Legislature:
Category:
Reset
Active:

Informazzjoni maħruġa dwar il-Vjolenza Domestika

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592, tista’ l-Ministru tgħid issa jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti ‘Society’s Concern’ u ‘Who is Who?’ Jekk iva, tista’ tpoġġi kopja ta’ dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, HELENA)

Id-dokument ‘Who is Who’ ġie tradott għall-Malti u qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-dokument ‘ Society’s Concern’ ġie tradott għall-Malti u qiegħed fil-proċess biex jiġi stampat.

European Fund SMITHS – proġetti f’Malta u Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti saru ġewwa Malta u Għawdex permezz tal-fondi tal-European Fund SMITHS? Tista’ tgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-proġetti, fejn saru u kemm kien il-valur tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tagħha biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10649.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza — kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10153.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali - reklamar

Question

Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, tgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tagħha fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10242.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza- aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Tista’ tikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9558.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tagħha fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-European Union Programmes Agency (EUPA) nefqet €1,469.49 (excl. VAT) f’reklamar u avviżi fuq kull mezz inkluż social media fil-perjodu.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Grievance Boards

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8311 u 8854 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890 tas-seduta 203 f’din il-Leġiżlatura imwieġba mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2027. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta' refurbishment fil-binja tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza kif ukoll fid-DIER. Huwa ppjanat li jiġu implimentati inizjattivi b’rabta ma’ dawn ix-xogħlijiet sabiex fejn hu possibbli tiżdied l-aċċessibilità.

Kummissjoni Ewropea — ittra

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li ġiet mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea li permezz tagħha l-Gvern Malta talab li jsir studju dwar Għawdex indikat fl-annex tat-trattat tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u dan qabel jiġi konkluż il-programm ta' finanzjament li jmiss tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8985.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9283 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija oriġinali u tgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Tista' tgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458 li ngħatat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fis-seduta 210 f’din il-Leġiżlatura.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Green Leaders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (DALLI, HELENA)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: · tisħiħ tal- Green Public Procurement ; · introduzzjoni tal- Online Government , li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-panelli; u · il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9100 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8843, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu? Tista' tgħid jekk il-persentaġġ indikat minnha huwiex parti mill-miri tal-Horizon 2020 u jekk dawn il-persentaġġi humiex il-miri tal-Gvern kollu?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9103 tas-seduta 202 f’din il-leġislatura.

Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba tlaqqa’ l-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex matul is-sena 2018? Tista’ tgħid ukoll min kien preżenti għal kull laqgħa u t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa? Tista’ tgħid min ippresjeda kull laqgħa li saret u tagħti d-data u l-post fejn saru l-laqgħat ta’ dan il-Kumitat?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — miri tal-Horizon 2020

Question

Il-miri tal-Horizon 2020 huma li: a) tal-inqas 40% tal-persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni jkunu nisa; b) tal-inqas 50% tal-persuni f’ advisory groups ikunu nisa; u c) jiżdied in-numru ta’ nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta’ deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru. Għaldaqstant tista’ l-Ministru tgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri;u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9279.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtha f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?

Response (DALLI, HELENA)

Għas-snin 2004 sal-2012, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11983 mit-Tnax-il Leġiżlatura. Għas-snin 2013 sa Lulju 2017 nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 865 u 176 mit-Tlettax-il Leġiżlatura. In-nefqa fuq reklamar għall-perjodu Awwissu 2017 sa Diċembru 2018 hija kif indikata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programm ta' finanzjament mal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid, issa li bdew id-diskussjonijiet dwar il-programm ta' finanzjament li jmiss mal-Unjoni Ewropea, jekk il-Gvern skattax dak li hemm fid-Dikjarazzjoni fuq Għawdex li hemm mat-trattat ta' adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni u ċjoè jekk Malta talbitx li l-Kummissjoni tirraporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u b'mod speċjali dwar id-differenzi fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta? Jista' jgħid meta sar dan min-naħa tal-Gvern Malti u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba li saret min-naħa ta' Malta?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9066.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nefqa ta' TV Advertising

Question

Tista' l-Ministru telenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha fuq TV advertising fis-sena 2018?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ntefqu €9,000 (VAT eskluż) u €3,450 (VAT eskluż) rispettivament mid-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi (FPD) u mill-Aġenżija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) f’dak li jikkonċerna TV advertising fil-perjodu konċernat. Ir-reklamar tal-FPD kien jikkonċerna reklamar muri fuq l-istazzjon PBS relatat ma informazzjoni fuq il-programm ta’ fondi mill- EEA u n-Norveġja 2009-2014 filwaqt li l-reklamar li jikkonċerna l-EUPA kien relatat ma informazzjoni fuq il-programm Europass. Dan ir-reklamar ntwera fuq l-istazzjon PBS.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8843, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu? Tista' tgħid jekk il-persentaġġ indikat minnha huwiex parti mill-miri tal-Horizon 2020 u jekk dawn il-persentaġġi humiex il-miri tal-Gvern kollu?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — safar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019? Kemm-il safra għamlet? Fejn kienet/kienu? X'kienet l-okkażjoni? Ma’ min kienet akkumpanjata għal kull safra?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.