Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta — Misraħ San Ġorġ - funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser terġa' tibda taħdem il-funtana li tinsab f'nofs Misraħ San Ġorġ fil-Belt Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li wieħed mill-kuntratturi internazzjonali fejn ġiet immanifatturata l-funtana (għaxar snin ilu) m’ għadux jopera. Għaldaqstant ir-rappreżentant lokali, qed jagħmel arranġamenti oħra sabiex din tissewwa. Huwa stmat li matul ix-xahar ta’ Diċembru l-funtana terġa' tibda topera.

Awtoritajiet u Aġenziji pubbliċi — tmexxija

Question

Fil-konfront tal-awtoritajiet u l-aġenziji pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, jista’ l-Ministru jgħid f’kull każ kif inhi komposta t-tmexxija, u għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ dik il-persuna jew persuni responsabbli għat-tmexxija tal-entità konċernata? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħatriet dehrux fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

MCCAA — Direttivi

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11352 mogħtija fis-seduta tat-22 ta’ Ottubru 2019, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali l-oħra apparti l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, li allura huma responsabbli għad-Direttivi u għar-Regolamenti Ewropej relattivi għas-setturi regolat minnhom, u li wkoll iridu jsiru emendi fil-liġijiet li jinforza a tenur tar-rekwiżiti tal-istess Regolament (UE) 2017/2394?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħra li jaqgħu taħt ir-Regolament (UE) 2017/2394 u li qed iħejju l-emendi meħtiega huma: · L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni · L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu Is-segwenti entitajiet qiegħdin fl-istadju ta’ evalwazzjoni biex jistabilixxu jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendi fil-leġiżlazzjoni rispettivi tagħhom: · L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta · L-Awtorità tax-Xandir · Id-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili Fil-każ tal-Awtorità tal-Mediċini u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, il-leġiżlazzjoni preżenti diġà tipprovdi għas-setgħat neċessarji biex tkun tista’ timplimenta b’mod effettiv dan ir-Regolament. Fil-każ tas-segwenti Awtoritajiet kompetenti, ma hemmx bżonn ta’ emendi speċifiċi fil-liġi. · Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur · Iċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur ta’ Malta

LESA – impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li jaħdmu direttament mal-Local Enforcement System Agency (LESA) u kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati b'kuntratt ma' kumpaniji privati fi ħdan l-istess LESA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li impjegati li jaħdmu direttament mal-Local Enforcement System Agency hemm 129, waqt li hemm 8 ħaddiema amministrattivi li huma impjegati b'kuntratt ma' kumpaniji privati fi ħdan l-istess LESA.

Il-Mellieħa – Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa hux jikkunsidra li jagħmel hu l-manutenzjoni meħtieġa li hemm bżonn issir fil-fili tul il-ħajt kollu f'Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Kunsilli Lokali – allokazzjoni diretta

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allokazzjoni diretta li kull Gvern Lokali (Kunsill Lokali b'mod individwali) ħa bejn l-2014 u l-2019 u kemm fil-fatt se jkunu qed jieħdu matul is-sena 2020?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsilli Lokali – Skemi ta’ Fondi Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jindika liema kienu l-Iskemi ta' Fondi Speċjali għall-kunsilli lokali li ġew imnedija fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019? Kemm kien l-ammont fi flus ta' kull skema f'kull sena indikata u kemm mill-iskemi indikati tħallsu lill-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tinghata f'seduta ohra.

Kunsilli Lokali –Convenant of Mayors – tnaqqis ta’ emissjoni

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma l-Gvernijiet Lokali (kunsilli lokali) f'Malta u Għawdex li huma firmatarji fl-inizjattiva Internazzjonali msejħa Convenant of Mayors, liema inizjattiva tfisser li dawk firmatarji għandhom l-obbligu li sas-sena 2020 inaqqsu l-emissjonijiet b'20%?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tlieta u sebgħin (37) Kunsill Lokali firmatarji fl-inizjattiva Internazzjonali msejħa Convenant of Mayors li huma: L-ImdinaĦal LijaIl-GżiraSan Pawl il-Baħar L-IslaMarsaskalaGħajnsielemSanta Luċija Ħal QormiIl-MellieħaL-GħarbSanta Venera Ħaż-ŻebbugL-Imġarr Ħal GħargħurTas-Sliema Ir-Rabat (G)Il-MostaĦal GħaxaqIs-Swieqi Ħ’AttardIn-NaxxarL-IklinTa’ Xbiex Ħal BalzanPembrokeIl-KalkaraĦal Tarxien BirkirkaraIl-QalaTa’ KerċemIx-Xagħra Ħad-DingliIl-QrendiĦal Kirkop Il-FguraSan Ġiljan Id-deċizjoni dwar il-ħidma fir-rigward tal- Covenant of Mayors trid issir mill-Kunsilli Lokali għaliex dawn huma awtonomi fit-tmexxija tagħhom.

Inizjattiva Internazzjonali — Convenant of Mayors – għajnuna tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u fiex kienet tikkonsisti l-għajnuna tal-Gvern bejn l-2014 u l-2019 lil kull Gvern Lokali (kunsill lokali) firmatarju fl-inizjattiva Internazzjonali msejħa Convenant of Mayors?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tinghata f'seduta ohra.

Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan – Palazz ta’ Spinola – one-stop community centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar tat-talba li ġiet ippreżentata mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jiġi devolut lilu l-Palazz ta' Spinola f'San Ġiljan bil-għan li dan jinbidel f'one-stop community centre?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tinghata f'seduta ohra.

MCCAA – implimentazzjoni ta' regolament UE 2019/1150

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-UE numru 2019/1150?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolament tal-UE numru 2019/1150 ma jagħmilx parti mill-mandat ta’ servizzi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għax jagħmel referenza għal servizzi bejn intrapriża u oħra (B2B), speċifikament sabiex in-negozji medji u żgħar ikunu jistgħu joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom b’mod transkonfinali. L-iżgurar tat-trasparenza u l-fiduċja fl-ekonomija tal-pjattaformi online f’relazzjonijiet bejn negozju u ieħor, waqt li tista’ wkoll tgħin b’mod indirett biex titjieb il-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija tal-pjattaformi online; l-impatti diretti fuq il-konsumaturi huma indirizzati minn liġi oħra tal-Unjoni, speċjalment l-acquis tal-konsumatur kif huwa speċifikament indikat fil-premessa numru 3 tar-Regolament.

MCCAA — Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi MoUs (Memorandum of Understanding) li huma in vigore bejn id-diversi direttorati ġenerali fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fuq naħa u entitajiet regolatorji kemm lokali kif ukoll barranin fuq naħa l-oħra? Jekk hemm, jista’ jippreżenta kopji tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għandha seba’ (7) MoUs in vigore u wieħed (1) li qiegħed jiġi rivedut. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-kontenut ta’ dawn l-MoU’s mhux qed jingħata minħabba li b’hekk jiġu żvelati proċeduri u proċessi interni, inkluż dawk ta’ spezzonijiet, tal- Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u tal-entitajiet li magħhom ikun sar dan il-ftehim.

Cleansing Department – tindif ta’ xemgħat u fjuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sentejn il-ħaddiema tal-Cleansing Department ġew mibgħuta biex ineħħu kull traċċa għal memorja (inkluż tneħħija ta’ xemgħat u fjuri) tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża inkluż overtime, biex il-ħaddiema tal-Gvern wettqu dan ix-xogħol sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda ħaddiem ma jintbaghat speċifikament sabiex ineħħu – nikkwota - "kull traċċa għal memorja (inkluż tneħħija ta’ xemgħat u fjuri)" tal-persuna msemmija fil-mistoqsija. Infurmat li x-xogħol ta’ tindif li sar fuq il-Monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta huwa parti mix-xogħol ta’ rutina tal-ħaddiema tad-diviżjoni li huma inkarigati li jnaddfu fil-Belt Valletta. Ma hemm l-ebda spiża konnessa ma’ overtime, u dan għaliex ix-xogħol ta’ rutina ta’ tindif fil-Belt Valletta matul il-lejl isir kuljum, u dan isir permezz ta’ shift night in night out.

Tilwima Reġistrata bejn l-Uffiċjali tal-Komunità u l-LESA

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10803 u 10697 u jgħid fiex tikkonsisti preċiżament (raġunijiet) it-tilwima reġistrata bħalissa bejn l-uffiċjali tal-komunità (wardens) u l-LESA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-azzjonijiet industrijali kienu jikkonsistu li l-Uffiċjali jirrapurtaw ix-xogħol mingħajr uniformi. Illum il-ġurnata din l-azzjoni industrijali ġiet imwaqqfa.

Tilwima Reġistrata bejn l-Uffiċjali tal-Komunità u l-LESA — azzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10804 u 10698 u jelenka x’azzjonijiet qed jieħdu l-uffiċjali tal-komunità (wardens) kawża għat-tilwima li huma għandhom mal-LESA?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 11787.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellhom il-Gvernijiet Lokali (Kunsilli Lokali) tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar (b'mod individwali) sabiex jintramaw/jitwaqqfu tower cranes fuq siti ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom bejn Ġunju 2013 u Settembru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

LESA – Breathalyzer Test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Breathalyzer Test saru mil-uffiċjali tal-Local Enforcement System Agency (LESA) bejn Jannar 2017 u Settembru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi saru numru ta’ spot checks b’total ta’ 157 vettura imwaqqfa. Fejn saru total ta’ 17-il test tan-nifs, fejn 2 irriżultaw pożittiv.

LESA – flotta ta’ vetturi u muturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-flotta ta' vetturi u muturi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Local Enforcement System Agency (LESA)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-LESA għandha ghad-dispożijzzjoni tagħha flotta ta’ 28 vettura u 21 mutur.

Television Malta – Kamra tal-Aħbarijiet – lista ta’ persuni li ħadu sehem fi programmi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11714, 11499 u 11263 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba sat-30 ta’ Settembru 2019.