Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat xi rimedju għall-ħsejjes esterni li jippenetraw fl-awli tal-Qorti waqt is-smigħ tal-kawżi u li qed joħolqu inkonvenjent waqt il-kawżi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ġie rappurtat ebda inkonvenjent kaġunat minn ħsejjes esterni waqt is-smigħ tal-kawżi u għaldaqstant mhux ikkunsidrat ebda rimedju. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ħsejjes ġejjin minn avvenimenti li jkunu għaddejjin minn Triq ir-Repubblika, dawn huma okkażjonijiet sporadiċi.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet ta’ protezzjoni mill-Qrati f’każijiet ta’ vjolenza domestika bejn l-2021 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrappurtati ksur ta’ dawn l-ordnijiet u kemm tressqu persuni il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-ksur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tar-riformi kollha illi saru fil-Qasam tal-Ġustizzja minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 952 u jgħid x'inhi t-target date tal-Gvern għat-tlestija u t-tħaddim tal-Qorti l-ġdid f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-istadju li jinsab fih il-proġett issa u x'passi għad iridu jitlestew qabel jibda jintuża l-bini l-ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-target date għat-tlestija tal-Qorti ta’ Għawdex hija Diċembru 2028.Bħalissa l-proġett jinsab fl-istadju tat-tħejjija tad-disinn u tal-pjanti, sabiex dawn ikunu lesti għas-sottomissjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-pass li jmiss, wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, huwa l-bidu tax-xogħlijiet ta’ rinovar. Fl-istess ħin, se jibda t-tfassil tad-dokumenti tat-tenders għall-provvista tal-għamara u tal-apparat meħtieġ, sabiex il-Qorti tkun tista’ tibda topera malli jitlestew ix-xogħlijiet ta’ rinovar u jkunu ġew installati s-servizzi u t-tagħmir kollu neċessarju.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037 ta’ din il-Leġislatura.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
NInforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu, inklużi dawk impjegati fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, li matul is-sena 2026 kienu qegħdin jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm 166 ħaddiema li jaħdmu permezz ta’ remote working.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nfurmat li Health and Safety Officer impjegat full-time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madankollu, għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Karozzi reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ karozzi reġistrati mal-Ministeru għall-Ġustizzja, Riċerka u Innovazzjoni huwa ta’ tmienja (8), li jinkludu l-vetturi tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Karozzi – Spiza annwali
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 6908, li ngħatat fis-seduta tal-15 ta’ Marzu fil-Leġislatura li għaddiet.