Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15508 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi MIP irrilaxxar art lura lill-Awtorità tal-Artijiet b'tali mod li din tkun allokata permezz ta' Sports Malta.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15509 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kienx hemm din it-tip ta’ għajnuna.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15510 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq is-sit mgħoddi lilhom għal dan l-iskop?
B’referenza għall-proposti relatati mal-imxija tal-COVID-19 li ressqet l-Oppożizzjoni b’rabta mal-għajnuna lill-għaqdiet sportivi, jista’ l-Ministru jikkonferma li ġaladarba l-għaqdiet/klabbs sportivi jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’rata kummerċjali, huma se jkunu qed jibbenefikaw minn tnaqqis/sussidju/eżenzjoni fuq l-istess kontijiet kif imħabbar fil-mini baġit mill-Gvern ftit tal-ġimgħat ilu?
Jista’ l-Ministru jelenka l-ħidmiet li wettqet ir-Responsible Gaming Foundation matul l-aħħar sena? Kemm tat fondi lura lis-soċjetà fil-ġbir tagħha mill-industrija tal-logħob din il-Fondazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iġġenerat flus l-industrija tal-logħob fl-ekonomija Maltija f’dawn l-aħħar tliet snin? Kemm hemm impjegati jaħdmu f’din l-industrija f’pajjiżna? Kemm minnhom huma Maltin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari W444 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika wkoll kemm kien hemm persuni li għamlu użu mill-postijiet tal-gambling matul l-2016, 2017, 2018 u l-2019? Jista’ jindika wkoll kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15450 u 14675 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14306, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-azzjonisti ta’ Malta Air Travel Ltd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi l-azzjonista tal kumpanija Malta Air Travel Ltd huwa 100% il – Gvern ta Malta.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15454, 14898 u 14342 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi il-lista mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – bordijiet – benefiċċji, kumpens finanzjarju u kundizzjonijiet varji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-Ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tas-7 ta’ Novembru 2019 tal-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija Għawdex, proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid fil-preżent kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-Innovation Hub u ma' liema kumpaniji qed jaħdmu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill onorevoli iterpellant li din l-informazzjoni ghadha qedt tingabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – spiża fuq mobile phones
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadah qed tinġabar.
COVID-19 – pagamenti lill-kumpaniji li kienu bit-3 u l-4 day week
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15576 u 15469 u jgħid meta beħsibhom jibdew joħorġu l-pagamenti mwiegħda bħala għajnuna lill-kumpaniji li minħabba l-imxija tal-COVID-19 kellhom imorru għall-4 u 3 Day week? Jista’ jgħid jekk il-kuntratt li l-istess kumpaniji għandhom u jiskadilhom is-Sibt, 13 ta’ Ġunju ġiex imġedded?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni għada qedt tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15529, 15274, 15029, 14770 u 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq is-sit mgħoddi lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — impjieg ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant għar-risposta li ngħatat għall--Mistoqsija Parlamentari 14840.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħlas lil persuna
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għas-seduta 175 tal-14 ta’ Lulju 2014 fejn il-kuntratt tas-Sinjura Sai Mizzi Liang flimkien ma kopja tal-payslip kienu imqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Numru fejn isib elenkati l-ispejjeż relatati mal-kuntratt tagħha meta kienet impjegata mal-Malta Enterprise.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni għadha qedt tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/i li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks għaddiet sit f’Ħal Luqa lill-Awtorità tal-Artijiet, liema sit kien indikat biex jgħaddi lil Valletta FC?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni għadha qedt tinġabar.