Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Ħaddiema part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fil-Ministeru tiegħu u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time xi mkien ieħor?
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol preparatorju fil-Bastjun ta’ San Klement, u jagħti rendikont tax-xogħlijiet peress illi jidher li miexi b'mod sporadiku?
Jista’ l-Ministru jagħti d-data definittiva ta’ meta ser isir it-twaqqigħ tal-proġett li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li nbena illegalment f’sit li jinsab tul parti mix-X att tal-Gżira u Ta' Xbiex u li l-ispazju jingħata lura liċ-ċittadini u jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku, u dan ġaladarba nhar id-19 ta' Frar 2025 il-Qorti tal-Appell (Kompetenza Inferjuri) irrevokat id-deċiżjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar tal-31 ta’ Ottubru 2024 peress li l-imsemmi żvilupp mhux permess u għalhekk il-Qorti ddikjarat li l-permess PA 680/22 “huwa bla siwi u għalhekk null fil-liġi”?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Fil-każ tal-konċessjoni ta’ marina fuq ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex, magħrufa bħala Gardens Marina, u li ngħatat wara sejħa pubblika fl-2020, l-Awtoritajiet qegħdin jevalwaw d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, anki billi għadu qed jiddekorri t-terminu li fih tista’ tiġi intavolata ritrattazzjoni mill-imsemmija deċiżjoni tal-Qorti, li għalhekk għadha mhux definittiva.
Santa Venera — Triq il-Kanun - Porzjon ta’ art proprjetà tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema porzjon ta' art hi proprjetà tal-Gvern fi Triq il-Kanun, Santa Venera, u dan billi jippreżenta site plan li tindika tali art? Jista’ jgħid ukoll taħt liema entitjiet tal-Gvern jaqgħu dawn l-artijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema porzjon ta’ art qed jirreferi.
Artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22134, jista’ l-Ministru jgħid liema huma u fejn jinsabu d-devoluzzjonijiet imsemmija f’Ħ’Attard, il-Mosta, l-Iklin, Ħal-Lija, in-Naxxar u l-Imdina? Jista’ wkoll jikkonferma li ma hemm l-ebda devoluzzjoni f’Ħal-Balzan?
Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275)
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid f’liema proċess waslet l-implimentazzjoni tal-Energy Performance of Buildings Directive (EU/2024/1275), x’bidliet saru, u sa meta jippjana li jkunu qed jiġu implimentati l-bqija tal-bidliet mitluba mid-direttiva?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mill-operat tal-kafetterija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kwalunkwe ftehim kuntrattwali rilevanti assoċjat mal-operat ta’ dan l-istabbiliment?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19310. Peress li l-proprjetà ngħatat b’konċessjoni emfetewtika skont il-kuntratt imsemmi kull operat huwa responsabbiltà tal-emfitewta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha. Intenni illi l-Gvern jibqa’ kommess li japplika politiki u mizuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilità impjegati kif spjegajt fl-interpellanza su riferita.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq hospitality
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Ministeru tiegħu, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill Onor. Interpellant għal-line item ta' hospitality fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Ħaddiema full-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal- Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Artijiet – Bejgħ jew kiri ta’ proprjetà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu tenders għal bejgħ jew kiri ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tenders li ma kien hemm ebda offerta għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mis-sena 2020 sal-ġurnata tal-lum gew ippublikati 551 tender li 239 minnhom ma’ kellhom l-ebda offerta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art, li r-ritratt tagħha qed jintbagħat separatament, li fuqha kien hemm il-pjan li tinbena d-dar tal-anzjani ġewwa Triq Ganu, Birkirkara hix tal-privat? Jekk mhix tal-privat, jista’ jispeċifika ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-użu tagħha attwalment?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2025?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lil kull Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn il-proprjetajiet devoluti u kemm kienet il-kirja mħallsa għal kull proprjetà fl-aħħar tas-sena 2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tindika l-ammont ta’ devoluzzjonjiet lil kull Kunsill.
Ngħarraf ukoll li kull kirja ġdida u kull meta tiġġedded kirja qed ikunu emendati sabiex ma’ jkunux iktar minn
€
500 kull sit.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proċeduri li jirregolaw il-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-proċeduri?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Att 563 tal-liġi ta’ Malta li jirregola l-proċeduri l-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet.