Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19754 u jagħti lista ta’ persuni li f’dawn l-aħħar għaxar snin kellhom il-passaport diplomatiku Malti, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ma kien hemm l-ebda nefqa fuq reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Press conferences
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Pannelli Solari
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa ma hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru. Dawn tneħħew sabiex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet tal-proġett ta’ restawr. Hemm il-ħsieb li jerġgħu jiġu nstallati bħala parti minn dan il-proġett.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024 sa meta tiġi mwieġba din id-domanda ma kien hemm l-ebda nefqa fuq reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13423 li ngħatat fil-4 ta' Diċembru 2023, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati u għala qed isiru bejn il-Gvern u s-Santa Sede dwar ftehim ġdid li jirregola l-proprjetà immobbli li l-Knisja Kattolika għaddiet lill-Istat Malti fl-1991?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati bejn il-Gvern u s-Santa Sede dwar Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim tal-1991 bejn iż-żewġ partijiet dwar propjetà immobbli li l-Knisja Kattolika għaddiet lill-Istat Malti għadhom għaddejjin sabiex jintlaħaq ftehim testwali bejn iż-żewġ naħat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Lista ta' xogħlijiet u ħlas
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati taħt in-Notifika D sal-aħħar ta’ April 2024 u jindika minn liema pajjiżi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2024 sal-aħħar ta’ April kien hemm seba' reġistrazzjonijiet ġodda taħt notifika D, mill-pajjiżi li ġejjin: 1-Iżvezja, 1-Etjopja, i1-Ġermanja, 1-Awstralja, 1-Irlanda u tnejn il-Portugall.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Reklami fuq online portals - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-Ministeru u/jew f’kull entità li taqa’ taħtu m'hemm l-ebda kuntratt mal-kumpanija msemmija.