Il-Bidnija, San Pawl il-Baħar - Triq il-Girna - Mains tad-drenaġġ qabel isir it-tarmak
Question
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex qabel ma jsir ix-xogħol ta’ tarmak fi Triq il-Girna, l-Bidnija, fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar, jitpoġġew il-mains tad-drenaġġ, u dan biex jitnaqqsu l-ispejjeż meħtieġa, kif ukoll biex jiġi assigurat li jitneħħew il-fosos eżistenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li l-fosos eżistenti fl-imsemmija triq, li jappartjenu għar-residenzi, huma parti integrali mill-infrastruttura tad-drenaġġ u jitbattlu b’mod regolari. Ma’ dan inżid li l-Korporazzjoni kontinwament għaddejja bi pjanijiet u disinji biex tibni infrastrutturi ta’ drenaġġ ġodda f’żoni li preżentament huma moqdijin bis-sistema ta’ fosos.
Ix-Xemxija - Triq Telgħet ix-Xemxija - Xogħlijiet tad-drenaġġ u fuq is-sistema tal-ilma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) hux ser tkun qiegħda twettaq xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ u fuq is-sistema tal-ilma, fi Triq Telgħet ix-Xemxija, ix-Xemxija? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jinbeda u jitlesta dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tlesta x-xogħol relatat mas-sistema tad-drenaġġ kif ukoll sar xogħol fuq il-lining tal-infrastruttura eżistenti.
Ir-Rabat, Għawdex - Triq San Ġwann Bosco u Triq Dun Pawl Micallef - Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fiex ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet kollha li hemm ippjanati li jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq San Ġwann Bosco u fi Triq Dun Pawl Micallef, ir-Rabat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll kemm ser jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet u meta hu maħsub (xahar u sena) li jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ippjanati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaż-żona indikata jikkonsistu f’tibdil tal-mejnijiet tal-ilma kif ukoll dawk tad-drenaġġ. L-ispiża approssimattiva għal dan ix-xogħol hija ta’ €350,000 u hu mmirat li jitlesta għal Ġunju.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34152, 34303 u 34679 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul April 2025?
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma t-toroq f’Għawdex u Kemmuna li fihom ser ikunu qegħdin isiru jew huwa ppjanat li jsiru xogħlijiet li jinkludu tħaffir ta’ trinek fit-toroq jew fuq il-bankini mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) jew mill-Enemalta matul il-perjodu ta’ bejn Frar 2026 u Diċembru 2026?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Ta’ Xħajma, Xewkija/Nadur, Triq Bordin, Għajnsielem, parti minn Triq Ta’ Seguna/parti minn Triq ta' Bebunaq/parti minn Triq It-Tempju Ta’ L-Imramma/Triq Dun Luqa, Sannat u Triq San Duminku, Rabat. Għandha wkoll ippjanat li sa tmiem is-sena jsiru xogħlijiet fi Triq San Ġwann Bosco/parti minn Triq Dun Pawl Micallef/ Triq Il-Wied, Rabat, Triq Karlu Galea/parti minn Triq Ġorġ Borg Olivier/ Triq Viani, Rabat, Triq il-Qbajjar, Marsalforn, Triq San Franġisk/Triq Is-Simar, Qala, Triq Il-Viżitazzjoni/Triq Karmni Grima/Triq L-Arċipriet Gamri Camilleri/Triq Kanonku Franġisk Mangion, Għarb.
Infurmata wkoll li min-naħa tal-Enemalta
bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq il-Qbajjar/Triq ix-Xwejni, Marsalforn u Triq ta’ Ħamet/Triq ta' Xħajma/Triq Bordin, Nadur, filwaqt li qed ikun ippjanat li b’rabta mat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku matul din is-sena jsiru wkoll xogħlijiet fl-Għarb, ix-Xagħra, San Lawrenz u r-Rabat.
Is-Swatar - Triq Olaf Gollcher, Triq it-Torri u Triq tal-Qattus - Tarmak
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jkun qiegħed jingħata l-aħħar saff tarmak fi Triq Olaf Gollcher, Triq it-Torri u Triq tal-Qattus, fis-Swatar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-aħħar saff ta’ asfalt fi Triq Gollcher u Triq it-Torri huwa mmirat li jingħata sal-aħħar t’April, filwaqt li Triq il-Qattus se tinżamm fuq il-bażi eżistenti sakemm jitlestew xogħlijiet min-naħa tal-Enemalta biex tiġi kummissjonata substation ġdida fiż-żona.
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar - Protokolli ta’ infurzar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’koordinazzjoni qed issir jew hi prevista li ssir bejn Transport Malta (TM Maritime), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u awtoritajiet oħra kompetenti sabiex jiġi żgurat li bastimenti, pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità li jżommu f’wiċċ l-ilma ma jidħlux f’żoni riservati għall-għawm, u li ma jinqabżux il-livelli permissibbli ta’ storbju li jistgħu jaffettwaw lir-residenti tul il-kosta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lil-Ministeru konċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31037 li ngħatat fit-13 ta’ Ottubru 2025, tista’ l-Ministru tgħid jekk tlestewx ix-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq San Duminku fir-Rabat, Għawdex, peress li fl-istess tweġiba kien ingħad li ‘x-xogħlijiet fit-triq indikata għandhom jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena (2025) kif stipulat fil-kuntratt iffirmat?’
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet relatati mal-ilma potabbli huma finalizzati. Preżentament għaddejjin ukoll xogħlijiet fl-istess żona mill-Ministeru għal Għawdex u għaldaqstant biex jiġi kkawżat inkonvenjent mill-inqas, ix-xogħlijiet taż-żewġ Ministeri ingħaqdu u x-xogħol pendenti relatat mad-drenaġġ, flimkien mal-asfaltar tal-imsemmija triq, se jkunu finalizzati fil-ġimgħat li ġejjin.
TD-T-3847-2024 (11065) - ‘TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR PROPOSED HT FOR ENERGIZING TRIQ PALAZZO PALINA SS - SANNAT IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER’
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna l-Kamra dwar is-sejħa TD-T-3847-2024 (11065) - ‘TRENCHING AND CABLE LAYING WORKS FOR PROPOSED HT FOR ENERGIZING TRIQ PALAZZO PALINA SS - SANNAT IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER’ u tgħid jekk ix-xogħol kollu mitlub min din is-sejħa sarx? Jekk le, għaliex ma sarx u meta hu maħsub (xahar u sena) li jsir ix-xogħol kollu mitlub minn din is-sejħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett hija lesta u Triq Palazzo Palina diġá ngħatat l-asfalt. It-tieni fażi fiż-żona ta’ Triq Dun Luqa se ssir fiż-żmien li ġej wara li hemm ukoll saru xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa u kemm ser jiġu jiswew? Tista’ wkoll tagħti raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Marzu 2025?
Pjattaformi/strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar – Impatt ambjentali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux jew humiex previsti studji jew valutazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali relatat ma’ operat ta’ pjattaformi jew strutturi ta’ ospitalità f’wiċċ il-baħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-qiegħ tal-baħar, il-ġestjoni tal-iskart, u l-impatt possibbli tal-istorbju fuq ir-residenti u l-komunitajiet kostali fil-qrib?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34864, inżid li dwar il-ġestjoni tal-iskart, kwalunkwe vettura, inkluż vapuri, li twettaq it-trasport tal-iskart teħtieġ permess skont ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Attivitajiet tal-Immaniġġjar tal-Iskart (L.S. 549.45).
B’referenza għall-floating party island li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li bħalissa tinsab sorġuta fil-Port il-Kbir, tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx talba mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-impatt ambjentali li din l-attività jista’ jkollha fuq l-ambjent/baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li t-tbaħħir u t-tħaddim ta’ bastimenti mhux soġġett għal awtorizzazzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34164 u 34619 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34741.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' skart goff li ddaħħal fil-faċilitajiet apposta, mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar jew kuntrattur imqabbad minnu, matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34741.