Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pajjiżi barranin li għandhom ambaxxata f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-pajjiżi barranin li għandhom ambaxxata f’Malta? Min huma l-ambaxxaturi barranin residenti f’Malta u fejn jista’ wieħed jikkomunika magħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta hawn diversi pajjiżi barranin, kif ukoll l-Ordni Sovran u Militari ta’ Malta, li għandhom Ambaxxata. Il-lista tal-pajjiżi u l-Ambaxxaturi rispettivi hija din li ġejja: Nru. Stat/Ordni Ambaxxatur/Kummissarju Għoli 1 Il-Vatikan E.T. Mgr Alessandro D’Errico 2 Il-Qatar E.T. Mr Ali Bin Sad Ali Al-Kharji 3 In-Netherlands E.T. Frederik Lammert Keurhorst 4 L-Irlanda E.T. Patrick Duffy 5 Il-Ġermanja E.T. Walter Haßmann 6 Il-Libja E.T. Saadun Suayeh 7 It-Turkija E.T. Kerem Ahmed Kiratli 8 Il-Palestina E.T. Fadi Hanania 9 Il-Kuwajt E.T. Faisal Ghazi Almutairi 10 Il-Polonja E.T. Tomasz Czyszek 11 L-Awstralja E.T. Jennifer Cartmill 12 Ir-Renja Unit E.T. Cathy Ward 13 It-Tuneżija E.T. Yassine El Oued 14 Iċ-Ċina E.T. Yu Dunhai 15 L-Italja E.T. Fabrizio Romano 16 L-Indja E.T. Sangeeta Bahadur 17 Il-Ghana E.T. Barbara Akoukor Benisa 18 Franza E.T. Agnès Von Der Mühll 19 Ir-Russja E.T. Andrey Lopukhov 20 L-Eġittu Is-Sur Abram Wagdy (Chargé d’Affaires) 21 Spanja Is-Sur Daniel Soto Gurpide (Chargé d’Affaires) 22 Il-Greċja Is-Sra. Christina Tzalla (Chargé d’Affaires) 23 L-Istati Uniti tal-Amerka Is-Sra. Gwendolyn S. Green (Chargé d’Affaires) 24 Is-Serbja Is-Sur Bosko Sukic (Chargé d’Affaires) 25 L-Ungerija Id-Dott. Gabor Gyorivanyi (Chargé d’Affaires) Jista’ jsir kuntatt mal-Ambaxxaturi jew mal-kapijiet tal-Ambaxxati permezz tat-telefown jew imejl. Id-dettalji jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu ndikat minnha, minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, ma kien hemm l-ebda kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra(inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet indikati.

Ħatra ta' Ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-persuni li nħatru mill-2013 sal-lum u liema huma political appointees, bit-terminu ta’ kemm u fejn servew jew qed iservu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-lum inħatru 25 uffiċjali pubbliċi u 28 political appointees bħala Ambaxxaturi. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-persuni kollha li ġew appuntati bħala Ambaxxaturi mill-2013 sal-lum.

Non-resident Ambassadors

Question

Jista’ l-Minstru jagħti lista sħiħa ta’ persuni li huma non-resident Ambassadors? Jista’ jgħid fejn u kemm kien il-perjodu li serva jew qed iservi kull wieħed appuntat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ persuni li ġew appuntati Ambaxxaturi Mhux Residenti bil-perjodu li servew jew qegħdin iservu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Tiġdid ta' telework/remote working

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il applikazzjoni ġdida jew applikazzjoni għal tiġdid ta' telework/remote working ġiet irċevuta minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Novembru 2021 minn ħaddiema fil-Ministeru u d-Dipartimenti, Aġenziji u Awtoritajiet li jaqgħu taħtu u kemm minn dawn ġew aċċettati jew irrifjutati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 23717.

Non-resident Ambassadors

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23568, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV ta’ kull wieħed u waħda minn dawn l-Ambaxxaturi non-resident?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minnħabba Protezzjoni tad-data u li tali CV’s gja’ intbagħatu lill Kumitat għall-ħatriet pubblici, bħala parti mill-proċess tal-ħatra.

Non-resident Ambassadors

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23568, jista’ l-Ministru jgħid f’din l-aħħar sena, ċioè fl-2021, kemm-il darba dawn l-Ambaxxaturi non-resident marru fil-pajjiż li huma akkreditati għalih, minn spejjeż tal-Gvern Malti? Kemm kienu l-ispejjeż ta’ kull Ambaxxatur?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din l-aħħar sena (2021), l-Ambaxxaturi Mhux Residenti li marru fil-pajji¿ li huma akkreditati għalih u l-ispejje¿ mħallsa mill-Gvern Malti hu kif ġej: Ambaxxatur Numru ta' drabi li marru fil-pajjiz fejn huma akkreditati Spiza Totali Frank Zammit 7 € 8,235.99 Mary Scicluna 1 € 621.80 Kenneth Vella 1 € 398.20 Andre' Borg 1 € 4,328.00 Paul Mifsud 1 € 2,687.50 John Debono 1 € 1,882.00 George Said Zammit 2 € 6,025.64 Gordon Pace Bonello 2 € 3,412.70 Marlene Mizzi 1 € 3,058.44 Jesmond Cutajar 1 € 6,317.60

Non-resident Ambassadors — remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-remunerazzjoni tal-Ambaxxaturi non-resident?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ambaxxaturi Mhux Residenti huma ntitolati għal onorarja ta’ €5,000 fis-sena.

Ambaxxaturi — career diplomats

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-Ambaxxaturi ta’ pajjiżna li huma career diplomats?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Ambaxxaturi ta’ Malta li huma career diplomats.

Persuni li għandhom titlu tal-ambaxxatur u mhux akkreditati mal-ebda pajjiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li għandhom it-titlu ta' Ambaxxatur u mhumiex akkreditati mal-ebda pajjiż?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuni li għandhom it-titlu ta' Ambaxxatur u mhumiex akkreditati mal-ebda pajjiż huma dawn li ġejjin: Isem Sezzjoni Pozizzjoni Presenti Grad Sostantiv Fiona Jayne Formosa Direttorat għall-affarijiet Politiċi, Relazzjonijiet Esterni u Ewropej Direttur Ġenerali Ambaxxatur Helga Mizzi Uffiċċju tal-President Diplomatic Advisor Ambaxxatur Dr John Paul Grech Unjoni ghall-Mediterrann Deputat Segretarju Generali għall-Unjoni għall-Mediterran Ambaxxatur Simone Borg Ambaxxatriċi Tematika Tibdil fil-Klima Victor Camilleri Ambaxxatur Tematiku Organizazzjoni Maritima Internazzjonali Alan Deidun Ambaxxatur Tematiku Governanza Oċeanika Andre Xuereb Ambaxxatur Tematiku Affarjiet Diġitali Godfrey Baldacchino Ambaxxatur Tematiku Gzejjer u Stati Zgħar Joseph Calleja Ambaxxatur Tematiku Kultura

Ambaxxaturi akkreditati għal pajjiż barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-Ambaxxaturi ta’ pajjiżna li huma akkreditati għal pajjiż barrani li mhumiex diplomats u/jew political appointee?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Ambaxxaturi ta’ pajjiżna li huma akkreditati għal pajjiż barrani li mhumiex diplomats u/jew political appointees.

Non-resident ambassadors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma n-Non resident Ambassadors ta’ pajjiżna u għal liema pajjiż huma akkreditati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tan-Non Resident Ambassadors ta’ Malta u l-pajjiżi li għalihom huma akkreditati.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm l-ebda entità taħt il-Ministeru attwali.

Brussel – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Brussel tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu minn l-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Brussell tul dawn l-aħħar 12 il-xahar.

Bejing – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Bejing tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu minn l-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Beijing tul dawn l-aħħar 12 il-xahar.

Lisbona – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Lisbona tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu minn l-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Portugall tul dawn l-aħħar 12-il-xahar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Contracts of service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieg li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21269 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma jwettqux attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Għadaqstant, mhumiex soġġetti għar-regolamenti dwar l-għajnuna mill-Istat.

High Commission fl-Awstralja – ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-High Commission fl-Awstralja tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal- kamra il-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Kummisjoni għolja ta’ pajjiżna f’ Awstralja tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Kajr – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Kajr tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq mejda tal- kamra il-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Kajr tul dawn l-aħħar 12-il xahar.