Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21491 u ċioe: Indipendentement minn kull investigazzjoni li tista' qed issir, jista' l Prim Ministru jgħid:
a) min kien responsabbli biex ħareġ l-permess għall-
filming
fid-Dwejra mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
b) min iffissa l-garanzija baxxa li ntalbet; u
ċ) min kien responsabbli mill-monitoraġġ tax-xogħol on site li kien qed isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li il-konċessjoni biex isir ġbid ta’ film kienet tkopri dawn is-siti :
1. L-Imdina
2. Forti Ricasoli
3. Forti Sant Iermu
4. Il-Palazz ta’ San Anton
5. Il-Palazz ta’ Verdala
6. Forti Sant’ Anġlu
7. Forti Manoel
8. Ċittadella
9. Rdum id-Delli
10. Id-Dwejra
Kif tixhed din il-lista, tmienja mis-siti huma ta’ natura storika filwaqt li sit wieħed (id-Dwejra) huwa sit ambjentali. Sit ieħor naturali ma’ ntużax. Għalhekk ġie deċiż li din it-talba titmexxa internament mid-Direttorat tal-Ippjanar, b’konsultazzjoni mad-Direttorat tal-Ambjent fuq is-siti naturali.
Il-garanzija hija rolling guarantee li jfisser li jekk il-MEPA tiġbed parti minn din il-garanzija, l-applikant irid ipoġġi l-ammont li jkun inġibed biex b’hekk l-ammont tal-garanzija jibqa dejjem €15,000. Din il-garanzija ma ttellef xejn mid-drittijiet tal-MEPA li tfittex għal danni jekk jirriżulta li jkun hemm bżonn. L-ammont tad-danni li jistgħu jintalbu mhu bl-ebda mod limitat ma’ l-ammont mitlub fil-garanzija.
Il-moniteraġġ tas-siti storiċi/kulturali jaqa taħt ir-responsabilità tad-Direttorat ta’ l-Ippjanar u dak ta’ siti ambjentali taħt id-Direttorat ta’ l-Ambjent b’għajnuna mid-Direttorat ta’ l-Ippjanar. L-applikant naqas li jinforma lill-MEPA ta’ l-inqas ġimgħatejn qabel jibda l-armar tas-sett għall-
filming
fid-Dwejra skont ma stipulat fil-kondizzjonijiet. Il-Fatt li l-proponent ma avżax ma jeżonorax lill-applikant milli josserva l-kundizzjonijiet kollha kif stipulat fil-konċessjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21492 u jgħid meta ġie approvat il-Management Plan tad-Dwerja Għawdex? Min kien responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat kif stipulate mid-Direttiva, l-Istati Membri huma mitluba jistabbilixxu dawk il-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni ta’ siti protteti u tistabbilixxi prioritajiet dwar dawn fi żmien sitt snin min meta s-siti jiġu aċċettati mill-Kummisjoni Ewropea.
F’ dan ir-rigward, peress li d-Dwejra f’ Għawdex ġiet aċċettata mill-Kummisjoni fl-2008, Malta għandha sal-2014 biex tistabbilixxi dawn il-prioritajiet permezz ta’ pjanijiet ta’ tmexxija jew miżuri statutorji, amministrattivi jew kuntrattwali oħra, skont il-każ.
Għalhekk ninforma lill-Onor.Interpellant li l-MEPA tablet fl-2009 u ħadet fondi Ewropej (mill-EAFRD) biex tlesti pjan ta’ tmexxija (management plan) għad-Dwejra skont il-parametri mitluba mid-Diretiva dwar l-Ambjent Naturali (il-Habitatis Directive). Dan il-proġett huwa mistenni jibda fl-2011.
Jista' Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21455 u jgħid fil-preżent kemm hemm enforcement officers għal Malta u Għawdex fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-qasam ambjentali? Kemm kien hemm fis-sena 2008 u 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li numru ta’ uffiċjali tal- MEPA rrikonoxxuti bħala spetturi ambjentali skond l-artikolu 25 tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent huwa ta 15, liema numru ma nbidielx mill-2005. Minn dawn 12 għadhom fil-fatt jaħdmu fid-Direttorat tal-Ambjent. Fil-ġranet li ġejjin, għandhu jinħatar uffiċjal ieħor filwaqt li hemm sejħa sabiex jiġu ngaġġati 6 Junior Assistant Compliance Officers. Ta’ min isemmi wkoll illi diversi ufficjali oħra tad-Direttorat jagħmlu xogħol konnes ma’ compliance li huwa kunċett aktar modern u jinkludi kemm l-infur zarreattiv kif wkoll ħidma oħra intiża sabiex tnaqqas il-ksur tal-liġi.
postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil — first-aid boxes
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qattx sar xi eżerċizzju biex ikun stabbilit jekk fuq postijiet tax-xogħol fi ħdan iċ-Ċivil hemmx first-aid boxes? Jekk iva, x’irriżulta minn dan l-eżerċizzju? Jekk le, għaliex u hemmx il-ħsieb li jsir eżerċizzju bħal dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minn eżerċizzju li għadu kif sar, hemm b’ kollox 1027 first aid boxes fis-Servizz Pubbliku
Jista' il-Prim Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif kollu mitlub minn kull kunsill lokali għal Memo 127/2010, li d-dettalji tagħha
qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mingħand il-kunsilli lokali hi waħda ferm voluminuża, tant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali bħalissa jinsab fil-proċess li jevalwa din l-informazzjoni miġbura sabiex ikun jista’ jislet minnha dak li jeħtieġ. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li miniex f’pożizzjoni li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
MEPA — Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar - permessi għall-bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li meta applikaw għal permess tal-bini, fl-inħawi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar intalbu depożitu ta' garanzija għall-ħsarat li jsiru fuq il-bankina, waqt jew wara li jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni li għalih ikun ħareġ il-permess matul l-2009 u l-2010? Kemm minn dawk li nħarġilhom il-permess matul l-2009 u l-2010 fil-fatt għad baqagħlhom id-depożitu għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Banda tal-Forzi Armati ta' Malta ddoq f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Prim Ministru, issa li bdiet sena ġdida jara li matul din is-sena tidħol fis-seħħ talba li kont għamilt matul is-sena li għaddiet biex il-banda tal-Forzi Armati Maltin tibda ddoqq matul il-front ta' Buġibba u l-Qawra f'xi wieħed mill-weekends ta' kull xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħalma kelli l-opportunità nirrispondi għall-mistoqsija parlamentari preċedenti fuq is-suġett ninsab infurmat li saru kuntatti bejn l-awtoritajiet ta’ l-Armata u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu sabiex ikunu jistgħu jittellgħu programmi mużikali f’postijiet turistiċi matul is-sajf li ġej.
Il-Lokalità ta’ San Pawl il-Baħar hija waħda fejn hu mistenni li jsiru dawn it-tip ta’ programmi.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul din is-sena l-parti tal-airshow li ssir fl-ajru, għal darb'oħra terġa' ssir fuq l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, billi m'għandix dubju li hemm tkun tista' tiġi apprezzata minn ferm iktar nies milli meta ssir fuq l-airport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19700.
Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — pjan għal aktar żjarat fil-Kottonera
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21313 u 20576 u jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta hux se tvara xi pjan ta’ azzjoni biex tixpruna aktar turisti li jżuru l-Kottonera? Jista’ jagħti informazzjoni ta’ x'beħsiebu jwettaq il-gvern bħala l-Vizjoni 2015 fil-qasam turistiku biex joħloq niċeċ ġodda u jattira turiżmu lejn lokalitajiet rurali u x’tip ta’ investiment qed isir fuq siti pubbliċi biex dawn ikunu konformi mal-pjan nazzjonali li jagħtu importanza assoluta lill-prijoritajiet ta’ pajjiżna? Jista’ jgħid xi pjanijiet hemm biex ikunu salvagwardjati t-tempji Ta’ Skorba u ta’ Ħaġrat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li s-Segretarju Parlamentari responsabli mit-Turiżmu qiegħed iħejji politika u pjan nazzjonali ġdid għat-turiżmu.Jien infurmat lid an il-pjan ser iħares lejn kif għandhom jiġu valorizzati aħjar iż-żoni u lpkalitajiet li għandhom potenzjal turistiku, fosthom il-Kottonera.
Infurmat ukoll li rigward Skorba u ta’ Ħaġrat, il-gvern għadu kemm investa €141,860 fix-xiri ta’ art biswit it-tempji ta’ Ħaġrat sabiex jażgura li din l-art ma tinbeniex u b’ hekk ma toħnoqx l-ambjent tat-tempji b’ aktar bini.
Din is-sena tnieda proġett ta’ kollaborazzjoni bejn Heritage Malta, is-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali, l-Universita’ ta’ Bournemouth u l-istitut Arkejoloġiku Ġermaniż, li għan ewlieni tiegħu hu li nistudjaw u nifhmu aħjar l-ambjent ta’ madwar it-tempji ta’ Skorba, sabiex dawn jittħarsu dejjem aħjar.
Fl-istess waqt, minn Settembru ta’ din is-sena t-tgawdija ta’ dawn il-monumenti kompliet tissaħħaħ permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u l-Kunsill Lokali ta’ l-Imġarr, li permezz tiegħu wieħed issa jista jixtri biljetti tad-dħul għaż- żewġ siti mill-uffiċċju tal-kunsill stess, tlett ijiem fil-ġimgħa.
Sadattant il-Pjan għall-immaniġġjar u l-konservazzjoni tat-Tempji Megalitiċi ippublikat min Heritage Malta fl-2008 jidentifika l-prijoritajiet u l-viżjoni għal dawn is-siti, inkluż ta’ Ħaġrat u Skorba, għas-snin li ġejjin.
Bħala turiżmu Rurali, Heritage Malta ingħatat fondi (€4.8m) mill-programm tal-EAFRD sabiex tirriġenera wirt kulturali li jinsab f’kuntest rurali fl-inħawi tal-Imġarr u l-Mosta.Dan il-Proġett ser jikkonserva u jinterpreta żewġ siti il-Banjijiet Rumani f’ Ghajn Tuffieħa u l-Katakombi ta’ Bistra fil-Mosta, u se jinkludi l-bini ta’ ċentru tal-viżitatturi, passaġġi, protezzjoni għall-mużajċi, u faċilitajiet oħra għall-viżitaturi. Il-fond ikopri l-proġett sas-sena 2013.
MEPA — każ tad-Dwejra - bugħaddasa li ilmentaw fuq il-ħsara ambjentali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-fatt li allegatament bugħaddasa barranin ilmentaw illi wara l-ħsara ambjentali li saret fid-Dwejra u x-xita qawwija li għamlet huma raw plumes of particles fil-baħar waqt li kienu qed jgħoddsu fis-sit protett tad-Dwejra? Waslulha rapporti simili, dan aktar u aktar meta skont rapport magħruf bħala Layman’s Report id-Dwejra hija meqjusa bħala t-tielet l-aktar post magħruf mal-għaddasa fil-Mediterran kollu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-MEPA ma waslulha l-ebda rapporti minn bugħaddasa. Kif qed jikkonferma l-istess Onorevoli Interpellant reċentement għamlet xita qawwija u għalhekk wieħed jistenna li jinżel materjal mhux konsolidat mit-triq, il-wied u mill-parkeġġ għal ġewwa d-Dwejra, kif jiġri f'kull maltempata. Jien ukoll infurmat illi l-MEPA, hekk kif saret taf li kien tqieged ramel fuq is-sit, ordnat li jittieħdu miżuri ta' konteniment biex tiżgura li materjal mill-film set ma jinżilx fil-baħar.
MEPA — każ tad-Dwejra - koja tal-permess fuq is-sit
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kopja sħiħa tal-permess kif maħruġ mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar l-iffilmjar fid-Dwejra ma tpoġġiex fuq is-sit elettroniku tal-awtorità stess minnufih?
MEPA — każ tad-Dwejra - kopji tal-permit conditions u day by day reports
Question
Billi normalment meta jinħareġ permess bħal dak tal-iffilmjar fid-Dwejra apparti mill-permit conditions ikun hemm day by day reports magħmula mill-uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li kienu qed jimmonitorjaw is-sit kkonċernat, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-rapporti kollha f’ordni kronoloġika?
Mepa — każ tad-Dwejra - Dwejra bħala sit ta' natura 2000
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni back dated li turi li s-sit tad-Dwejra li huwa sit ta' Natura 2000 għandu buffer zone ġo fih, aktar u aktar fid-dawl tal-provedimenti kuntrarji tal-Avviż Legali 311/06 kif ukoll tal-liġijiet oħrajn? Jikkonferma li l-unika buffer zone li hemm relatata mad-Dwejra hija marbuta biss mas-site of scientific interest u li l-buffer zone tinsab fuq in-naħa l-oħra tat-triq u mhux fuq in-naħa tal-baħar, 'il bogħod mis-sit in kwistjoni? Jekk dan jirriżulta minnu, x’passi ittieħdu jew se jittieħdu kontra min immisgwida lill-pubbliku in ġenerali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħala obbligu taħt artiklu 4.1 fid-direttiva dwar l-ambjenti naturali (il-
Habitats Directive
), Malta kellha tagħżel siti li fihom ambjenti naturali (
natural
habitats
) u/jew speċi mniżżla fl-Ewwel u t-Tieni Anness tad-Direttiva msemmija, biex dawn ikunu proposti lill-Kummissjoni Ewropea bħala siti għan-
network
Natura 2000.
Fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu, Malta ipproponiet iż-żona tad-Dwejra u l-Qawra f’Għawdex, fejn ukoll indikat, kif mitlub, liema huma u fejn huma l-ambjenti naturali huma imħarsa. Għalhekk qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-mappa ta’ l-ambjenti naturali tas-sit Natura 2000 tad-Dwejra li ntbgħatet lill-Kummissjoni Ewropea fl-2004, liema mappa turi l-ambjenti naturali li minħabba fihom ġiet dikjarat dan is-sit bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni permezz tar-Regolamenti tal-2006 għall-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali (Avviż Legali 311 tal-2006).
Kif jidher ċar minn din il-mappa, li hija pubblika, hemm żoni mlewna li għandhom ambjenti naturali li minħabba fihom iż-żona ġiet indikata bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (
Special Areas of Conservation
, SACs) u żoni oħra li huma bojod li ma fihom l-ebda ambjent naturali ta’ importanza skont id-Direttiva u r-Regolamenti tal-2006 għall-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali. Dawn huma il-
buffer zones
; kif wieħed jista’ jara minn din il-mappa, is-sit li fiha saret l-applikazzjoni għall-
filming
huwa fil-fatt wieħed minn dawn il-
buffer zones
jew żoni bojod.
F’dan ir-rigward, Artikolu 6.2 tad-Direttiva tal-Ambjenti Naturali msemmija aktar ’il fuq, kif ukoll Regolament 14(2) tar-Regolamenti tal-2006 għall-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali (Avviż Legali 311 tal-2006), jindikaw li l-provvedimenti li l-Awtorità Kompetenti (il-MEPA) għandha tieħu huma fuq l-ambjenti naturali u l-ambjenti tal-ispeċi, li minħabba fihom iż-żona ġiet indikata Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (SAC) – jiġifieri ż-żoni mlewna, mhux iż-żoni bojod.
Nixtieq ukoll niċċara kumment dwar is-
Site of Scientific Interest
li l-Onorevoli interpellant qed jirreferi għaliha. Aktarx dan huma dwar il-Qattara (sit li m’għandux x’jaqsam mas-sit fejn sar il-filming), li huwa sit “skedat” (
scheduled property
) taħt l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 356) permezz ta’ GN 288 tal-1995. Ta’ min jinnota li l-iskedar (
scheduling
) huwa proċess differenti minn dak ta’ ħarsien kopert taħt l-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent (Kap. 435) li qed jirreferi għalih l-Onorevoli interpellant. Fil-fatt, id-dikjarazzjoni ta’ siti protetti (
protected areas
) isir taħt l-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjenti, liema Att jipprovidi għad-dikjarazzjoni ta’ siti protetti, bħalma huma iż-Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni.
Għaldaqstant, ma hemmx lok biex jittieħdu passi kontra min ta dan it-tagħrif dwar il-
buffer zones
jew żoni bojod, għaliex ma kienx qiegħed jimmisgwida lill-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk fil-każ tad-Dwejra, l-materjal li ripetutament bosta persuni inklużi s-Segretarju Parlamentari de Marco nnifsu irreferew għalih bħala sand fil-verità kien ramel tal-qawwi magħruf aħjar bħala corraline limestone material u mhux marine sand?
każ tad-Dwejra — review indipendenti dwar l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet ġodda għall-iffilmjar fuq siti sensittivi
Question
Billi l-Onor. de Marco qal li se jagħmel review indipendenti dwar l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet ġodda għall-iffilmjar fuq siti sensittivi bħal fil-każ tad-Dwejra, jista' l-Prim Ministru jgħid meta inbeda jew se jinbeda dan ir-review, min huma l-membri tiegħu li se jfasslu r-rapport u/jew jiġu kkonsultati, kif ukoll it-terminu ta’ żmien – deadlines - li dan il-proċess mistenni jieħu u jekk ir-riżultat aħħari huwiex se jsir pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-review sar mill-Professur Kevin Aqiulina u Dott. Simone Borg. Ix-xogħol fuq ir-review beda fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru. Dawn l-esperti kkonkludew ix-xogħol tagħhom.
Il-Gvern ser jevalwa dan ir-rapport, ir-rapport tal-Awditur u r-rapport tal-esperti indipendenti li ġew imqabbda biex jevalwaw il-ħsara li setgħet saret fis-sit, qabel jiddeċiedi fuq passi ulterjuri. Tajjeb wieħed ifakkar li l-każ li jinstab li saret ħsara b’ riżultat ta’ nuqqas min-naħa tal-applikant, il-MEPA ser tesiġi li l-applikant jagħmel tajjeb għall-ħsara. Ir-rapporti se jiġu ppublikati.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21422 u 21070 u jgħid jekk hemmx kunsilli lokali fejn il-ġbir tal-iskart qed isir minn kuntrattur b'emeġenza’?
Jekk fl-affermattiv:
a) liema huma dawn il-kunsilli;
b) kemm ilu jsir ġbir b'emergenza;
c) x'wassal li l-ġbir tal-iskart jibda jsir b'emegenza; u
d) għaliex għadu qed jinġabar taħt din is-sistema ta’ emerġenza minflok ittieħdu l-passi neċessarji biex jitqabbad kuntrattur fuq bażi normali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’ riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21070 u 21422 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawk il-kunsilli lokali li għandhom servizz ta’ ġbir ta’ skart b’ emerġenza.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19584, jista' l-Prim Minstru jgħid x'deċizjoni wasal għaliha l-Kunsill Lokali tal-Mosta wara li kellu jiddiskuti din l-proposta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’ laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Mosta li saret fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill Lokali iddeċieda kontra l-proposta tal-Onor. Interpellant.
Rappreżentant Permanenti fi Brussel — Servizz ta' ajruplan privat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk ir-Rappreżentant Permanenti fi Brussel użax is-servizz ta’ ajruplan privat biex wasal Malta mil-Libja nhar it-30 ta’ Novembru 2010? Kemm sewa dan is-servizz? Min ħallas għalih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
. Ninforma l-Onorevoli Interpellant li r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea kien parti mid-delegazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru li attendiet għas-Summit bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea (29 u 30 ta’ Novembru) fi Tripoli, Libja. Ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea ivvjaġġa, kif kien skedat, flimkien mad-delegazzjoni minn u lejn Malta. L-ispejjeż għal dan il-vjaġġ huma koperti mill-Unjoni Ewropea.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' bnadar
Question
B’referenza għal dak li ħareg fir-rapport tal-Awditur Ġenerali in konnessjoni ma xiri ta’ bnadar mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2009, jista' l-Prim Ministru jgħid b’liema mod l-ordni għax-xiri ta’ bnadar bi prezz li kien iktar mid-doppju ta’ dak offrut mis-supplier li miegħu kien hemm diġa' kuntratt għax-xiri ta’ bnadar simli, ingħatatx mill-uffiċċju tiegħu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Jista' jgħid min kienet il-persuna mill-uffiċċju tiegħu li tat din l-ordni lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin?