Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2012 ma kontx politikament responsabbli għal xi Ministeru.

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu bħalissa u kemm hu l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f' mistoqsija numru 21586.

Bord li Jirregola l-Kera — rikorsi

Question

Jista' l-Ministru, wara l-introduzzjoni tal-aħħar emendi fil-liġi tal-kera, jinforma l-kamra kemm-il rikors quddiem l-Bord li Jirregola l-Kera ġie preżentat mill-ewwel ta' Ġunju sal-aħħar ta’ Settembru 2021? Kif ukoll kemm min dawn ir rikorsi ġew diġà deċiżi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta ġew ipprezentati 466 rikors li minnhom ma kien hemm ebda rikors deċiz bejn l-ewwel ta’ Ġunju sal-aħħar ta’ Settembru 2021, filwaqt fil-Qorti ta’ Għawdex, fl-istess perjodu, ġew prezentati 21 rikors. Min dawn kien hemm wieħed irtirat, wieħed ċedut u ieħor deċiż.

Binja tal-Qorti – ħaddiema tal-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema tal-kuntrattur sabiex jaħdmu fil-Qrati f'mansjonijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mas-sigurtà tal-binja tal-Qorti? X'mansjonijiet intalbu jwettqu dawn il-ħaddiema, it-tul tal-kuntratt tagħhom u x'remunerazzjoni qed tingħata lill-kuntrattur għal tali ingaġġ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għada qed tinġabar

Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irtiraw ħaddiema mill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti minn mindu twaqqfet din l-Aġenzija u kemm ġew reklutati ħaddiema ġodda, sena b'sena, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u skont il-grad tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-7 t’Ottubru 2021.

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21048 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

SenaAmmont mħallas fuq PR dik is-sena 2019 - 2021€48,340.7 2021€46,027.7

Bord tal-Kera — kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rikorsi fil-Bord tal-Kera, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, bejn l-1 ta' Ġunju 2021 u t-30 ta' Settembru 2021, għal żieda fil-kera ta' qabel l-1 ta' Ġunju 2021? Quddiem kemm-il maġistrat ġew assenjati dawn l-kawżi ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta mill-1 ta’ Ġunju 2021 sat-30 ta’ Settembru 2021 daħlu 466 rikors ġdid fuq awment (test tal-mezzi). Ir-rikorsi fil-Bord li jirregola kienu jitqassmu fuq erba’ Maġistrati, ida b’deċiżjoni, tal-Prim Imħallef, li inħarġet f’Lulju 2021, dawn bdew jitqassmu fuq żewg Maġistrati mill-ġodda u se jibqgħu hekk sal-31 ta’ Dicembru 2021. F’Għawdex, quddiem il-Bord li jirregola l-Kera għal Għawdex u Kemmuna ġew ipprezentati 21 Rikors mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-aħħar ta’ Settembru 2021. Dawn ir-rikorsi ġew kollha assenjati Magistrat.

Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat u Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — Avukati b’Warrant u Prokuraturi Legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’warrant biex jaħdmu ta’ avukat impjegati ma’ l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat? Kemm hemm persuni b’warrant biex jaħdmu ta’ prokuraturi legali impjegati mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat? Jista’ jgħid kemm hemm persuni b’warrant biex jaħdmu ta’ avukat mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali? Kemm hemm persuni b’warrant biex jaħdmu ta’ prokuraturi legali mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hemm 34 l-avukat bill-warrant t’avukat, 2 prokuraturi legali bill-warrant, kif ukoll 2 avukati oħra bil-warrant li jespletaw il-funzjoni ta’ European Delegated Prosecutors (EPPO). Fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ninforma lill-Onor.Interpellant li hemm 22 l-avukat bil-warrant kif ukoll prokoratur legali wiehed bill-warrant.

FORUM – talba għal emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20853 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jikkonferma l-Ministru li l-FORUM, li hija konfederazzjoni ta’ trade unions, għamlu talba lill-Gvern sabiex issir emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol li tkun tippermetti li konfederazzjoni ta’ trade unions (jew ta’ employer associations) tkun rikonoxxuta fil-Liġi l-istess kif inhuma rikonoxxuti t-trade unions kollha individwalment fl-istess u bl-istess Liġi? Jista’ jikkonsidra attivament li tali emenda tiġi mressqa ‘l quddiem mill-Gvern?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Abbużi fiżiċi u sesswali fuq it-Tfal -Azzjonijiet meħuda

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22005, jista’ l-Ministru jindika is-sentenzi mogħtija lil 541 aggressur ta’ kazijiet li jinvolvu vittmi taħt it-18 il-sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx din it-tip ta’ statistika.

Inkjesta Maġisterjali dwar allegat użu mhux leġittimu ta’ fondi pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s'issa l-inkjesta maġisterjali dwar l-allegat użu mhux leġittimu ta' fondi pubbliċi u reati oħra in konnessjoni ma' impjieg ta' persuna mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, hekk ben jista’ ben japrezza, dak kollu konness ma’ inkjesti maġisterjali huwa fin-natura tiegħu kunfidenzjali u t-tali kunfidenzjalità tinkiser biss fil-każijiet ikkontemplati fil-liġi.

Ġenituri akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, jista’ l-Ministru jindika x’sentenzi/multi ngħataw lil dawk l-1,283 ġenitur misjuba ħatja li ma bagħtux lill-uliedhom l-iskola mingħar raġuni valida?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Emendi rigward Liġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jikkometti ruħu sa data partikolari qabel l-1 t'Ottubru 2021 biex iressaq l-emendi neċessarji għal-Liġi sabiex tiġi implimentata DIRECTIVE (EU) 2019/1937 OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL of 23 October 2019 on the protection of persons who report breaches of Union law?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttiva msemmija – u cioè d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni ser tkun qeda tiġi trasposta sas-17 ta’ Diċembru tal-2021.

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Sentenzi tal-qrati li ma jibqgħux disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura tintuża sabiex sentenzi tal-qrati ma jibqgħux disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tas-sentenzi u taħt liema provvediment legali jsir dan il-proċess? X'kien in-numru ta' sentenzi li tneħħew minn dan is-sit, sena b'sena u liema kienet il-qorti li tathom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninfurma lill-Onor.Interpellant ġeneralment, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Dwar is-Servizzi tal-Qrati jirċievi talba bil-miktub sabiex sentenza/sentenzi li jkunu ingħataw fil-konfront tal-persuna li qed taghmel it-talba ma jibqgħux disponibli fuq is-sit elettroniku. It-talba tiġi diskussa minn kumitat Ad Hoc. Dan il-Kumitat huwa magħmul mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Dwar is-Servizzi tal-Qrati, ir-Reġistratur tal-Qrati u Tribunali Kriminali, ir-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali, ir-Direttur tal-Qrati t’Għawdex u id-Direttur (Strategy & Support) fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-proċedura li tintuża meta ssir talba għat-tneħħija ta’ Data personali mis-sistema online hija: 1. Meta l-uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data jirċievi t-talba, jagħmel il-verifiċi neċessarji sabiex ikun sodisfatt li l-individwu li qed jagħmel it-talba huwa s-suġġett tad-Data u wara jgħaddi t-talba lil kontrollur tad-Data tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati. 2. L-uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jieħu nota ta’ meta waslet it-talba, bid-dettalji tas-suġġett tad-data ta’ meta tressqet għal il-Kontrollur. 3. Il-talba tiġi diskussa fil-Kumitat Ad Hoc. 4. Id-deċizjoni tiġi komunikata bil-miktub lil persuna li tkun għamlet it-talba fi żmien 30 ġurnata minn meta l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati jkun irċieva t-talba. 5. Il-persuna tiġi nfurmata wkoll li jkollha dritt ta’ appell lil Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data f’każ li t-talba tiġi miċħuda. Il-kriterji li jintużaw wara talba għat-tneħħija ta’ sentenza mis-sistema onlajn huma: 1. Ir-raġuni għaliex tkun saret it-talba. 2. Jekk b’xi mod tali sentenza tkunx fl-interess pubbliku li tibqa` tidher online. 3. Jekk it-tneħħija tas-sentenzza minn online ikolliex impatt negattiv fuq ċittadini oħra. 4. Id- Data Protection Directive 995/46/EC) tal-1995. 5. L-iżviluppi li qed isiru fir-rigward ta’ Data Protection u diskussjonijiet li jsiru b’mod regolari fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. 6. Id- Data Protection Regulation (Regulation (EU) 2016/679 ). 7. Id-deċizjonijiet li jittieħdu fi Qrati Internazzjonali fejn tidħol l-ipproċessar tad-data tal-individwu. 8. Ikunu għaddew tlett snin mid-data tas-sentenza. 9. F’każ li l-ħati jkun ġie kkundannat għal ħlas ta’ multa, il-multa trid tkun mħallsa. 10. F’każ li jkun ġie intavolat appell mis-sentenza, l-ewwel irid jiġi deċiż l-appell u t-tlett snin jibdew jiddekorru mid-data tas-sentenza tal-appell. 11. F’każ li l-persuna tkun ġiet liberata, din titneħħa mill-ewwel. 12. F’każ ta’ aktar minn sentenza waħda jew jekk ikun hemm aktar minn każ wieħed li jkun għadu pendenti t-talba tiġi kkunsidrata mill-Kumitat fuq il-mertu tat-talba li tkun saret. Dan il-proċess isir ai termini tad-Dritt għal Thassir (‘dritt li wieħed jintesa’) magħruf aħjar bħala ‘the right to be forgotten’ kif imsemmi fil-preamboli nru (65), (66) u (156) kif ukoll l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-EU 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April, 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-iproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46 KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Fir-rigward in-numru ta' sentenzi fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex li tneħħew minn dan is-sit, sena b'sena u liema kienet il-qorti li tathom huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tribunal Industrijali — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19578 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew intavolati każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali fl-2020 u fl-2021?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.