Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Membru Parlamentari, li ittieħdu diversi inizjattivi sabiex l-uffiċini u d-dipartimenti ta’dan il-Ministeru jibqaw jiffunzjonaw fi żmien tal-pandemija, inkluż is-sanatitazzjoni tad-diversi binjiet skont il-bżonn. Id-diversi uffiċini talbu kwotazzjonijiet għas-servizz ta’ fumigar, però ta’ min isemmi li f’każijiet li kienu ta’ natura urġenti dawn is-servizzi ta’ffumigazzjoni ġew provudti permezz ta’ Direct Order u kif ukoll bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Iinterpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza –impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-Covid-19 mar fi kwarantina. Attwalment m’hemm ħadd li jinsab fi kwarantina.

Pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis – persuni li tressqu l-Qorti u weħlu sentenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20349, jista' l-Ministru jgħid fl-istess perjodu (2016-2021) kemm hemm persuni li weħħlu l-ħabs fuq pussess sempliċi (għal użu personali - 3.5gr)

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20350.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ebda entità jew dipartiment li jagħmel parti mid-dekasteru tiegħi ma kellu kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mal-kumpanija lid-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis – persuni li tressqu l-Qorti u weħlu sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti u weħlu sentenza ta' ħabs fuq pussess sempliċi (għall-użu personali - 3.5gr) tal-kannabis mill-2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20350.

Persuni mressqa quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja li dehru quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja u dehru quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board flok marru l-ħabs?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninformla lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li tressqu quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja u wara dehru quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board, bejn is-sena 2016 u s-sena 2021, jammonta għal 128. Infakkar lill-Onorevoli interpellanta li dan seta’ kien possibbli wara emenda fil-liġi li daħħal dan il-Gvern fl-ewwel leġiżlatura tiegħu fejn kien mexxa bidla fil-liġijiet li jirriformaw iktar milli jikkastigaw lill-persuna. Illum il-Gvern jinsab fi stadju ieħor biex ikompli jibni fuq l-istess emendi, anke biex ma jkunx hemm ċirkostanzi fejn diversi persuni baqgħu jiġu arrestati u meħuda d-Depot għall-interrogazzjoni fuq pussess ta’ inqas minn 3.5 grammi ta’ kannabis. Tali ċirkostanzi, li ħafna drabi kienu inġusti ladarba qed nitkellmu fuq xi ħaġa li mhux se twasslek sal-Qorti, issa se tkun qed issir xi ħaġa tal-passat. Bil-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis, il-Gvern għandu l-għan li jara li persuna li tinqabad b’ammont inqas minn 7 grammi ta’ kannabis ma tkunx suġġetta għal xi proċeduri kriminali jew ġudizzjarji. Dan hu biss wieħed mill-prinċipji ta’ din il-White Paper li bħalissa għaddejja diskussjoni dwarha. Filwaqt li b’ebda mod ma rridu nħeġġu l-użu tal-kannabis u għandna nżidu l-edukazzjoni, is-suġġett hu importanti li bħala soċjetà ma ngħalqux għajnejna għar-realtajiet li jeżistu u nindirizzawhom b’mod responsabbli.

Katavru ta’ vittma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-katavru tal-vittma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie maqtul fi qtil razzista sentejn ilu, se jiġi rritornat lill-familja fil-Kosta tal-Avorju u dan fid-dawl li l-familja qed issostni li l-ġisem kellu jintbagħat f’Marzu 2020?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lil Onor Interpellant li kien sar rikors għar-rilaxx tal-katavru, liema talba ġiet milqugħa mill-Maġistrat fis-16 ta’ Lulju 2019.

Kawżi ta’ separazzjonijiet – kustodja tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi ta’ separazzjonijiet fl-aħħar 10 snin? Jista’ jgħid ukoll kemm persentaġġ minnhom, il-kustodja ta' tfal ingħatat lill-omm u kemm minnhom il-kustodja ta' tfal ingħatat lill-missier? (Ir-referenza tal-kustodja ta' tfal qed tirrifletti fuq il-"main residence".)

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kawżi ta’ separazzjonijiet ippreżentati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) fl-aħħar 10 snin kien kif ġej: Fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar lil min tingħata l-kustodja tat-tfal. Qorti ta’ MaltaQorti t’Għawdex SenaKawzi ta’ Separazzjonijiet SenaKawzi ta’ Separazzjonijiet 201011320107 2011134201113 20129620125 20139120135 201410520147 201510720156 2016117201612 201710520176 201811420182 201910920197 202010920206 2021*382021*2 *Sas-7 ta’ April

Maġistrati Inkwirenti – iffirmar ta’ kull paġna tal-Inkjesta Maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra emenda importanti ħafna li teżenta Maġistrat Inkwirenti milli jkollu/jkollha tiffirma kull paġna f’kull Inkjesta Maġisterjali, anke jekk il-proċess verbal ikun twil iktar minn 500,000 paġna li tfisser dewmien fl-Inkjesti Maġisterjali u allura dewmien biex issir ġustizzja f’waqtha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dak imsemmi minnu ċertament qed jiġi ikkunsidrat pero jifhem li minn naħa hemm l-aspett tal-pratiċitta u l-effiċjenza tal-proċessi ġudizjarji bħal l-Inkjesti Maġisterjali iżda fuq in-naħa l-oħra hemm l-importanza assoluta tal-proċess verbal u l-awtentiċità tiegħu fil-proċess daqstant sensittiv.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.

Persuni li skontaw il-piena – ħruġ ta’ liċenzja bħala operatur fil-qasam tat-trasport

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament x’qiegħed jagħmel biex persuni li jkunu wettqu reat u skontaw il-piena, jingħataw il-possibilità biex tinħarġilhom xi liċenzja bħala operatur fil-qasam tat-trasport bla ma jkunu mxekkla mill-kondotta passata tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Tribunal Lokali ta’ Nofsinhar – awla mgħammra bil-perspex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awla tat-Tribunal Lokali ta' Nofsinhar hiex mgħammra bil-perspex, bħalma huma awli oħra bħal dawk tal-Qorti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

COVID-19 — Tribunali lokali ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku u tal-pandemija - funzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk it-tribunali lokali li jittrattaw materji ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku jew dawk relatati mal-pandemija, baqgħux jiffunzjonaw wara l-miżuri mħabbra fil-bidu ta’ Marzu rigward il-pandemija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nikkonferma lill-Onor Interpellant li it-tribunali lokali li jittrattaw materji ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku jew dawk relatati mal-pandemija baqgħu jiffunzjonaw wara l-miżuri mħabbra fil-bidu ta’ Marzu rigward il-pandemija.

COVID-19 — Tribunali Lokali tax-Xlokk u Tramuntana – perspex protettiv fl-awla

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tribunali lokali tax-Xlokk u Tramuntana għandhomx il-perspex prottettiv installat fl-awla bħala miżura biex tonqos l-imxija tal-COVID-19?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

COVID-19 — Tribunali tax-Xlokk, Nofsinhar u Tramuntana – teħid tat-temperatura tal-persuni li jattendu t-tribunali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx persuna ddedikata sabiex tieħu t-temperatura lill-persuni li jattendu tribunali lokali tax-Xlokk, Nofsinhar u Tramuntana?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Tribunal Industrijali – każijiet preżentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm ġew ippreżentati każijiet quddiem it-Tribunal Industrijali, sena b’sena mill-2013 sal-lum? Kif kienu maqsumin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat

Separazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet ta’ separazzjonijiet li seħħew fis-sena 2019 u s-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta kien hemm 1182 każ ta’ separazzjoni personali li seħħew fis-sena 2019 filwaqt li 1143 każ ta’ separazzjoni li seħħew fis-sena 2020. Fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm 69 każ ta’ separazzjoni personali li seħħew fis-sena 2019 filwaqt li 58 każ ta’ separazzjoni li seħħew fis-sena 2020.