Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-investiment ta’ €10 miljun, li fi żmien sentejn is-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali kellu jinbidel f’kumpless sostenibbli li jqarreb aktar lill-konsumatur lejn il-bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda u l-produtturi tal-ikel? Peress li dan l-investiment kien tħabbar fis-6 ta’ Novembru 2024 u sa issa għaddew kważi sena u nofs, jista’ jgħid għaliex għadu ma sar xejn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34147, 34294 u 34650 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tal-konsulenti preżenti li hemm ingaġġati fil-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Il-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali huma impjegati skont il-Manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Marzu 2025?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari W 398.
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34162 u 34617 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000, maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ġunju 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34147 u 34294 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000, maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2025?
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34162 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazjoni qed tingabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34147 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru totali ta’ bdiewa u sajjieda reġistrati full-time u part-time mill-2022 sal-2025, separatament għal Malta u Għawdex, maqsuma sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni segwenti.
·
Bdiewa
(ma tinżammx informazzjoni jekk hux full-time jew part-time)
Tmiem is-sena
Total ta’ bdiewa reġistrati
Bdiewa f’ Malta
Bdiewa f’ Għawdex
2022
12,350
10,007
2,343
2023
13,471
10,776
2,695
2024
14,402
11,234
3,168
2025
15,472
12,066
3,406
Sajjieda
SENA
2022
2023
2024
2025
Numru ta' Sajjieda Professjonali (FT & PT)
MFA (FT)
MFB (PT)
MFA (FT)
MFB (PT)
MFA (FT)
MFB (PT)
MFA (FT)
MFB (PT)
Malta
227
275
227
267
232
253
238
251
Għawdex
57
74
57
82
61
78
57
84
Total għal kull kategorija fis-sena
284
349
284
349
293
331
295
335
Total totali fis-sena
633
633
624
630
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000, maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2025?
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru li tiegħu responsabbli bħalissa qed jaħdem fuq it-traspożizzjoni ta’ direttiva tal-UE fil-liġi nazzjonali u li hija li gej:
Titolu tad-direttiva tal-UE
Data sa meta trid tingħalaq it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2449 tal-4 ta’ Diċembru 2025 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami tal-varjetajiet tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef, tar-ross, tal-grupp tal-kaboċċi tal-weraq, tal-grupp talkaboċċi tat-Toskana, tal-grupp tal-kaboċċi portugiżi (Tronchuda), tal-kaboċċi Ċiniżi, tat-tadam u tal-ispinaċi
30 ta’ Ġunju 2026
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000,maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ottubru 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-konsulenti fil-Ministeru tiegħu kif ukoll mal-awtoritajiet u l-aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2025 u r-rata li jitħallsu biha? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallsu dawn il-konsulenti matul l-2025?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru huma skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.