Legislature:
Category:
Reset
Active:

Budget 2022 — Prattiċi tajba dwar it-tibdil fil-klima – flus ivvutati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus ġew ivvutati fil-Budget 2022, u kemm ser jiġu kommessi fis-snin li ġejjin għall-programmi/proġetti msemmija mill-Prim Ministru (fl-aħħar stqarrija Ministerjali) fuq kollaborazzjoni ma’ gżejjer oħra fuq prattiċi tajba dwar it-tibdil fil-klima?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fil-waqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-Tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22122, nitolbu jagħti ħarsa lejn id-dokument tal-Baġit u l-estimi finanzjarji għas-sena 2022 u għandu jara b’mod ċar kif dan il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ lejn il-ġlieda kontra t-Tibdil fil-Klima, mhux biss għal miljuni kbar li qed jalloka lill-ministeri differenti fuq fierxa ta’ proġetti u attivatijiet relatati mat-Tibdil fil-Klima, iżda wkoll f’kuntest ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifiċi lejn il-fond internazzjonali imsejjaħ Green Climate Fund li huwa immirat lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u fejn qed nirduppjaw l-allokazzjoni. Il-Baġit għal 2022 f’dan il-qasam huwa bla preċedent u juri r-rieda u l-impenn li ghandna. Dak li ħabbar il-Prim Ministru huwa l-pass li jmiss fuq livell internazzjonali fejn qiegħdin nesprimu r-rieda tagħna li ngħinu pajjiżi gżejjer zgħar bħalna iżda li għadhom li qed jiżviluppaw. Bħalna dawn il-pajji¿i qed jiffaċċjaw sfidi mit-Tibdil fil-Klima proprju għax huma żgħar u allura tajjeb li nkunu nistgħu nagħmlu skambju ta’ esperjenzi u prattiċi tajbin, kif ukoll naħdmu flimkien fuq proġetti li nistgħu nidentifikaw. Apparti hekk nkunu nistgħu wkoll nwasslu fil-fora internazzjonali d-diffikultajiet li pajjiżi bħal dawn jiltaqgħu magħhom. Dan huwa bidu. Fil-fatt nista’ ngħid li, waqt li kont Glasgow nattendi il-COP 26 jien diġà kelli laqgħat bilaterali dwar din il-materja u issa ser nkunu qiegħdin inħarsu ‘l quddiem sabiex nikkonkretizzaw aħjar l-forma u s-sustanza ta’ kif nistgħu nikkolaboraw aħjar għall-ġid ta’ kullħadd.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 22956.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Bejgħ bl-irkant tal-Emission Trading Units

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlet Malta mill-bejgħ bl-irkant tal-emission trading units matul dawn l-aħħar snin? Jista' jispjega kif isir il-bejgħ ta' dawn il-units u għala Malta hi f'pożizzjoni li tbiegħ dawn il-units?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għawdex -moniteraġġ tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx postijiet f'Għawdex fejn qed isir moniteraġġ tal-arja? Jekk iva jista' jagħti r-riżultati? Jista' jgħid jekk fl-aħħar 3 snin sarux testijiet fuq l-arja tal-Port tal-Imġarr f'Għawdex u jekk iva jista' jagħti r-riżultati li kien hemm ta' dawn it-testijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Għawdex isir monitoraġġ kontinwu tad-diossidu tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u l-ben¿in (benzene) fi tnax il-lokalità permezz ta’ passive diffusion tubes. Qiegħed nipprovdi informazzjoni dwar il-livelli tal-kwalità tal-arja f’dawn il-lokalitajiet fl-2019, 2020 u parti minn 2021. Apparti l-monitoraġġ permezz tal-passive diffusion tubes f’dawn il-lokalitajiet, isir ukoll monitoraġġ kontinwu fl-Għarb permezz t’air monitoring station li tintu¿a bħala baseline għal monitoring stations f’Malta. L-eqreb punt ta’ monitoraġġ għall-Port tal-Imġarr f'Għawdex huwa Triq l-Imġarr f’Għajnsielem. Ir-riżultati jinsabu fl-istess dokumenti li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Awtorità li tirregola l-kostruzzjoni biex jitnaqqas l-impatt permezz tal-kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega x’qiegħed issir permezz tal-Awtorità li tirregola l-kostruzzjoni biex jitnaqqas l-impatt permezz tal-kostruzzjoni fuq dawk li joqogħdu viċin jew maġenb siti tal-kostruzzjoni? Jista' jispjega x’qiegħed issir minn din l-Awtorità biex jitnaqqas it-tniġġiż tat-trab (dust polution) li jsir mis-siti ta’ kostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Jien infurmat li l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni qed tieħu l-mezzi kollha possibbli sabiex jonqos l-impatt fuq dawk li joqgħodu fil-viċinanzi ta’ fejn isiru xogħlijiet anke permezz t’Avviz Legali 426 tal-2021 dwar Regolamenti tal-2021 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Evitar ta’ Ħsara lil Proprjetà ta’ Terzi Persuni li ddaħħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru li għadda. Sadanittant fil-ġimgħat li ġejjin għandu jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika l-kodiċi dwar Twaqqigħ, Skavar u Kostruzzjoni. Irrid ngħid ukoll li l-Awtorità għall-Bini u Kostruzzjoni żiedet l-attività ta’ infurzar anke billi ser ikun qiegħed jingaġġa uffiċjali ġodda għal dan il-għan. Għad baqa’ xogħol xi jsir iżda l-impenn tagħna jibqa’ li l-Awtorità tibqa’ tissaħħaħ ħalli s-settur isir dejjem iżjed organizzat.

Awtorità tal-Ippjanar – policy dwar installar ta’ pools fuq bjut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar bidlitx il-policy fuq installar ta' pools fuq il-bjut ta' receded floors? Jekk iva, kif inhi llum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-policy?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar ma għamlet l-ebda tibdil fil-policy li tirrigwardja l-installar ta’ pools fuq il-bjut ta’ receded floors.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi tal-persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-methane gas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif Malta beħsiebha tilħaq il-mira ta' tnaqqis ta' 30% mill-emissjonijiet ta' methane gas mil-livell tal-2020 sas-sena 2030 kif intrabtet li tagħmel bid-dikjarazzjoni ta' Glasgow tat-2 ta' Novembru 2021? X'għajnuna qed jippjana l-Gvern biex jagħti lir-raħħala tal-baqar li kif inhu magħruf huma sors m'hux negliġibbli ta' methane gas?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Unjoni Ewropea diga ghandha strategija dwar il-methane u Malta tappoggja li jkun hemm mira kolletiva ghal-dan hekk kif qed jigi imressaq fl-istrategija. Id-dikjarazzjoni in kwistjoni kienet inizzjattiva tal-Kumissjoni Ewropea flimkien ma’ l-iStat Uniti tal_amerika sabiex tixpruna iktar azzjoni globali ghat-tnaqqis tal-gassijiet mill-methane. Fil-każ ta’ Malta l-emissjonijiet tal-methane mill-agrikoltura huwa ta’ 22% u kif forsi ġa jaf l-Onorevoli Interpellant l-Aġenzija għall-Governanza tal-Bio-Riżorsi Agrikoli fi ħdan il-ministeru rispettiv kienet imwaqqfa proprju bil-għan li tgħin lir-raħħala fil-qasam tad-demel ġġenerat mill-annimali.

Environment Impact Assessment mill-Wasteserve dwar il-bini tal-inċineratur fil-Magħtab

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21154 rigward dak deskritt mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) bħala kunflitt ta’ interess li kellu min ħadem fuq studju ambjentali (ikkummissjonat mill-Wasteserve) relatat mal-inċeneratur, jista’ l-Ministru jikkonferma: a. Jekk sarx due diligence mill-ERA jew mill-Wasteserv fuq il-persuna magħżula sabiex terġa' tagħmel l-istess rapport, liema rapport sewa lill-poplu Malti €10,000; b. Jekk fil-fatt instabx li reġa’ kien hemm kunflitt ta’ interess mill-persuna li tqabbad wara li minn dak li jirriżultali dan l-istess persuna ħadem (u mhux magħruf jekk għadux) ma’ kumpanija oħra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tal-persuna li oriġinarjament kien instab li kellu kunflitt ta’ interess; u c. Jekk l-ERA hix ser terġa' titlob li jerġa' jsir rapport ieħor simili, jekk fil-fatt jirriżulta li kien hemm kunflitt ta' interess?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat illi, skont ir-regolament 17(3) tar-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46), l-konsulenti li jipparteċipaw fil-Valutazzjonijiet tal-Impatti Ambjentali (EIAs) huma obbligati li jiffirmaw dikjarazzjoni li m’għandhom ebda kunflitt ta’ interessi li jista’ jaffettwa xi aspett kopert mir-regolamenti msemmija. Infurmat ukoll li, mill-informazzjoni li rċeviet l-Awtorità, ma rriżulta l-ebda kunflitt ta’ interess u għaldaqstant ma kienx hemm bżonn li jintalab rapport ġdid.

implimentazzjoni tal-NDC rivedut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Malta qiegħda timxi mal-NDC rivedut li ġie sottomess fis-17 ta' Diċembru 2020 u xi pjanijiet għandu l-Gvern fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan il-pjan? Min hu responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-pjan ta’ azzjoni tal-Gvern biex jintlaħqu l-miri ta’ Malta skont l-NDC tal-Unjoni Ewropeja li rrefera ghalih huwa elenkat fil-Low Carbon Development Strategy li ppubblikajna għall-konsultazzjoni pubblika ġimgħat ilu u li issa ġie konkluż. Kif ġabbart fil-Konferenza Nazzzjonali Dwar it-Tibdil fil-Klima nhar is-26 ta’ Ottubru dan il-pjan għandu miżuri costed li se jlaħħquna biex nilħqu il-miri ta’ Malta fir-rigward. Kif imħabbar fid-diskors tal-budget ser jitwaqqaf bord ta’ monitoraġġ li ser ikun jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi sabiex jara li, flimkien ma’ Ministeri oħra konċernati, dan il-pjan jitwettaq f’waqtu.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22163, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għal Ambjent, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 22163.

Awtorità tal-Ippjanar — multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imposti multi mill-Awtorità tal-Ippjanar f'Malta u f'Għawdex, sena b'sena, mill-2010 'l hawn u kemm tħallsu minn dawn il-multi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Dawn in-numri jinkludu ukoll ammonti kkontestati u li fuqhom hemm proċeduri legali.

Awtorità tal-Ippjanar — permessi ta' bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi ta' bini mill-Awtorità tal-Ippjanar f'Malta u f'Għawdex fl-2020, it-tip ta' bini li ġie approvat u kemm min dawn il-permessi kien fiż-żona ta' żvilupp jew barra minnha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi — multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imposti multi mill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi f'Malta u f'Għawdex, sena b'sena, mill-2016 'l hawn u kemm tħallsu minn dawn il-multi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u għalhekk tingħata f’seduta oħra.

Triq is-Salina – xogħol – diskrepanzi fil-livell mogħti mill-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li fuq ix-xogħol li kien għaddej minn Infrastructure Malta fil-bidu ta’ Triq is-Salina viċin ir-roundabout li tagħti għal Triq il-Kosta instabux diskrepanzi fil-livelli mogħti mill-Awtorità tal-Ippjanar li fuqhom kien qed jaħdem il-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tal-Ippjanar mhix infurmata li kien hemm xi diskrepanzi fil-livelli mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Naxxar — Tas-Sagħtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar fi Triq il-Ħawħ, Triq Manwel Magri SJ u Triq Ċensu Muscat) - Żvilupp

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22502, 22444, 21995 u 21994, peress li fit-tweġibiet qed jirreferi għal barriera oħra u mhux dik li qed issir id-domanda fuqha, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ żvilupp lesta tikkunsidra l-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit li qabel kienet tintuża bħala barriera fiż-żona magħrufa Tas-Sagħjtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar li tinsab preċiżament Triq il-Ħawħ, Triq Manwel Magri SJ u Triq Ċensu Muscat) fil-limiti tan-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq is-sit indikat ġewwa l-lokalità tan-Naxxar l-Awtorità tal-Ippjanar qed tikkunsidra proposta ta’ żvilupp skont l-applikazzjoni pendenti bin-numru PA 3632/09 li ġiet preżentata wara l-ħruġ tal-permess outline numru PA 2435/97 datat 20 t’Awissu 2008. Illi dan il-permess ta’ żvilupp fi stadju ta’ outline huwa ghall-żvilupp komprensiv ta’ diversi blokki medium rise għall-użu ta’ appartamenti. Illi l-applikazzjoni PA 3632/09 hija ntiża li ssegwi dan l-permess outline billi jridu jiġu meqjusa dawk il-kundizzjonijijet elenkati fl-istess permess outline.

Żona tal-Mistra Village – azzjoni biex titneħħa t-telqa u l-periklu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu l-passi meħtieġa u tinforma lis-sidien tas-sit li qabel kienet il-Mistra Village sabiex jieħdu azzjoni sabiex it-telqa u l-periklu li hemm fuq l-imsemmi sit, tiġi rranġata/rimedjati mill-aktar fis?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li fuq dan is-sit speċifiku l-Awtorità tal-Ippjanar ġa ħarġet avviż ta’ infurzar minħabba ħsara lill-ġmiel jew siwi taż-żona u dan taħt id-disposizzjonijiet tal-Artiklu 99(1) tal-Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Madankollu infurmat li fuq dan l-avviż hemm appell pendenti quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Sadanittant tlabt ukoll lill-Awtorita’ għal-Bini u Kostruzzjoni sabiex tinvestiga l-każ min-naħa tagħha wkoll.

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – siti ta’ kostruzzjoni — ċnut

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tinforma lis-sidien tas-siti ta’ kostruzzjoni abbandunati/mhux kompluti li hemm fil-lokalitajiet tal-Mellieħa (Manikata) u San Pawl il-Baħar (Qawra, Buġibba u Xemxija) sabiex isirulhom iċ-ċnut u dan sabiex jiġu evitati perikli u inkonvenjent bla bżonn lir-residenti li joqogħdu biswit tali siti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjega li tajtu bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 22545. Ninfurmah ukoll li ġbidt l-attenzjoni tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni dwar iż-żoni msemmija fil-mistoqsija biex din l-Awtorità tieħu l-azzjonijiet meħtieġa.

Reġistru tal-laqgħat – laqgħat ma’ individwu

Question

Fid-dawl tal-wegħda tiegħu li jdaħħal reġistru tal-laqgħat li jkollu ma' lobbies u individwi, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dati, l-Aġenda u l-post fejn saru laqgħat mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamntari Numru 17211.