Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti ta' Marsaxlokk ġewx ikkonsultati dwar fejn ser jinbena ċ-Ċentru tal-Akwakultura ġdid, li bħalissa qiegħed jopera mit-Torri ta' San Luċjan f’Marsaxlokk? Jista’ jgħid ukoll kemm se jiswa dan il-proġett u xi flus intefqu fuqu sa issa?
Response (REFALO, ANTON)
L-Aġenzija għar-Riżorsi Akwatiċi (ARM) kellha diversi opportunitajiet li tikkonsulta mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk. Barra minn hekk saret laqgħa mar-residenti ta’ Marsaxlokk fil-15 ta’ Lujlu 2026. L-unika spejjeż li saru b’rabta ma’ dan il-proġett huma relatati mad-disinn tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ser jinbena ċ-Ċentru tal-Akwakultura ġdid li bħalissa qiegħed jopera mit-Torri ta' San Luċjan f’Marsaxlokk? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li tindika l-lokazzjoni ta' dan il-proġett u jgħid jekk is-sit hux fiż-Żona ta' Żvilupp jew barra ż-Żona ta' Żvilupp?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern huwa mpenjat li jiżviluppa Ċentru ta’ Riċerka għall Akwakultura u s-Sajd. Binja ta’ din ix-xorta jkollha bżonn li tkun viċin il-baħar, l-operat eżistenti tal-Aġenzija għar-Riżorsi Akwatiċi (ARM) u l-komunità tas-sajjieda. ARM għadha ma daħlitx applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ dan iċ-ċentru.
Imwiet ta' bhejjem minħabba s-sħana – Investigazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3580 u jgħid jekk sarux investigazzjonijiet jew valutazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti dwar imwiet ta' bhejjem li setgħu kienu relatati mat-temperaturi għoljin matul ix-xhur ta' Ġunju sa Settembru 2026? Jista' jgħid ukoll x'kienu s-sejbiet ta' dawn l-investigazzjonijiet, jekk saru, u jekk ġewx identifikati xi kategoriji ta' bhejjem jew tipi ta' rziezet li huma partikolarment vulnerabbli għall-istress mis-sħana?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li matul il-perjodu msemmi ma ġietx identifikata sitwazzjoni li kienet teħtieġ azzjoni jew segwitu partikolari mill-awtoritajiet kompetenti. Abbażi tal-informazzjoni miġbura fil-kors tal-ħidma regolari tal-entitajiet involuti, ma ġew osservati l-ebda xejriet jew ċirkostanzi li jindikaw impatt sproporzjonat fuq kategoriji speċifiċi ta’ bhejjem jew fuq setturi partikolari tal-produzzjoni agrikola.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji dwar l-impatt tal-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ fuq il-kwalità tal-arja, l-istorbju u l-irwejjaħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Studju dwar l-impatt fuq it-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt tat-traffiku addizzjonali li se tiġġenera l-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ fuq it-toroq tal-Mellieħa, u jekk iva, iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Impatt fuq it-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jiżdiedu l-vjaġġi ta’ trakkijiet kuljum minn u lejn il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Teħid ta’ art agrikola
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tittieħed art agrikola għall-bini tal-Faċilità Nazzjonali għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ, u jekk iva, kemm?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex intgħażlet iż-żona tal-Qammiegħ, fil-Mellieħa, għall-bini tal-Faċilità Nazzjonali għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu, u liema siti alternattivi ġew ikkunsidrati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel - Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 752 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet u reġjuni ta’ Malta huwa mistenni li jinġabar id-demel, slurry u skart agrikolu li ser jiġi trasportat lejn din il-faċilità? Jista’ wkoll jagħti stima ta’ kemm tunnellati fis-sena huma mistennija li jiġu ttrasportati minn kull lokalità jew reġjun?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-faċilità hijiex mistennija tipproċessa bejn 300,000 u 350,000 tunnellata ta’ demel, slurry u skart agrikolu fis-sena? Jista’ wkoll jagħti breakdown skont it-tip u l-kwantità ta’ skart li huwa mistenni li jiġi pproċessat kull sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-faċilità proposta hija maħsuba biex tipprovdi soluzzjoni nazzjonali, moderna u sostenibbli għat-trattament tal-iskart agrikolu, b’mod partikolari d-demel tal-annimali, l-iskart likwidu mill-irziezet u materjal organiku relatat. Dan il-proġett huwa parti mill-obbligi ta’ Malta skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea u Malta kellha tkun konformi ma’ dawn l-obbligi sal-2007.
L-għan huwa li dan l-iskart jiġi ttrattat b’mod ikkontrollat, filwaqt li fejn ikun teknikament possibbli jiġi kkonvertit fi prodotti utli, fosthom enerġija rinnovabbli, bijofertilizzanti organiċi u prodotti oħra.
Fir-rigward tal-kwantitajiet imsemmija, fid-dokumentazzjoni relatata mal-proġett hemm indikazzjonijiet ta’ kapaċità massima ta’ madwar 300,000 sa 350,000 tunnellata fis-sena. Madankollu, dawn iċ-ċifri għadhom ma ġewx ikkonfermati bħala l-kapaċità operattiva finali tal-faċilità. Għaldaqstant, f’dan l-istadju għadha mhix disponibbli analiżi definittiva tat-tunnellaġġ annwali għal kull kategorija ta’ skart.
Il-kategoriji finali tal-iskart, il-kapaċità tat-trattament u l-arranġamenti għall-ħażna se jiddependu mit-teknoloġija magħżula, mid-disinn approvat u mill-kundizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti. Kull waħda minn dawn l-għażliet se tittieħed bil-ħsieb li din il-faċilità tħalli l-anqas impatt possibbli fuq iż-żona tal-madwar.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx jew hijiex ippjanata konsultazzjoni pubblika mar-residenti tal-Mellieħa, il-Manikata, l-Aħrax, l-Għadira u ż-żoni tal-madwar dwar dan il-proġett? Jekk iva, jista’ jgħid meta mistennija ssir din il-konsultazzjoni u b’liema forma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jibqa’ impenjat li jiżgura proċess trasparenti fir-rigward tal-proposta għall-Impjant Nazzjonali għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu.
Il-proġett għadu fi stadju bikri u għaddejjin diversi studji u valutazzjonijiet tekniċi u ambjentali sabiex jiġu stabbiliti l-impatti potenzjali tiegħu qabel ma jsiru l-konsultazzjonijiet. Il-Gvern ikun jista’ jikkonsulta mal-pubbliku, inkluż il-komunità tal-Mellieħa, ġaladarba jkunu lesti dawn l-istudji u l-valutazzjonijiet.
Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali
Question
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kienx ikkonsultat qabel ma ntgħażel is-sit propost? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema dati saret il-konsultazzjoni, min attenda u x’kienet il-pożizzjoni tal-Kunsill u jekk le, għaliex ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali qabel ittieħdet din id-deċiżjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 2625, 2626 u 2627.
Ninfurmah li l-Gvern jirrikonoxxi l-importanza tal-konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u mal-komunità, kif ukoll it-tħassib imqajjem dwar l-impatti potenzjali fuq l-ambjent, it-traffiku, it-turiżmu u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid min jew liema bord, kumitat, dipartiment jew entità ħa d-deċiżjoni li dan is-sit jiġi inkluż fid-dokumenti tal-konċessjoni RAM/001/2026, u f’liema data ttieħdet din id-deċiżjoni? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti, ir-rakkomandazzjonijiet u d-dokumentazzjoni kollha relatata ma’ din id-deċiżjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess RAM/001/2026 inħareġ minn Riżorsi Agrikoli Malta, bħala l-Aġenzija responsabbli mill-proċess ta’ prekwalifikazzjoni għall-konċessjoni proposta.
L-avviż relatat ma’ dan il-proċess intbagħat fl-4 ta’ Settembru 2026 u ġie ppubblikat fis-7 ta’ Settembru 2026.
L-identifikazzjoni tal-Qammieħ bħala sit potenzjali kienet ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet tekniċi u operattivi, partikularment il-viċinanza mal-infrastruttura eżistenti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Madankollu, għandu jiġi ċċarat li l-inklużjoni tas-sit fid-dokumentazzjoni tal-proċess ta’ prekwalifikazzjoni ma tikkostitwixxix approvazzjoni finali tal-proġett.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid liema siti alternattivi ġew ikkunsidrati qabel intgħażel is-sit propost fil-Mellieħa? Għal kull sit ikkunsidrat, jista’ jgħid fejn jinsab, għaliex ġie kkunsidrat u għaliex eventwalment ġie eskluż?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onoroevoli Interpellant li l-identifikazzjoni tas-sit fil-Qammieħ kienet ibbażata fuq diversi kunsiderazzjonijiet tekniċi u operattivi, fosthom il-possibbiltà li jsir użu mill-infrastruttura eżistenti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-aċċessibbiltà meħtieġa għal faċilità maħsuba biex tipproċessa skart agrikolu minn Malta u Għawdex.
Il-viċinanza mal-impjant eżistenti tista’ tnaqqas il-ħtieġa għal infrastruttura ġdida u għal aktar użu ta’ art, filwaqt li tippermetti koordinazzjoni aħjar tas-servizzi meħtieġa.
Madankollu, il-proġett għadu fi stadju preliminari u l-identità tas-sit propost għadha trid tiġi evalwata permezz tal-istudji tekniċi, ambjentali u tal-ippjanar.
B’referenza għall-proposta tal-Agricultural Waste Treatment Plant, magħruf ukoll bħala n-National Farm Waste Treatment Facility, fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-sit biswit l-impjant tal-Water Services Corporation intgħażel bħala s-sit propost għal din il-faċilità? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji, ir-rapporti u l-evalwazzjonijiet kollha li wasslu għall-għażla ta’ dan is-sit?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit fil-Qammieħ ġie identifikat bħala post potenzjali għall-iżvilupp tal-faċilità proposta, abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet tekniċi u operattivi. Fost il-fatturi meqjusa kien hemm il-viċinanza tiegħu mal-impjant eżistenti għat-trattament tad-drenaġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), li għalih hemm ukoll approvazzjoni għall-espansjoni. Fattur ieħor important huwa li dan il-proġett huwa parti mill-obbligi ta’ Malta skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea u Malta kellha tkun konformi ma’ dawn l-obbligi sal-2007.
Fl-identifikazzjoni tas-sit tqieset ukoll il-ħtieġa li l-faċilità tkun tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet tas-settur agrikolu kemm f’Malta, kif ukoll f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jintrema ikel kull sena? Jista’ jgħid ukoll xi strateġija għandu l-Gvern biex minflok jintrema, jitqassam ma’ min għandu l-iktar bżonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Food Agency qed tkompli twettaq miżuri konkreti biex tnaqqas il-ħela tal-ikel u tgħin sabiex ikel li għadu tajjeb għall-konsum jintuża b’mod effiċjenti għall-benefiċċju tas-soċjetà.
Sa mill-2021, l-Aġenzija ilha tiffaċilita d-distribuzzjoni ta’ frott u ħaxix li jibqa’ wara l-bejgħ mill-Pitkalija lil organizzazzjonijiet volontarji darbtejn fil-ġimgħa, biex dan l-ikel ma jintilifx u jasal għand dawk fil-bżonn.
Barra minn hekk, f’Marzu 2025, il-Malta Food Agency nediet l-inizjattiva Żomm! Tarmix, li tħeġġeġ u tiffaċilita d-donazzjoni ta’ ikel żejjed minn negozji, produtturi u distributuri lil entitajiet volontarji u soċjali.
Dawn l-inizjattivi wasslu biex kwantitajiet sostanzjali ta’ ikel li kieku kienu jintremew ġew irkuprati u mgħoddija għall-użu soċjali, filwaqt li kkontribwew kemm għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel kif ukoll għall-appoġġ lil persuni u familji vulnerabbli. Il-Malta Food Agency ser tkompli ssaħħaħ dawn l-isforzi bħala parti mill-impenn tagħha favur sistema tal-ikel aktar sostenibbli u effiċjenti.