Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3429 u jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord editorjali tal-PBS mill-1 ta' Ġunju 2026 sal-aħħar ta' Settembru 2026 u liema huma d-dati li fih iltaqa' dan il-bord?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3429, ninforma lill-Onor. Interpellant li, gejt infurmat li fil-perjodu msemmi, il-membri tal-Bord Editorjali tal-PBS kienu impenjati bis-sħiħ fl-evalwazzjoni ta’ iktar minn 200 proposta għall-programmi tal-iskeda l-ġdida.
Kien propju dan ix-xogħol importanti li kellhom iwettqu l-membri tal-Bord fil-perjodu msemmi u li ġie ifformalizzat waqt laqgħa formali fl-1 ta’ Settembru 2026.
Malli tlesta dak il-proċess ta’ analiżi, il-Bord kompla jiltaqa’ fuq bażi regolari ta’ kull xahar.
Xogħol ieħor tal-Bord fil-perjodu msemmi nkluda d-direzzjoni u l-approvazzjoni tal-kontenut, il-kwalità tal-produzzjoni u l-konformità tal-programmi mal-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-PBS.
Din il-ħidma tinvolvi konsultazzjoni kontinwa bejn il-membri tal-Bord stess u mal-maniġment tal-PBS. Fejn meħtieġ, il-Bord jikkonsulta wkoll mal-produtturi. Din il-konsultazzjoni ssir ukoll permezz ta’ laqgħat informali.
B’hekk, ninforma li l-Onor. Interpellant li l-Bord Editorjali jaħdem fuq bażi kontinwa, kemm fil-laqgħat formali kif ukoll fix-xogħol informali li huwa marbut li jwettaq skont l-obbligi tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-investiment totali tal-Gvern fil-programm 'Creative Art Spaces' imħabbar fil-Baġit 2026? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew identifikati spazji u kemm minnhom qegħdin jintużaw attwalment minn artisti jew organizzazzjonijiet kulturali?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1121, 1620 u 3358 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3297 u jgħid kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Gvern fil-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS u kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni f’Ġunju 2026, Lulju 2026, Awwissu 2026 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-politiċi u f’liema dati xxandru?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS għall-perjodi ċitati diġà xxandru, għaldaqstant huwa materjal awdjoviżiv fid-dominju pubbliku.
Madankollu, sabiex jiffaċilita l-aċċess għal din l-informazzjoni, kif mitluba mill-Onor. Interpellant, il-Ministeru qiegħed jagħmel kopja tal-bulettini tal-aħbarijiet fuq hard disk li se tkun disponibbli għall-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1122, 1621 u 3298 u jgħid min fil-PBS hu responsabbli li jinforza u/jew li jiġu infurzati sezzjonijiet 18 u 19 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Liġi Sussidjarja hija ċara.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3299 u jgħid jekk hemmx impjegati tal-PBS, kif ukoll preżentaturi jew produtturi ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti mxandra fuq il-PBS, li fl-istess waqt jokkupaw xi kariga jew rwol mal-Gvern, ma’ Ministeru jew Segretarjat Parlamentari, jew ma’ xi bord, kumitat, entità jew aġenzija tal-Gvern, inkluż bħala persons of trust, konsulenti jew advisors? Jekk iva, jista’ jagħti lista ta’ dawn il-persuni, l-irwol tagħhom mal-PBS jew fil-programm rispettiv, u r-rwol jew il-kariga l-oħra li għandhom mal-Gvern jew ma’ entità pubblika?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Din il-materja hija soġġetta għal proċeduri kostituzzjonali li l-Partit Nazzjonalista għażel li jiftaħ kontra l-ħaddiema tal-PBS u l-Awtorità tax-Xandir, li fihom l-istess Onorevoli Interpellant qiegħed jaġixxi bħala wieħed mill-avukati tal-parti rikorrenti, u għalhekk għandu interess professjonali marbut mal-interpellanza.
Kif jistgħu jixhdu l-udjenzi tax-Xandir Nazzjonali, nirrimarka li l-iskeda tal-PBS hija waħda varjata u tinkludi programmi ta’ ġeneri differenti, li jkunu saħansitra prodotti minn terzi. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mhijiex limitata għall-impjegati tal-PBS biss, iżda testendi wkoll għal preżentaturi u produtturi esterni, li jistgħu jkunu jaħdmu jew jipproduċu produzzjonijiet ma’ media houses varji, inkluż tal-Partit Nazzjonalista, u jkollhom impenji professjonali oħra.
L-informazzjoni kif mitluba jkun għalhekk jeħtieġ eżerċizzju ta’ verifika individwali dwar il-karigi, ir-rwoli jew l-impjiegi l-oħra ta’ dawn il-persuni, inklużi dawk li mhumiex impjegati tal-PBS.
Il-Gvern ma jaqbilx mal-istrateġija li qed taddotta l-Oppożizzjoni kontra professjonisti serji u ta’ fehmiet politiċi differenti, li qed jaqdu dmirhom fit-twassil ta’ informazzjoni bl-aktar mod serju.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett tal-Mużew fir-Rabat, Għawdex, x’xogħlijiet għad fadal isiru u meta huwa mistenni li jitlesta? Jista’ jgħid ukoll x’kienet l-istima oriġinali tal-ispiża ta’ dan il-proġett u kemm intefaq fuqu sal-lum?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti – Laqgħat tal-bord u minuti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, u meta tlaqqa' dan il-bord fil-perjodu bejn Jannar 2025 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħdux il-minuti f’kull laqgħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat kollha li saru f'dan il-perjodu?
Iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti – Laqgħat tal-bord u minuti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti u meta tlaqqa' fil-perjodu bejn Jannar 2025 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħdux il-minuti f’kull laqgħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat kollha li saru f'dan il-perjodu?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant liċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, kif inhu stabbilit bil-liġi, m’għandux board tiegħu.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – Membri u laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, meta ġew appuntati u sa meta jagħlaq it-terminu tagħhom? Jista' jgħid ukoll meta saret l-aħħar laqgħa ta' konsultazzjoni bejn il-Kunsill u l-pubblikaturi lokali kif ukoll jelenka liema Djar tal-Pubblikazzjoni attendew għal din il-laqgħa?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa dak kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern no. 21,492 tat-22 t’Awwissu 2025, fejn qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni kien hemm preżenti 11-il rappreżentant min-naħa tal-pubblikaturi lokali.
Valletta Cultural Agency – Laqgħat tal-bord u minuti
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta tlaqqa' l-bord tal-Valletta Cultural Agency fil-perjodu bejn Jannar 2025 u Settembru 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħdux il-minuti f’kull laqgħa u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat kollha li saru f'dan il-perjodu?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3044 u jgħid minn min huwa kompost il-Bord Editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll minn meta beda u meta jiskadi t-terminu ta’ kull membru tal-istess bord, u x’inhi r-remunerazzjoni finanzjarja ta’ kull membru?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord Editorjali tal-PBS huwa dak kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern no. 21,593 tas-27 ta’ Frar 2026, fejn qed inpoġġi Screen shot tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-remunerazzjoni annwali ssegwi strettament il-klassifika stabbilita’ fil-Manwal għall-istabbiliment tal-qafas għall-kategorizzazzjoni, il-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern, liema kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlestew ix-xogħlijiet ta' restawr u restawr strutturali fil-Kappella tas-Salib tal-Għolja, biex iż-żona terġa’ tkun aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li l-proġett ta’ restawr tal-Knisja tal-Lunzjata, fiż-żona magħrufa bħala tas-Salib tal-Għolja, issa daħal fl-aħħar fażi tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 957 u jgħid kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li ttellgħet jew li għadhom se jittellgħu fit-Teatru Manoel u teatri oħrajn f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li saru jew li għadhom iridu jsiru ġewwa t-teatri f'Għawdex?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-Teatru Manoel ma jittellgħux biss opri, imma jsiru rappreżentazzjonijiet differenti li jinkludu fost l-oħrajn mużika, drama, żfin, u Toi Toi (programm ta’ tagħlim u parteċipazzjoni għat-tfal). Ġejt infurmat li s’issa din is-sena diga’ ittellgħu 54 rapreżentazzjoni fit-Teatru Manoel, li għalihom attendew ’il fuq minn 26,500 persuna. Waħda minn dawn ir-rappreżentazzjonijiet kienet l-Opera Falstaff.
Fir-rigward tat-tieni mistoqsijia, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 956.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3222 u jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlitx investigazzjoni dwar konkos li sar fi trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu, fil-limiti ta’ Birżebbuġa? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien ir-riżultat u/jew x’azzjoni ttieħdet u/jew ser tittieħed?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li uffiċċjali tas-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali ser ikunu qed jispezzjonaw is-sit fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord editorjali tal-PBS mill-1 ta' Ġunju 2026 sal-aħħar ta' Settembru 2026 u liema huma d-dati li fih iltaqa' dan il-bord?
Kumitat tal-Wirt Dinji – Dossier tan-nomina ‘Il-Fortifikazzjonijiet Maltin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann’
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dossier ippreżentat għall-evalwazzjoni mill-Kumitat tal-Wirt Dinji għan-nomina ‘Il-Fortifikazzjonijiet Maltin tal-Kavallieri ta’ San Ġwann’ biex jiġu kkunsidrati għal-Lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument mitlub diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta numru 2 tat-22 ta’ Ġunju 2026.
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?