Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni Self Employed

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-persuni self-employed li kienu akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 li l-professjoni jew it-trade tagħhom hija: •    kostruzzjoni u kuntratturi; •    servizzi finanzjarji; •    kummerċ bl-imnut jew bl-ingrossa; •    artisti, dawk fis-settur tad-divertiment, jew freelancers; •    professjonijiet regolati (accountants, lawyers, brokers); u •    negozji żgħar jew micro-enterprises, għal kull sena mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

Klassifikazzjoni ta’ persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont il-livell edukattiv jew tip ta’ kwalifika professjonali tal-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

Ix-Xemxija - BCA - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35172 u jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fl-area tax-Xemxija, matul l-aħħar tnax-il xahar u fuq liema siti saru dawn l-ispezzjonijiet?  Jista’ jgħid ukoll f’kemm-il każ kienu meħtieġa azzjonijiet oħra kif ordnati mill-BCA?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Matul l-aħħar 12-il xahar il-BCA wettqet total ta’ 1008 spezzjoni fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, li tinkludi x-Xemxija. Dawn l-ispezzjonijiet saru fuq total ta’ 238 sit ta’ kostruzzjoni. Fuq dawn l-istess siti inħarġu 9 avviżi ta’ infurzar u ngħataw 18-il penali.

Ittri uffiċjali u protesti ġudizzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34939 u jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali u protesti ġudizzjarji matul is-sena 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi matul is-sena 2025 ġew ippreżentati disa’ t’elef disa’ mija u ħamsa u għoxrin (9925) ittra uffiċjali u mitejn sitta u disgħin (296) protesti ġudizzjarji.

Krejnijiet siguri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-entità responsabbli li tassigura li l-krejnijiet li jkunu mqiegħda fuq il-post (tower cranes) huma siguri u li jkunu jifilħu anke għal riħ qawwi jew rwiefen?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li skont liġijiet illi jaqaw taħt l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq ix-Xogħol, f’każ ta’ fenomeni naturali eċċezzjonali li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-apparat tax-xogħol, f’dan il-każ tower crane, min iħaddem għandu jiżgura li issir spezzjoni speċjali minn persuni kompetenti sabiex ikun żgurat li jinżammu kundizzjonijiet tas-saħħa u sigurtà u li kwalunkwe deterjorazzjoni li seta’ kien hemm tinkixef u tiġi rimedjata fil-pront.

Persuni akkużati - impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, kienu impjegati, jew self-employed, u kemm kienu diretturi jew uffiċjali ta’ kumpaniji?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ma tinżammx statistika tal-informazzjoni mitluba.

Money Laundering – Predicate offences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-predicate offences li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus l-aktar frekwentement? Jista’ jgħid ukoll kif inbidlet din ix-xejra matul l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda jipprosekwixxi każijiet ta’ ħasil tal-flus minn Ottubru 2020 u l-każijiet ta’ ħasil ta’flus akkompanjati minn reati relatati mad-droga bdew jiġu prosekwiti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn Ottubru 2024. Għalekk meta wieħed jikkonsidra l-informazzjoni miġbura minn meta beda jipprosekwixxi dawn il-każijiet dan l-Uffiċċju sal-aħħar ta’ Jannar 2026, jidher li l-iktar predicate offences frekwenti li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus kienu dawk ta’ frodi u miżapproprjazzjoni.

Money Laundering – Predicate offences

Question

Jista’ l-Ministru jikklassifika l-proċeduri kriminali skont it-tip ta’ predicate offence li fuqha kienet ibbażata l-akkuża ta’ ħasil ta’ flus bħal: •    evażjoni tat-taxxa fuq id-dħul; •    evażjoni tal-VAT; •    frodi jew falsifikazzjoni ta’ dokumenti; •    traffikar tad-drogi; •    offiżi ta’ korruzzjoni u tixħim; •    offiżi relatati ma’ kummerċ illeċitu; u •    kwalunkwe predicate offence ieħor mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni hekk kif miġbura mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sad-29 ta’ Jannar 2026. Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda jipprosekwixxi każijiet ta’ ħasil tal-flus minn Ottubru 2020 u l-każijiet ta’ ħasil ta’flus akkompanjati minn reati relatati mad-droga bdew jiġu prosekwiti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn Ottubru 2024, għalhekk din it-tabella tinkludi biss informazzjoni miżmuma minn dan l-Uffiċċju skond kif deskritt.

Money Laundering – Rata ta’ akkużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta’ akkużi taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, żdiditx jew naqsitx, u għal liema raġunijiet mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 32998.

Money Laundering - Akkużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap 373, parzjalment jew kompletament, kienu bbażati fuq akkużi esklussivament relatati ma’ Money Laundering u kemm minnhom inkludew predicate offence addizzjonali, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda jipprosekwixxi każijiet ta’ ħasil tal-flus minn Ottubru 2020 u għalhekk qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi informazzjoni minn Ottubru 2020. Ta’ min jinnota ukoll li każijiet ta’ ħasil ta’flus akkompanjati minn reati relatati mad-droga bdew jiġu prosekwiti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali minn Ottubru 2024.

Money Laundering – Akkużi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, parzjalment jew kompletament, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kien hemm persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering hekk kif miġbura sas-26 ta’ Jannar 2026. Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’ huwiex possibli issir distinzjoni jekk l-persuni kienux parzjalment jew kompletament akkkużati taħt l-att msemmi.

BCA – Rapporti dwar kostruzzjoni f’San Pawl il-Baħar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm daħlu rapporti għand l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) dwar xogħol ta’ kostruzzjoni li kien/għadu għaddej f’San Pawl il-Baħar, matul l-aħħar sitt xhur tal-2025, u l-ewwel ġimgħat tal-2026, maqsuma xahar b’xahar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għa-tabella t’ hawn tħt bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura sat-22 ta' Marzu 2026. Lulju 2025 12 Awwissu 2025 9 Settembru 2025 9 Ottubru 2025 7 Novembru 2025 7 Diċembru 2025 4 Jannar 2026 6 Frar 2026 15 Marzu 2026 16

Legal Aid Malta - Avukati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm avukati jaħdmu mal-Legal Aid Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi hemm ħamsin (50) avukat u sitt (6) prokuraturi legali li jagħtu s-servizzi legali tagħhom lill-Aġenzija.  Dawn huma mqassma kif ġej: Panel Numru ta’ avukati fuq il-panel Kriminal (Malta) 16 Kriminal (Għawdex) 3 Kriminal (Ġurijiet) 2 Ċivil (Malta) 10 Ċivil (Għawdex) 3 Vittmi (Rappreżentanza)(Malta) 6 Vittmi (rappreżentanza)(Għawdex) 1 Vittmi (Parir)(Malta) 5 Vittmi (Parir)(Għawdex) 1 Assenjati fl-Uffiċini tal-Aġenzija 3 Prokuraturi Legali (Malta) 6 Total 56

Qorti tal-Minorenni – Każijiet – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet quddiem il-Qorti tal-Minorenni (Juvenile Court) fl-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm tressqu persuni u l-età tal-iżgħar persuna li tressqet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Qorti tal-Minorenni fis-sena 2025 kien hemm 724 kawża, dawn jinkludu kawżi li kienu ġejjin mis-snin preċedenti u 120 kawża ġdida li daħlu fl-2025. In oltre, tressqu 140 akkużat quddiem il-Qorti tal-Minorreni bl-iżgħar persuna li tressqet kellha 14-il sena.

Ix-Xemxija - BCA - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fl-area tax-Xemxija, matul l-aħħar tnax-il xahar u fuq liema siti saru dawn l-ispezzjonijiet?  Jista’ jgħid ukoll f’kemm-il każ kienu meħtieġa azzjonijiet oħra kif ordnati mill-BCA?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34156, 34432 u 34799 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Artikoli 28A - Persuni li ngħataw sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28A tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè sentenzi sospiżi, matul is-sena 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.