Fid dawl ta’ kelb li allegatament miet wara li kien għall-grooming, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-groomers għandhomx jiġu regolarizzati kif anke ġie issuġġeriet mill-Kummissarju tal-Annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern diġa’ qed jaħdem sabiex jirregola din il-professjoni. Filfatt, diġa’ ġie preparate abbozz dwar ir- regolamentazzjoni ta’ din il-professjoni mill-Veterinary Surgeons Council u bħalissa għaddejja konsultazzjoni mal-partijiet interessati.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — esperti
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21675, 21429 u 21625, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Min huma l-esperti tiegħu u jagħti l-ismijiet u l-ID numbers tagħhom:
b. Kemm qed jitħallas kull wieħed jew waħda minn dawn il-persuni li huma esperti/konsulenti; u
c. Ta’ xiex qed jitħallsu bħala konsulenza?
Response (REFALO, ANTON)
B’rabta mal-ħames esperti msemmija fil-PQ20237 li jagħmlu xogħol ta’ konsulenza fuq agrikoltura, sajd, akwakultura, komunikazzjoni u l-qasam legali, nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tabella annessa. Is-salarju tagħhom hu pro-rata skont is-sigħat li jaħdmu, kif indikat. Ninforma lill-interpellant li, kontra dak li qed jitlob, in-numri tal-karti tal-identità rispettivi mhux qed jiġu mgħoddija għal raġunijiet li huma iżjed minn ovvji.
Surname
Name
Position
Salary Scale
Working hours
Bugeja Conti
Antonella
Policy Consultant (Communications)
5
20
Carbone
George
Policy Consultant (Agriculture)
3
20
Sciberras
Alexander
Policy Consultant (Fisheries & Aquaculture)
3
40
Mompalao
Kevin
Policy Consultant (Legal)
4
40
Pace
Albert
Policy Consultant (Agriculture)
5
20
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — Position of Trust - salarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn il-Port Health Medical Services qed twaqqaf l-importazzjoni tal-prodott ‘Cannabidiol’? Biex dan iż-żejt jidħol f’Malta hemm bżonn preskrizzjoni medika jew xi tip ta’ CE marking? Xi jrid isir biex dan iż-żejt jiddaħħal f’Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21686 li oriġinarjament saret lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru telefonati fuq 1717 mill-bidu tas-sena sakemm titwieġeb il-mistoqsija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ telefonati li saru fuq 1717 mill-bidu tas-sena sas-16 ta’ Ġunju 2021 kien ta’ 1644.
Għawdex — Dry Standing Areas - manutenzjoni tad-dgħajjes
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u fejn jinsabu id-'Dry Standing areas' għal manutenzjoni tad-dgħajjes tas-sajjieda ġewwa Għawdex? Jista' jgħid x'tip ta' investiment sar mill-Ministeru tiegħu f'dawn aħħar sena u erba' xhur fuq dawn id-'Dry Standing areas', u x' hemm ippjanat li jsir fihom fix-xhur li ġejjin?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltutra, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – ħaddiema stazzjonati fl-akkwati ta’ Marsalforn u x-Xlendi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u anki tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol fuq infurzar, kontroll u amministrazzjoni tas-sajd li huma stazzjonati fl-akkwati Marsalforn u tax-Xlendi? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema u x’inhu l-grad tagħhom u kemm ilhom jaħdmu f'dawn l-akkwati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda ħaddiema fil-Ministeru tiegħi, li jagħmlu x-xogħol imsemmi u li huma stazzjonati fl-akkwati ta’ Marsalforn u tax-Xlendi.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittjiet tal-Annimali — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi ma ngħataw l-ebda konsulenzi u/jew kuntratti lill-imsemmija kumpanija.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — esperti
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 21429 u 21625, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Min huma l-esperti tiegħu u jagħti l-ismijiet u l-ID numbers tagħhom:
b. Kemm qed jitħallas kull wieħed jew waħda minn dawn il-persuni li huma esperti/konsulenti; u
c. Ta’ xiex qed jitħallsu bħala konsulenza?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema self-employed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu li huma self-employed? Jista’ jgħid ukoll fejn jaħdmu bħala post tax-xogħol, jista' jgħid kull wieħed u waħda x'tip ta' xogħlijiet jagħmlu u kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx ħaddiema li huma ingaġġati bħala self-employed, għajr dawk li joffru servizzi regolari jew kultant żmien fost il-ħtiġijiet li jkun hemm fil-ħidma tal-Ministeru.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20006 u jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, dawk il-ħaddiema taħt il-Ministeru li huma meqjusin bħala frontliners ġew imlaqqmin parti minn proċess nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — siġar u pjanti miżrugħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli ma jiżrax siġar jew pjanti ħlief għal skopijiet ta’ riċerka jew xi skemi partikolari. Ta’ min wieħed iżid ukoll li fil-mixtla ta’ San Vinċenz ikun hemm biss minn żmien għal żmien siġar għal bejgħ.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MAFA għandha karozza Ministerjali waħda mikrija li hi tad-ditta Mercedes E-Class u tinkera €27.50 excl.VAT kuljum.
Raħal Ġdid – sistema ta’ drip irrigation fil-Ġnien il-Mediterran
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex mitlub sabiex jassisti l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex ikun hemm sistema aqwa ta' drip irrigation f'Ġnien il-Mediterran u jista’ jiġi mfassal parir ta’ dak li huwa l-aħjar mod ta’ kif jinżamm?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx għall-attenzjoni tal-Ministeru lmenti ta’ residenti varji tal-preżenza qawwija ta' ħamiem bil-komplikazzjonijiet varji fil-parti tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid bejn Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss? Jekk iva x'passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid b’riforma li l-Gvern għamel fil-Pitkalija:
a. Min huma dawk li llum qed jissejħu Pitkala?
b. Min huma dawk li llum qed jissejħu aġenti?
c. Kemm hi l-commission li qed titħallas lill-Pitkali?
d. Kemm hi l-commission li llum qed titħallas lill-aġenti? u
e. Kemm hi l-commission li llum qed titħallas mill-bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma baqax Pitkala joperaw mill-Pitkalija. L-Aġenti li qed issir referenza għalihom huma 7 u li dawn ġew magħżula wara sejħa Pubblika. Dawn qiegħdin joffru is-servizz ta’ Sales and Marketing Agent b’kuntratt mal-Malta Food Agency. Il-commission li qed titħallas lill-aġenti hija ta’ 7%, filwaqt dik imħallsa mill-bdiewa hija ta’ 8%. Barra min hekk ir-riforma ma tikkonsistix biss fit-tibdil tal-operat, imma fl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ traċċabilta` tal-prodott li jinbiegħ mill-pitkalija.