Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19481 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: In vista tal-fatt li fl-10 ta’ Ġunju 2020 il-Ministru Abela kien ħabbar li l-Gvern kien wasal biex jilleġisla fuq Wage Regulation Orders għal iktar ġustizzja fost il-ħaddiema, jista’ l-Ministru issa jgħid għaliex għadu ma ppubblikahomx?
Response (ABELA, CARMELO)
F’Ġunju ta’ 2020, kont ħtart grupp ta’ ħidma biex jevalwa għażliet dwar il-futur tal-Ordnijiet li Jirregolaw il-Pagi. Dan il-grupp ta’ ħidma kellu bdil ta’ ideat dwar id-differenzi fid-drittijiet tal-ħaddiema li jeżistu f’dawn l-Ordnijiet li Jirregolaw il-Pagi u iddiskuta kif jista’ jkun hemm aktar armonizzazzjoni f’dawn l-Ordnijiet fid-dawl ta’ tibdiliet fid-dinja tax-xogħol.
Wara dan il-proċess, il-proposti ġew diskussi b’mod preliminari ma stakeholders għar-reazzjonijiet tagħhom. Sussegwentement, il-Grupp ta’ Ħidma ikkompila dokument fejn fih ġabar il-proposti finali.
Preżentament, u abbażi ta’ dan id-dokument, inbeda il-proċess ta’ abbozzar tal-emendi fil-liġi li għandhom iwasslu għal armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema fl-Ordnijiet li Jirregolaw il-Pagi fi ħdan l-Att dwar l-Impjiegi u R-Relazzjonijiet Industrijali.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2020 l-ispiża kienet ta’ €15,210, waqt li s’issa fl-2021 l-ispiża hi ta’ €8,586.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar lista tal-kuntratti li jeċċedu € 5,000 u l-lista tal-varjazzjonijiet li jaqbżu 5% mill-valur tal-kuntratt mogħtija mill-Public Broadcasting Services Ltd u li l-istess kumpanija hija obbligata illi tippubblika kull sitt xhur skont ir-regulament 111(2) ta' L.S. 601.3?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-ligi ma tapplikax għall-kuntratti relatati mal-produzzjonijiet tal-PBS u dan skond l-Artikolu 7 subinċiż (ħ) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 601.3.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21696, jista' l-Ministru jispjega għala l-audited accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd għall-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2019 u t-30 ta' Settembru 2020 għadhom ma ġewx konklużi minkejja li għaddew aktar minn tmien xhur minn mindu għalaq dan il-perjodu u meta hemm il-ħsieb li jiġu konklużi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-audited accounts għal perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2019 u t-30 ta’ Settembru 2020 għandhom jkunu lesti fil-bidu ta’ Awwissu 2021.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda u kemm ingħataw ħatriet ġodda minn mindu ġie appuntat chairman eżekuttiv ġdid fil-31 ta' Marzu 2021?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Public Broadcasting Services Ltd. tinsab f’fazi ta’ ristrutturar u għaldaqstant ħarġet numru ta’ sejħiet għall-impjiegi sabiex jimtlew il-postijiet li ġew vakanti f’dan l-aħħar żmien. Il-ħatra taċ-chairman eżekuttiv ma kelliex effett fuq il-proċess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa s-sett li qed jintuża fit-trasmissjonijiet ta' EURO 2020, min għamlu u xi proċedura ta' xiri ntużat sabiex inxtara dan is-sett?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li għas-set tat-trasmissjonijiet tal-Euro 2020, ġie u¿at l-istess set tal-isports preċedenti, b’modifikazzjoni ta’ estensjoni u xiri ta’ banketti.
Is-sett ġie jiswa total ta’ €16,528.17, liema xiri sar skont il-proċeduri tal-procurement policy.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19487 u jispjega għala l-PBS qatt ma ħasset il-ħtieġa li jkollha IT Department u jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf wieħed fil-futur qarib? Kemm sar ħlas kull sena mill-2010 'l hawn għas-servizzi u x-xiri ta' hardware u software għas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika tal-PBS?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-PBS għaddejja minn proċċess ta’ tisħiħ fl-operat tagħha u għaldaqstant fil-futur qarib se jkun hemm tisħiħ fl-aspett teknoloġiku u diġitali. Peress li l-PBS topera fuq infrastruttura u teknoloġija diġitali, nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika aħjar il-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd. bejn l-1 ta' Ottubru 2019 u t-30 ta' Settembru 2020?
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ebda entità ma ħallset lid-ditta msemmija jew ġiet mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20384 u jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks jew secondments li ma ġewx milqugħa fl-aħħar 8 snin? Għal liema raġuni dawn it-talbiet ma ġewx milqugħa?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema aġenzija/post qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20383 u jgħid fl-aħħar għaxar snin, kemm ingħataw career breaks, secondments jew opportunitajiet lill-ħaddiema tal-Public Broadcasting Services Ltd sabiex iwettqu xogħol ma’ entitajiet governattivi, entitajiet pubbliċi, kumpaniji privati jew bnadi oħra? Meta ngħataw dawn l-opportunitajiet, sena b'sena? Għal kemm tul ta' żmien? Kemm kien hemm minn dawn l-individwi li rritornaw lura mal-Public Broadcasting Services Ltd?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-PBS ma kien hemm l-ebda talba għal career breaks minn ħaddiema sabiex iwettqu xogħol ma’ entitajiet governattivi, entitajiet pubbliċi, kumpaniji privati jew bnadi oħra.
Minn fost il-ħaddiema li kienu ngħataw secondment, kien hemm tnejn li reġgħu rritornaw lura.
PBS – impjegati li għandhom konsulenza ma’ Ministeri u entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19491 u jgħid kemm hemm impjegati fil-PBS li barra mill-impjieg tagħhom, għandhom konsulenza ma’ ministeri jew entitajiet pubbliċi oħra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-PBS ma rċevew l-ebda talba mingħand xi impjegati għal xogħol f’dan is-sens.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19490 u jgħid xi ħlasijiet isiru lill-producer tal-Programm Popolin u jekk dan hux impjegat tal-PBS jew le? Fil-każ ta' risposta affermattiva, jistax il-Ministru jgħid jekk dan il-programm jiġix prodott waqt il-ħin tax-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Ninsab infurmat li l-Producer Eżekuttiv huwa impjegat full-time mal-Public Broadcasting Services.
Miniex infurmat li huwa l-każ fir-rigward tal-aħħar parti tal-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19488 u jispjega għala l-PBS m’għandhiex Financial Controller u jekk hemmx il-ħsieb li din il-pożizzjoni timtela fil-futur qarib? Kif qed isir il-kontroll tad-dħul u l-ħruġ tal-kumpanija fil-preżent?
Response (ABELA, CARMELO)
Jien infurmat li l-PBS għaddej minn process ta’ tisħiħ fl-operat tiegħu u għaldaqstant fil-futur qarib se jkun hemm tisħiħ fid-dipartiment tal-finanzi. Il-kontroll tad-dħul u ħruġ isir mid-dipartiment tal-finanzi tal-kumpanija.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20983.