Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati – Avukati tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-avukati tat-tfal li jservu fil-Qrati Maltin u min huma l-avukati tat-tfal li jservu fil-Qorti ta’ Għawdex? Jista’ jgħid jekk dawn jaħdmux full-time jew part-time? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażlu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti illi l-avukati tat-tfal li jservu fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex huma dawn: Qorti ta’ Malta:- Av. Charmaine Cherrett, Av. Mary Muscat, Av. Sandra Sladden, Av. Stephanie Galea, Av. Tanya Sammut, Av. Tatianne Scicluna Cassar Qorti ta’ Għawdex:- Av. Tatianne Scicluna Cassar Fir-rigward tal-ingaġġ tagħhom, ninsab infurmat illi l-imsemmija avukati tat-tfal jiġu nominati mill-Qorti każ b’każ, u mhux fuq bażi full jew part-time. Dawn intgħażlu billi wara li nħarġet espressjoni ta’ interess pubblikata fil-gazzetti lokali, ġew intervistati minn Bord ta’ Selezzjoni. Dawk magħżula ġew nominati mill-Ministeru għal-Ġustizzja skont artikolu 3(1)(b) tal-Liġi Sussidarja 12.20. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li bħalissa hemm sejħa pubblika miftuħa għall-avukati tat-tfal li tagħlaq fl-10 ta’ Novembru 2023.

Qrati – Każijiet riferuti lill-avukati tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet riferuti lill-avukati tat-tfal fil-Qorti ta’ Malta u ta’ Għawdex bejn l-2015 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u wkoll separatament minn xulxin? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew riferuti każijiet lil kull avukat separatament fis-snin imsemmija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ka¿ijiet riferuti lill-avukati tat-tfal fil-Qrati ta’ Malta u ta’ Għawdex għas-snin 2022 u 2023 huma skont it-tabella indikata ta’ hawn taħt. Din l-informazzjoni bdiet tinżamm mill-2022 u għalhekk l-informazzjoni għas-snin 2015 sa 2021 mhux disponibbli. Sena Qorti ta’ Malta Qorti ta’ Għawdex 2022 70 * 4 2023 69 * 6 * Ma’ dan l-ammont irid jiżdied l-ammont ta’ 94 li huma inkarigi nominati fil-care orders bejn Lulju 2021 sal-lum, liema proċeduri jinstemgħu bil-magħluq u l-informazzjoni ma tinżammx sena b’sena. It-tabelli ta’ hawn taħt jindikaw kemm ġew riferuti każijiet lil kull avukat separatament għas-snin 2022 u 2023. Qorti ta’ Malta Sena 2022 ** Sena 2023 ** Av. Charmaine Cherrett 10 11 Av. Mary Muscat 10 11 Av. Sandra Sladden 10 11 Av. Stephanie Galea 10 10 Av. Tanya Sammut 10 10 Av. Tatianne Scicluna Cassar 10 10 Dr. Martha Travers Tauss (sa Ġunju 23) 10 6 ** Ma' dan l-ammont irid jiżdied l-ammont ta’ 94 li huma inkarigi nominati fil-care orders bejn Lulju 2021 sal-lum, liema proċeduri jinstemgħu bil-magħluq u l-informazzjoni ma tin¿ammx sena b’sena. L-istess avukati jiġu nominati skont roster. Qorti ta’ Għawdex Sena 2022 Sena 2023 Dr. Tatianne Scicluna Cassar 4 6

Ministru għall-Ġustizzja — Laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Lulju u Diċembru ta’ din is-sena attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern ġewwa l-Lussemburgu, u hemm skedat li nattendi l-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern ġewwa Brussell.

Belt Valletta — Bini tal-Qorti - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definittiva ta' meta ser jitlestew ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fid-dħul tal-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet

Response (ATTARD, JONATHAN)

Għall-perjodu 2022 sal-20 ta’ Ottubru 2023, jien infurmat illi l-Ministeru għall-Ġustizzja inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew 31 talba. Minn dawn, 11 intlaqgħu, 13 ma ntlaqgħux waqt li 7 talbiet għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4 impjegati fil-Ministeru li għandhom permess biex jipparkjaw il-karozza privata tagħhom ġewwa l-Belt. Tlieta minn dawn l-impjegati iħallsu fuq bażi personali skont ir-regoli tas-CVA.

Kumpens ex gratia mogħti mill-Gvern Malti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il kumpens ex gratia ġie mogħti mill-Gvern Malti mis-sena 2013, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Persuni akkużati b'omiċidju volontarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna fil-preżent tinsab akkużata b'omiċidju volontarju quddiem il-Qrati ta' pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll l-isem u l-kunjom ta' kull persuna, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tagħha u quddiem liema Qorti tinsab akkużata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-20 t'Ottubru 2023, kien hemm total ta' 40 każ ta' omiċidju quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex fejn hemm 52 persuna akkużata. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, l-esponent ma jistax jagħti din l-informazzjoni u dan ai termini tal-artikolu 518 tal-Lap 9 tal-Liġijiet ta' Malta.

Tribunal Amministrattivi — lista

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11125, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta l-aġġornament tal-Ewwel Skeda tal-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva, Kap. 490 tal-Liġijiet ta’ Malta, hu maħsub li jkun komplut?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx informazzjoni x’inżid fuq it-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11125.

FIAU – Deċiżjonijiet bi Ksur tal-Kostituzzjoni

Question

Fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Qrati ta’ pajjiżna li sabu li deċiżjonijiet tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) kisru l-Kostituzzjoni ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhi t-triq ’il quddiem f’dan ir-rigward u x’inhu l-pjan tal-Gvern?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

L-Istat ta’ Malta — Ħlas ta’ kumpens mill-Istat - Ammont

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ flus ta’ kumpens li ħallas l-Istat wara li ġie kkundannat bi ksur ta’ dritt jew drittijiet fundamentali mill-Qrati tagħna f’dawn l-aħħar għaxar snin, liema informazzjoni għandha tkun maqsuma sena b’sena rispettivament, u jindika l-ammonti maqsuma skont id-dritt fundamentali li jkun ġie miksur?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja — Remunerazzoni ta’ individwi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090.

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri? Jista’ jgħid ukoll għal kull wieħed mill-ġurijiet li jinsabu pendenti, id-data meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-18 t’Ottubru hemm 141 ġuri pendenti (167 akkużat b’kollox). Hemm 12-il ġuri appuntat (15-il akkużat b’kollox). Hemm 21 ġuri (b'27 akkużat) li mmaturaw u qed jistennew id-data tal-appuntament. Il-108 ġurijiet pendenti l-oħra (125 akkużati b’kollox) għalissa ma jistgħux isiru għal diversi raġunijiet varji fosthom; minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax qegħdin jistennew kawżi oħra, għax għadhom fi stadju ta’ eċċezzjonijiet preliminarji jew jistennew rapport minn espert psikjatriku. Minħabba l-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali mhuwiex possibbli li npoġġi il-lista ta’ meta ġie preżentat l-att tal-akkuża tal-ġurijiet pendenti, però qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi id-data ta’ meta ġie preżentat l-att tal-akkuża għal ġurijiet kollha.

Riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji — Sottomissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u rinviji bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika, li għalqet nhar il-31 ta' Mejju 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9955.

Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2015, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba u meta kkonsulta mal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex jestendi l-kompetenza tal-Bord Konsultattiv għall-Politika dwar l-Għoti tas-Sentenzi (Sentencing Policy Advisory Board)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, il-Bord Konsultattiv indikat minnu għandu kompetenza oriġinali li tkopri r-reati ta’ droga u li toħroġ mis-subartikolu (2) tal-artikolu 9 tal-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija), Kap. 537, u huwa soġġett għall-possibilità ta’ estensjoni ta’ dik il-kompetenza għal reati oħra skont is-subartikolu 9(3). Il-proċedura li għaliha hemm referenza fid-domanda tiskatta biss fil-każ li jiġi deċiż li l-kompetenza tal-Bord għandha tkopri wkoll reati li ma jkunux reati relatati ma’ droga.

Repatriation -persuni akkużati b'reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew re-patriated lura lejn pajjiżhom wara li ġew akkużati b'reati kriminali tul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja – politika dwar is-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – Każijiet Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Aġenzija tal-Qrati – Proposti għal żvilupp f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-Preliminary Market Consultation (PMC) li ħarġet l-Aġenzija tal-Qrati ‘Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court’ li għalqet fis-6 ta’ Jannar 2023? Jista’ jgħid ukoll jekk il-proposti mitfugħa ġewx evalwati u jekk tħejjiex rapport fuq dawn il-proposti u jekk iva, iqiegħed ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8735.

Għawdex — Każijiet kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fl-aħħar ħames snin fuq każijiet kriminali ġewwa Għawdex u kemm minn dawn kienu ta' ċittadinanza barranija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm tressqu persuni l-Qorti ta’ Għawdex sena b’sena mill-2018 sa Settembru tal-2023 fuq każijiet kriminali u kemm min dawn kienu ta’ ċittadinanza barranija. Sena Każijiet Numru ta’ akkużati Numru ta’ akkużati barranin 2018 592 670 115 2019 690 745 143 2020 792 870 189 2021 576 615 111 2022 681 751 187 2023* 461 473 116 *Sat-30 ta’ Settembru, 2023