimgħat mit-tnedija tiegħu. 15,839 individwu lestew it-tlett korsijiet u rċevew abbonament ta' sena għal-wieħed mill-għodod tal-IA msemmija.