Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema ‘Business Start’ bejn is-sena 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet ħarġitx No Objection biex isir pontoon fil-każ partikolari li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Artijiet ma tagħtix “no objection”, imma tiddeċiedi jekk tagħtix il-kunsens tagħha sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni tal-iżvilupp, kif ġara f’dan il-każ. Fil-każ li l-iżvilupp jiġi approvat mill-Awtoritajiet konċernati, l-Awtorità tal-Artijiet tkun tista’ tgħaddi kirja fuq termini ta’ encroachment concession skont it-termini approvati fil-permess ta’ l-Ippjanar.
Awtorità tal-Artijiet – sentenza tal-Qorti tal-Appell fil-kawża kontra l-Kunsill Lokali Gżira
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9995 u ċjoe`: B’referenza għas-sentenza tal-Qorti tal-Appell bejn il-Kunsill Lokali tal-Gżira u l-Awtorità tal-Artijiet preseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff fis-26 ta’ April 2023 fejn fix-xhieda tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet qal illi d-deċiżjoni biex tittieħed lura parti mill-ġnien devolut lill-Kunsill Lokali Gżira kienet ittieħdet mill-Bord u l-Kap Eżekuttiv ta’ qablu, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Bord tal-Gvernaturi li juru meta u min kien ħa din id-deċiżjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xhieda msemmija ngħatat fl-Administrative Review Tribunal u hija msemmija biss fis-sentenza tal-Qorti tal-Appell. Din id-deċiżjoni ttieħdet mid-“Disposals Committee’’ tal-Awtorità tal-Artijiet li kien delegat mill Bord tal-Gvernaturi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9397 u jgħid x’applikazzjonijiet saru minn kumpaniji privati għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Baġit 2014-2020? Jista' jgħid taħt liema programmi saru dawn l-applikazzjonijiet u f'kull każ għal xiex kellhom jintużaw il-fondi Ewropej? Jista’ jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet minn dawn il-kumpaniji privati u ċjoè jekk ġewx approvati jew le? Jista' jgħid dawk li ġew approvati, liema kienu u x'inhu l-persentaġġ li joħorġu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti u jelenka f’kull każ l-isem tal-kumpanija benifiċjarja? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti fil-preżent u meta ser jagħlaq dan il-programm?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kapaċità għal kull tunnellata tal-grain pump l-antika li ntużat fil-Kordin Grain Silo u l-grain pump il-ġdida li ġiet installata? Jista’ jgħid ukoll it-tul ta’ żmien ta’ meta l-pompa l-qadima waqfet tiffunzjona sa meta bdiet titħaddem il-pompa l-ġdida tal-qamħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninofrma lill-Onor. Interpellant li l-crane l-ġdid għandu kapaċità ta’ 700 tunnellatta fis-siegħa filwaqt li l-crane l-antik kellu kapaċità ta’ 1,100 tunnellata fis-siegħa.
Il-crane l-antik waqaf jaħdem f’Awwissu tal-2018 filwaqt li l-crane l-ġdid ġie installat f’Settembru tal-2023.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħditiet biex l-art fejn qabel kien hemm l-impjant tal-gass tal-Enemalta fil-Qajjenza, Birżebbuġa, tiġi trasferita mill-Gvern lill-privat? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' trasferiment ser ikun?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Il-Gvern għandu biss titolu fuq erba’ siti żgħar illi jiffurmaw parti minn dan is-sit, liema siti ma jaqbżux l-erbatax fil-mija (14%) tal-kejl tas-sit kollu. Għaldaqstant, il-Gvern għalissa qiegħed jillimita ruħu illi jagħti l-kunsens tiegħu sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar, u dan għall-ippjanar aħjar tas-sit kollu. Rigward trasferimenti eventwali ta’ dawn l-erba’ siti, l-Awtorità tal-Artijiet sejra tistenna l-eżitu tal-proċess tal-ippjanar qabel ma tibda diskussjonijiet ulterjuri mas-sidien kollha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu mpjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Artijiet — Encroachment permits 2023 mhux imġedda
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11698, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-encroachment permits li fl-2023 ma kinux imġedda b’mod awtomatiku, u għalhekk twaqqfu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total jammonta għal għaxra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit immarkat jew kwalunkwe parti mis-site plan mehmuż ma’ din il-mistoqsija parlamentari hijiex proprjetà tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jindika liema huma?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sit indikat jifforma parti minn art ta’ circa 28,500 metru kwadru, li ġiet reġistrata f’isem il-Gvern ta Malta f’1991.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslux rapporti ta’ abbużi minn Fondi Ewropej għand il-Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD)? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ittieħdu mill-PPCD?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull allegazzjoni ta’ abbuż minn Fondi Ewropej li l-Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD) irċeviet sa mill-bidu ta’ twaqqif tagħha fis-sena 2001, dejjem ġiet eżaminata bir-reqqa internament. Meta tali eżami juri li b’mod raġonevoli tali allegazzjoni hija ibbażata fuq fatti li jridu jiġu investigati iktar fil-fond, din l-allegazzjoni tiġi riferuta lill-Internal Audit and Investigations Department (IAID) f’konformità mal-Artikolu 14 tal-Kapitolu 461 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Awtorità tal-Artijiet – stabbilimenti li għandhom permess jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11699 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-istabbilimenti kollha li għandhom permess mill-Awtorità tal-Artijiet biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta? Għal kull permess, jista’ jindika l-isem tal-istabbiliment, it-triq li jinsab fih, u l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f’metri kwadri li għandu permess jokkupa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11699.
Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jiġi ppubblikat l-Avviż Legali li permezz tiegħu se jkunu qed jidħlu fis-seħħ tibdil u/jew it-tneħħija ta’ kundizzjonijiet minn kuntratt fejn ingħatat proprjetà tal-Gvern?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan se jiġi ppubblikat fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm dewmien twil (saħansitra snin sħaħ ta' dewmien) fl-ipproċċessar ta’ talbiet għal għotja ta' Atti ta' Kurazija (Guardianship deeds) lil NGOs mill-Awtorità tal-Artijiet u fejn qegħdin jeħlu dawn il-proposti? Jista' jgħid ukoll jekk dan id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk hemmx ir-rieda politika biex ikomplu jingħataw Atti ta' Kurazija lil NGOs, jew le?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal liema proposti qed tirreferi, għax kull każ għandu l-mertu tiegħu.
Malta, Għawdex u Kemmuna — applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji għal kiri ta’ umbrelel u/jew deckchairs
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10037 u jgħid, sena b' sena f dawn l-aħħar għaxar snin, kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda minn operaturi u kemm ingħataw permessi u fejn mill-Awtorità tal-Artijiet ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna għal-liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew milqugħa jew inkella rifjutati? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti? Globalment kemm hemm operaturi li għandhom il-permessi mill-Awtorità tal-Artijiet ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna u fejn jinsabu għal-liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Operaturi li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs ħdejn il-bajjiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10038, rigward operaturi li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs ħdejn il-bajjiet kollha, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi u kif jinħarġu dawn il-liċenzji, kull meta jiġu mħallsa u kif jiġi determinat l-ammont dovut għal din il-liċenzja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha bdiewa li qed jitolbu li jgħaddu art tal-Gvern lil uliedhom wara l-mewt tal-persuna li tkun reġistrata fuqha l-art, qed jintalbu biex jippreżentaw pjanti fl-iskala ta’ 1:100, u dan bi spejjeż żejda għalihom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infumat mill-Awtorità tal-Artijiet li l-pjanta 1:100 indikata f’din il-mistoqsija parlamentari tintalab biss f’każ jekk fuq il-proprjetà li fuqha jintalab trasferiment hemm xi strutturi mibnija. F’każ li l-istrutturi jkunu nbnew wara l-1968 u jkunu koperti b’permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, dan għandu jiġi provdut ukoll.
Ministru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Proġetti f’Malta, Għawdex u Kemmuna permezz ta' fondi tal-UE
Question
Jista’ l-Ministru jwiegeb il-mistoqsija parlamentari 9541 u jgħid liema huma l-proġetti taħt il-programmi Next Generation EU permezz tal-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza u fejn jinsabu ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur tal-proġetti li ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati u liema Ministeru applika għalihom biex isiru? Jista’ jgħid ukoll kemm se jingħata flus kull Ministeru minn dan il-fond fuq kull proġett u kemm hu l-valur globali ta’ kull proġett? Jista’ jgħid jekk hemmx proġetti pendenti li għadhom qed jiġu skrutinati u jekk humiex se jibbenefikaw minn dan il-programm jew le? Jista’ jgħid ukoll hux se jingħataw aktar flus minn dawn il-Programmi u jekk iva, kemm se jingħata minn dan il-fond u għal liema proġetti oħra? Jista’ jgħid meta jagħlaq it-terminu li wieħed jista’ japplika għall-flus taħt il-faċilità tan-Next Generation EU?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proġetti kollha li għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza ġew identifikati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għal Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-miżuri ta’ investimenti elenkati fl-imsemmi Anness għad-Deċiżjoni, kif ukoll l-istituzzjonijiet responsabbli involuti fl-eżekuzzjoni ta’ kull investiment u l-allokazzjoni ta’ finanzjament mill-Faċilità għal kull wieħed.