Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – bordijiet, kunsilli, awtoritajiet u sotto kumitati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-bordijiet, kunsilli, awtoritajiet u sotto kumitati tagħhom li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol? Jista’ jgħid min huma l-persuni li servew u jservu f’kull waħda minn dawn l-entitajiet mill-2013 ‘il hawn? Għal kull wieħed minnhom, jista’ jgħid xi kwalifiċi u esperjenza għandu? X’pakkett finanzjarju, inkluż perkaċċi ngħata? Meta bdew, meta spiċċaw u għal-liema tul ta’ żmien ġie mogħti lilhom it-terminu ta’ ħatra?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb b’mod sħiħ id-diversi domandi li saru, inkluż din l-istess domanda, li qed jitolbuh biex jgħid minn meta ġie fdat bid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, min kienu dawk il-konsulenti kollha mingħajr ebda esklużjoni, inkluż dawk fuq position of trust, contract of service u contract for service, u li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru tiegħu inkluż is-Segretarju Parlamentari, is-Segretarju Permanenti, id-direttorati u l-bordijiet, kunsilli u awtoritajiet, li spiċċaw mill-kariga u min kienu dawk li bdew, kemm ilu Ministru hu? Għal kull wieħed minnhom, jista’ jgħid x’tip ta’ konsulenza/xogħol qed jagħmel? Xi kwalifiċi u esperjenza għandu? X’pakkett finanzjarju, inkluż perkaċċi, ngħata? Kemm-il siegħa mistennija li jaħdmu f’kull każ? Meta bdew, meta spiċċaw u għal-liema tul ta’ żmien ġie mogħti lilhom il-kuntratt?
MCAST – studenti li bdew korsijiet imma ma spiċċawx
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti bdew korsijiet mid-diversi MCAST u ma spiċċawx is-sena skolastika 2017-2018, 2018-2019 u 2019-2020? Jista' jelenka kull MCAST minn fejn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 15987 - MCAST - studenti li bdew korsijiet imma ma spiċċawx.pdf
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm dropouts mill-Higher Secondary School għas-sena skolastika 2017-2018, 2018-2019 u 2019-2020?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ dropouts mill-Giovanni Curmi Higher Secondary School fis-snin skolastiċi indikati mill-Onorevoli interpellant huwa kif se nsemmi:
Scholastic Year
Dropouts
2017-18
219
2018-19
269
2019-20
209
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm dropouts mill-Junior College għas-sena skolastika 2017-2018, 2018-2019 u 2019-2020?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' dropouts mill-Junior College għas-snin 2017/2018, 2018/2019 u 2019/2020 huwa kif ġej:
2017/2018
1st years - 144 student minn 1101 student
2nd years - 25 student minn 830 student
2018/2019
1st years - 124 student minn 980 student
2nd years - 18-il student minn 772 student
2019/2020
1st years - 60 student minn 1064 student
2nd years - 16-il student minn 714 student
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema Maltin u barranin jaħdmu bla permess mill-2013 sal-lum u x'passi ttieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ ħaddiema Maltin u barranin li nqabdu jaħdmu bla permess mill-2013 sa Mejju 2020 (l-aħħar ċifri disponibbli għal Jobsplus), huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Sena
Perjodu
Maltin
Barranin
2013
Jannar -Diċembru
1,811
611
2014
Jannar -Diċembru
1,754
734
2015
Jannar -Diċembru
1,389
1,342
2016
Jannar -Diċembru
1,600
1,957
2017
Jannar -Diċembru
1,010
1,422
2018
Jannar -Diċembru
1,112
2,292
2019
Jannar -Diċembru
746
1,731
2020
Jannar-Mejju
301
1,609
Il-liġi li tirregola l-ħidma tal-ispettorat ta’ Jobsplus titfa’ r-responsabbiltà tal-impjieg fuq min iħaddem u mhux fuq il-ħaddiem, bl-eċċezzjoni ta’ meta jkun hemm każi ta’ impjegati li jinqabdu jaħdmu waqt li qed jirreġistraw għax-xogħol.
L-ispezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol isiru kif preskritt mill-Kapitolu 594 (qabel 343) tal-Ligijiet ta’ Malta. L-istess Kapitolu jitfa’ r-reponsabbiltà kollha fuq min iħaddem sabiex jirreġistra lill-impjegati tiegħu. Waqt l-ispezzjonijiet jinstabu diversi infringements li jinkludu, impjegati li ma jkunux reġistrati, impjegati li jkunu qegħdin fl-impjieg mingħajr liċenzja, impjegati li jkunu minorenni u anke impjegati li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.
Minn naħa ta’ Jobsplus tittieħed azzjoni kontra min iħaddem u min jaħdem waqt li jirreġistra fil-Qorti kif indikat f’din it-tabella:
Sena
Numru ta' Ka
ż
ijiet Imressqa
2013
462
2014
564
2015
336
2016
605
2017
503
2018
334
2019
389
2020
128
Minbarra l-każijiet tal-Qorti, Kapitolu 343 (sal-25 ta’ Novembru 2019) u Kapitolu 594 (il-Liġi attwali) jipprovdu wkoll li ċertu reati jistgħu jiġu riżolti permezz ta’ multa amministrattiva. F’dan ir-rigward, il-Korporazzjoni ħarġet multi amministrattivi li ġew imħallsa kif ġej:
SenaNumru ta’ multi amministrattivi riżolti
2013179
2014183
2015197
2016509
2017307
2018261
2019210
2020641
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — first aiders kwalifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 15825 - MEDE - First Aiders kwalifikati.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għas-sena skolastika li jmiss, hux qed jikkonsidra joħloq pool ta' reliever Learning Support Educators (LSEs) ġewwa Għawdex biex jara li dejjem ikun hemm sostituti li jagħtu s-servizz lit-tfal li għandhom bżonn, kull meta l-LSE assenjat ma' dawn it-tfal ma jirraportax għax-xogħol? Fin-nuqqas ta’ dan, jista' l-Ministru jispjega x'soluzzjoni long-term għandu biex jara li s-servizz ta' LSE f'Għawdex ikun offrut dejjem u tfal ma jispiċċawx jintbagħtu d-dar meta l-LSE assenjat magħhom ma jirraportax għax-xogħol? Jista' jgħid ukoll kemm tfal kellhom jintbagħtu d-dar mill-iskola, tul is-sena skolastika li għadha kemm spiċċat, minħabba li l-LSE tagħhom ma rraportax għax-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu l-pjan li jkompli bil-prassi ta' reliever Learning Support Educators (LSEs) f’Għawdex.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jesiġi li meta LSE ma jirrapurtax għax-xogħol isiru arranġamenti interni fl-iskola kkonċernata biex it-tfal ma jispiċċaw qatt jintbagħtu d-dar.
M'hemm l-ebda policy jew direzzjoni mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li tgħid li l-istudenti jintbagħtu d-dar meta LSE ma tirraportax għax-xogħol. Sadanittant, m’hemm l-ebda lista ta’ studenti li ntbagħtu d-dar minħabba din r-raġuni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm riżenji minn pożizzjonijiet għolja mill-MCAST fl-aħħar sentejn? Liema kienu l-postijiet ta’ membri fil-bord, Deputat Prinċipal, Diretturi u Deputati Diretturi u postijiet għolja oħra, li seħħew riżenji minnhom u min kienu l-persuni li rriżenjaw? X’kienu r-raġunijiet għar-riżenja tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul l-aħħar sentejn kien hemm 6 riżenji minn pożizzjonijiet għolja ġewwa l-MCAST. Dawn kienu jokkupaw is-segwenti pożizzjonijiet – Direttur (tlieta) u Deputat Diretturi (tlieta). Ir-raġuni li taw kienet li sabu xogħol alternattiv waqt li persuna waħda rriżenjat waqt il-probation.
Irid jingħad li kien hemm ukoll 11-il persuna oħra li kienu jokkupaw pożizzjonijiet għolja iżda li għażlu li jirrevertu għall-pożizzjoni ta' lettur naturalment fl-MCAST stess. Dawn kienu jokkupaw is-segwenti pożizzjonijiet – Deputat Prinċipal (1), Direttur (tlieta), Deputat Direttur (7).
Naturalment, għall-kompletezza jrid jingħad ukoll li fl-aħħar sentejn kien hemm ukoll bidla fil-persuna li tokkupa l-kariga ta' President tal-Kulleġġ.
Peress li studenti li se jkunu qegħdin jistudjaw f’livelli ta’ masters u dottorat iridu jiddeċiedu dwar l-għażla ta’ università dan ix-xahar, li jfisser li jridu jikkommettu li jħallsu ammonti sostanzjali f’miżati u l-iskema ENDEAVOUR suppost li tagħti assigurazzjoni li l-istudenti mhux se jkollhom jinkwetaw fuq l-element finanzjarju waqt li jkunu qegħdin jistudjaw. Madankollu, il-Ministeru għall-Edukazzjoni mhuwiex qiegħed jagħti informazzjoni dwar kif il-proċess mistenni jaħdem u l-istudenti qegħdin jilmentaw li uffiċjali milll-Ministeru qed jibqgħu jgħidulhom biex jiċċekkjaw il-website uffiċjali b’mod regolari biex jirċievu l-informazzjoni, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija jiftħu l-applikazzjonijiet għas-sena skolastika 2020/2021 għall-iskema ENDEAVOUR, li titħaddem permezz ta’ fondi Ewropej?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema ENDEAVOUR ġiet imnedija fl-10 ta’ Lulju 2020 flimkien mal-iskemi l-oħra kollha amministrati mis-Sezzjoni tal-Boroż ta’ Studju fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. L-applikazzjonijiet online kif ukoll ir-regolamenti marbuta ma’ kull skema se jkunu aċċessibbli mil-lum 13 ta’ Lulju u jagħlqu l-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju 2020 f’nofsinhar.
Għal din is-sejħa, li hija s-sitt sejħa mis-sebgħa maħsuba taħt dan il-proġett li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew b’rata ta’ ko-finanzjament ta’ 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea u 20% minn Fondi Nazzjonali, qed jiġu allokati miljun Ewro (€1,000,000).
Wara diversi rapporti ta’ vandaliżmu u ta’ użu ħażin tal-ispazju u l-apparat tal-Qormi Outdoor Sports and Fitness Park, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa’ jiġi introdott il-gwardjan li kien hemm għassa miegħu fl-ewwel ġimgħat ta’ wara l-inawgurazzjoni tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. interpellant jirreferi għat-tweġiba li qed tingħata għall-mistoqsija parlamentari 15742.
Qormi Outdoor Sports and Fitness Park – art abbandunata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħsibijiet oriġinali li ssir it-tieni fażi tal-Qormi Outdoor Sports & Fitness Park billi tiġi żviluppata l-art li hemm abbandunata taħt il-pitch tal-boċċi b’risq il-familji ta’ Ħal Qormi u tal-madwar, għadiex tiġi kkunsidrata? Jek iva x’hemm mill-ħsieb li jsir u meta? Jekk le, x’se jsir minn din l-art mitluqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bi qbil bejn Sportmalta u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, l-outdoor gym huwa taħt ir-responsabbiltà tal-istess kunsill. Infurmat ukoll li l-art indikata se tiġi trasferita lill-imsemmi kunsill.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali tramite l-Ministeru kkonċernat.
Skejjel – vakanzi ta’ Kap u Assistenti kap ta’ Skejjel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi għal Kap ta’ Skola u ta’ Assistent Kap ta’ Skola li jridu jimtlew? Kemm minnhom huma fil-primarja u kemm fis-sekondarja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif se nsemmi:
Vakanzi ta’ Kap ta’ Skola:
2 fis-Sekondarja
1 Resource Centre
Vakanzi ta’ Assistent Kap ta’ Skola:
4 fis-Sekondarja
11 fil-Primarja
1 Resource Centre
Għalliema li se jirtiraw fis-sena skolastika li jmiss
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm stmat li ser jirtiraw għalliema fis-sena skolastika li jmiss? Liema huma s-suġġetti li jgħallmu dawn l-għalliema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar l-għalliema li jistgħu jirtiraw fis-sena skolastika li jmiss, u liema suġġetti jgħallmu, huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Subject
Possible retirements
Art
2
Complementary
1
Drama
1
eLearning
1
Integrated Science
1
Maltese
1
Primary
7
PSCD
2
Religion
2
Tile Laying
1
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament bid-dettalji ta’ xi preparamenti hemm lesti sal-lum u x’baqa’ jsir dwar il-pjan meħtieġ dwar il-possibilità li jinfetħu l-iskejjel mill-ġdid f’Settembru, l-possibilità li jibqgħu magħluqa u n-numru ta’ possibilitajiet oħra li qed jaħdem fuqhom il-Gvern?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Qafas għall-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet edukattivi tfassal f'April 2020 u hu mibni fuq mudelli tal-Ġnus Magħquda.
Bl-istess mod li nfetħu b'suċċess iċ-child care centres iktar minn xahar ilu u Skolasajf mill-1 ta' Lulju li għadda, hekk ukoll il-Gvern se jara li jinfetħu l-iskejjel f'Settembru għall-ġid tal-istudenti tagħna. Infetħu wkoll l-iskejjel tal-Ingliż u se jkun hemm klassijiet ta' reviżjoni tas-SEC.
Dan jirrikjedi bosta laqgħat ta' konsultazzjoni mal-imsieħba, kif sar fuq il-ftuħ mill-ġdid taċ-childcare centres u ċ-ċentri ta' tagħlim għal matul is-sajf.
Dan kollu qed ikun ikkordinat ċentralment mill-Ministeru u la jkun finalizzat minn kollox, jiġi spjegat pubblikament. Dan hu pjan li jinbena b'attenzjoni u b'kawtela, u mhux sempliċiment desk exercise. Il-ftuħ taċ-ċentri sa issa urew kemm sar ippjanar u tħejjijiet meqjusa, bil-fiduċja tal-ġenituri tkun waħda naturali u bl-ammonti tat-tfal li jattendu ċ-ċentri baqa' jiżdied.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – għajnuna lil Valletta FC fil-proġett ta’ żvilupp tal-istadium u faċilitajiet anċillari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15512 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi gejt informat li sal-ġurnata tal-lum, SportMalta għadu għaddej bil-proċess biex l-art tiġi trasferita lill-klabb inkwistjoni u qed jiġi ffinalizzat l-istess proċess biex tiġi trasferita l-art innifisha. Dan il-kuntratt se jkun qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif titlob il-liġi, qabel ma l-art tiġi trasferita.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – għajnuna lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15513 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li SportMalta uffiċjalment għaddiet l-art għall-grawnd kif kien l-obbligu tagħha.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15514 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq lis-sit mgħoddi lilhom għal dan l-iskop?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li qatt ma ntalbet għajnuna mill-Valletta Waterpolo Club.
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 14925, 15170 u 15436 u minħabba li sal-lum il-kapijiet tal-iskejjel primarji tal-istat u tal-knisja għadhom fl-għama, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma biex verament tiġi implimentata d-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta' LSE Class Support fil-kinder 2 fis-sena skolastika li ġejja skont kif miftiehem fl-aħħar ftehim kollettiv iffirmat mal-MUT ? Jista' jgħid ukoll meta se jiġi ffirmat il-ftehim mal-iskejjel tal-knisja fir-rigward ta' LSE addizjonali fil-kinder 2?
Response (BONNICI, OWEN)
B'referenza għat-tweġibiet indikati mill-Onor. interpellant, il-MEDE jikkonferma li l-Kinder Class Support LSE fil-Kinder 2 fl-iskejjel tal-Istat se jkunu qegħdin jiġu implimentati skont il-Ftehim Settorali (2017). Fl-iskejjel tal-Knisja din is-sistema se tiġi implimentata wkoll skont il-Ftehim Settorali (2017) u se tiġi diskussa mal-uffiċjali għolja tagħhom fil-ġranet li ġejjin.