Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22698 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — taħditiet dwar ir-rappreżentati tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex minn Lulju 'l hawn, għadhom ma bdewx it-taħditiet mar-rappreżentati tal-ħaddiema tal-kunsilli lokali dwar il-ftehim kollettiv tagħhom? Jista' jikkonferma jekk il-laqgħa li se ssir, hix se ssir biss, wara li kien hemm theddida ta' azzjoni industrijali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proposti mressqa mill-Union Ħaddiema Magħqduin ġew diskussi f’diversi livelli fi ħdan l-Aassoċjazzjoni Kunsilli Lokali u mad-Dipartiment ikkonċernat sabiex ikun hemm linji gwida mill-Gvern Ċentrali. Infurmat ukoll li ntant saret talba minn trade union oħra biex tingħata rikonxximent tal-ħaddiema klerikali tal-kunsilli lokali. Għaldaqstant dan ħoloq il-bżonn li jsiru l-verifiki dwar min għandu jirrappreżenta lill-ħaddiema klerikali tal-kunsilli lokali. Dan il-proċess qed isir mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali. Il-Union Ħaddiema Magħqduin hi nfurmata b’dan u d-diskussjonijiet mistennija jkomplu fil-21 ta’ Jannar 2011.
Leg 11 PQ #22699 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti u skemi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22449 u jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta hu mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu? Liema minnhom għad iridu jibdew jitwettqu? Meta mistennija jibdew u meta mistennija jkunu lesti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Ħal Farruġ — MEPA - EIA - ground tal-football

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20991 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlitx Environmental Impact Assessment fuq l-iżvilupp ta' ground tal-football fi Triq Ħal Farruġ, Luqa u fejn biex dan il-ground jinbena, se jkollha tiġi kklerjata area sħiħa ta' siġar li huma buffer għall-area residenzjali ta' Ħal Farruġ li hija mdawwra minn Industrial Estate, batching plant, scrapyard, industriji oħra u ajruport li żgur li jħalli effett ta' emissjonijiet fl-arja għad-detriment tal-mijiet ta' familji li jgħixu fiż-żona? Jekk sar dan l-Environmental Impact Assessment, jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, meta se jsir u jekk l-iżvilupp hux se jsir qabel ma jkun hemm l-esitu ta' Environmental Impact Assessment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

MTA — policy biex tattira turista mir-Russja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20832 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għandhiex policy biex tattira turisti mir-Russja? Jekk iva, x'qed isir? Jekk le, qed tħejji xi policy?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-suq turistiku Russu huwa wieħed rilevanti għal Malta. Fil-fatt fl-ewwel disgħa xhur tas-sena 2010, ir-Russja iġġenerat 19,123 turist, żieda ta’ 29.3% fuq l-ewwel disgħa xhur tas-sena ta’ qabel. Mill-lat ta’ volum, ir-Russja hija l-ħdax il-suq l-aktar voluminuż għal Malta u fost l-akbar mis-swieq li ma humiex fl-Unjoni Ewropeja. L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu twettaq Marketing Plan wiesgħa fis-suq Russu li jinkludi reklamar, programm ta’ relazzjonijiet pubbliċi, attivitajiet promozzjonali, parteċipazzjoni f’fieri, kif ukoll promozzjoni konġunta mal-operaturi tal-ivvjaġġar. Għar-reklamar, matul l-2010 kien hemm budget li ntuża l-aktar f’full page adverts fil- print media kif ukoll fuq l-internet li attira madwar 33% tal- budget tar-reklamar. Ġeneralment ma’ dan ir-reklamar ġew negozjati wkoll paġni addizzjonali ta’ informazzjoni jew banner adverts li nkisbu b’xejn b’kumpens għar-reklamar li jkun sar. Apparti r-reklamar, twettaq ukoll program sħiħ ta’ relazzjonijiet pubbliċi fuq it-televiżjoni u l-istampa. Matul din is-sena nġiebu 26 ġurnalist Russu lejn Malta. Tintbgħat ukoll medja ta’ press release fix-xahar lill-media Russa. Isiru wkoll attivitajiet promozzjonali. Fost dawn ta’ min isemmi bħala eżempji s- Celebrity Endorsement li sar mal-OK! Magazine f’Ġunju kif ukoll receptions għall-operaturi u ġurnalisti f’Moska u St Petersburg. Dawn l-attivitajiet jirriżultaw f’ exposure qawwi u pożittiv għal Malta. Ir-Rappreżentanza tal-MTA fir-Russja tipparteċipa wkoll f’numru sostanzjali ta’ Fieri fir-Russja u pajjiżi oħra fir-reġjun. Il-lista kompleta tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Tingħata wkoll importanza kbira lir-relazzjoni mal-Operaturi tal-Ivvjaġġar permezz ta’ numru ta’ attivitajiet promozzjonali. Fost dawn ta’ min isemmi reklamar fuq it- Tourism and Leisure Magazine kważi kull ġimgħa li huwa ko-finanzjat bejn l-MTA u operaturi differenti. Apparti dan, dawk l-operaturi li jaħdmu b’ commitment mat-titjiriet tal-Air Malta jingħataw exposure addizzjonali fuq ir-reklamar li jsir. Ngħinu wkoll lill-Operaturi billi nippubliċizzaw l-offerti tagħhom permezz tal-websajt www. Maltahit.ru. Isir workshop għall-operaturi fi Frar, kif ukoll jitħallew jipparteċipaw b’xejn f’numru ta’ fieri

environmental impact assessments — noise pollution u emissions

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19539, 18558 u 17219 u jgħid jekk sarx environmental impact assessment, inkluż għal noise pollution u emissions, fuq il-madwar tal-hangar eżistenti u dak li qed jinbena għall-manutenzjoni tal-ajruplani, viċin Ħal Safi, Ħal Kirkop u anke l-Kulleġġ ta' San Benedittu? Jekk sar jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, xi kriterji intużaw biex ikun assigurat li l-familji, studenti u immigranti li jgħixu fil-madwar, ma tkunx effettwata negattivament is-saħħa mentali u fiżika tagħhom, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-valur tal-proprjetà tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22113 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pagi tal-membri parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta kien l-aħħar li żdiedu l-pagi tal-membri parlamentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Membri Parlamentari ma jirċevux paga, iżda jirċievu honararium. Fl-1992 dan l-honorarium kien stabbilit għar-rata ta’ 50% ta’ skala 1 tal-gvern. Din ir-rata issa ġiet riveduta għal 70% ta’ skala 1.
Leg 11 PQ #22114 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rwoli tal-Assistenti parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-assistenti parlamentari? Kemm għandhom żieda fin-numerazzjoni dawk il-membri parlamentari li jagħmlu dan ir-rwol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15499.
Leg 11 PQ #22115 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tibdil fl-istruttura tal-parlament

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid issa bil-formatil-ġdid ta' assistenti parlamentari, l-istruttura tal-parlament kif taħdem? Kemm hemm kumitati fi ħdanu? Liema huma l-membri parlamentari involuti f'kull Kumitat tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ispeaker.
Leg 11 PQ #22116 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diskussjonijiet fil-Parlament

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru sigħat ta' diskussjoni fil-Parlament matul is-sena 2010? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqgħu l-kumitati tal-Kamra u kemm kien hemm sigħat ta' diskussjoni f'kull kumitat matul l-istess sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ispeaker.
Leg 11 PQ #22450 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22020 dwar it-twaqqif ta’ mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhija l-istrateġija aktar wiesgħa li tinkorpora dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħidma u strateġija tal-gvern fil-qasam tal-kultura se tkun direzzjonata minn tlett inizjattivi. L-ewwel inizjattiva hija l-politika kulturali li se tiġi pubblikata fil-ġranet li ġejjin. It-tieni inizjattiva hija l-appuntament importanti li għandu pajjiżna ċioe li fl-2018 ser inkunu qed nospitaw il-Belt Kapitali Ewropea. It-tielet inizjattiva hija l-ħidma li qed jagħmel il-gvern sabiex jinċentiva dejjem aktar il-Creative Economy. Dawn it-tliet inizjattivi jridu jiggwidaw il-gvern fid-deċiżjonijiet li jridu jsiru għall-investiment fil-qasam kulturali inkluż għall-proġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Dan sabiex nassiguraw li l-għanijiet fil-politika kulturali jintlaħqu, li pajjiżna joħroġ bl-unuri kollha u kulturalment jikber permezz tal-appuntament li għandha fl-2018 u sabiex il-kontribut ta’ qasam kreattiv lejn l-ekonomija jkompli jikber. L-istrateġija tal-gvern biex nilħqu dawn l-oġġettivi trid u ser tagħti każ partikulari lil Għawdex. Għadu prematur f’dan l-istadju biex il-gvern jagħti informazzjoni aktar dettaljata
Leg 11 PQ #22451 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — reklamar dwar Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21708 u 22018 u jgħid x’miżuri ttieħdu mill-1999 sal-lum mill-Gvern u mill-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta biex jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri huma mistennija li jittieħdu matul l-2011? Kemm hi mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu tqis lill-Għawdex bħala destinazzjoni unika b’attrazzjoni qawwija għal tipi ta’ turiżmu. Sabiex tattira dawn it-tipi ta’ turiżmu l-Awtorità tat-Turiżmu tieħu diversi inizjattivi fosthom billi tilħaq ftehim ta’ joint marketing ma’ tour operators li jirreklamaw lil Għawdex, riklamar ffukati fuq Għawdex u attivitajiet promozzjonali oħra. Fost dawn l-attivitajiet, ta’ min isemmi li l-awtorità torganizza fam trips u tara li l- Media barranija tippubblika artikli fuq Għawdex. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-inizjattivi li ttieħdu f’dan ir-rigward għas-sena 2010. Qiegħed inpoġġi wkoll kopja tal-artikli u reklami għal Għawdex li l-Awtorità tat-Turiżmu ħadmet fuqhom fis-sena 2010. Matul l-2011 il-mizuri li se tkun qiegħda tieħu l-MTA jinkludi: 1. Tkompli ssib tour operators ġodda f’niċeċ differenti 2. Tkompli taħdem ma’ dawk it- tour operators li diġà jbiegħu l-Għawdex u tgħinghom sabiex ikabbru l-programm tagħhom. 3. Tippromovi vaganzi taż-żewġ gżejjer li s’issa jofru Malta biss. 4. Torganizza iżjed zjarat informativi fuq Għawdex għall-ġurnalisti 5. Tkompli tistieden crews tat-televizjoni u torganizza aktar żjajjar ta’ familjarizazjoni għall-aġenziji tal-ivjaggar sabiex jsiru jafu aktar fuq il-prodott Għawdxi 6. Tkompli tirriklama lil Għawdex fuq l- internet sabiex jiġu milħuqa l-vjaġġaturi indipendenti 7. Tippromovi specifikament lil Għawdex waqt fieri bħal WTM fl-Ingliterra u ITB fil-Ġermanja. 8. Tkompli tattira iżjed kumpaniji tal- cruise liners sabiex jagħmlu l-waqfiet tagħhom ġewwa Għawdex. Huwa kkalkulat li l-awtorità tonfoq madwar Euro 1.3 miljun fis-sena fuq dawn l-attivitajiet sabiex tippromwovi lil Għawdex waħedha. In-nefqa tal-MTA fi promozzjoni li tinkludi kemm lil Malta u lil Għawdex hija akbar. Minbarra din in-nefqa ta’ min ifakkar li fl-estimi tal- budget imhabbar ghas-sena 2011 mill-Ministeru tal-Finanzi inghatat allokazjoni ta’ Euro 500,000 lill-Ministeru ghal-Ghawdex specifikatament biex jiġu użati għal promozjoni tal-gżira bħala destinazjoni distinta.
Leg 11 PQ #22452 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

promozzjoni t'Għawdex bħala destinazzjoni rurali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22017 u jgħid x’miżuri mistennija li jittieħdu matul l-2011 mill-Gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi l-miżuri li ser tkun qegħda tieħu l-MTA jinkludu: 1. Tkompli ssib tour operators ġodda f’niċeċ differenti; 2. Tkompli taħdem ma’ dawk it- tour operators li diġa jbiegħu ’l Għawdex u tgħinhom sabiex ikabbru l-programm tagħhom; 3. Tippromwovi vaganzi taż-żewġ gżejjer li s’issa joffru Malta biss; 4. Torganizza iżjed żjarat informattivi fuq Għawdex għall-ġurnalisti; 5. Tkompli tistieden crews tat-Televiżjoni u torganizza aktar żjajjar ta’ familjarizazzjoni għal-aġenziji ta’ l-ivjaggar sabiex jsiru jafu aktar fuq il-prodott Għawdxi; 6. Tkompli tirriklama l-Għawdex fuq l- internet sabiex jiġu milħuqa l-vjaġġaturi indipendenti; 7. Tippromwovi speċifikament lil Għawdex waqt fieri bħal WTM fl-Ingliterra u ITB fil-Ġermanja; 8. Tkompli tattira iżjed kumpaniji tal- Cruise liners sabiex jagħmlu l-waqfiet tagħhom ġewwa Għawdex. Huwa kkalkulat li l-Awtorita’ tonfoq madwar Euro 1.3 miljun fis-sena fuq dawn l-attivitajiet sabiex tippromwovi lil Għawdex waħedha. In-nefqa tal-MTA fi promozzjoni li tinkludi kemm 'l Malta u lil Għawdex hija akbar. Minbarra din in-nefqa ta’ min ifakkar li fl-estimi tal-budget imħabbar għas-sena 2011 mill-Ministeru tal-Finanzi ingħatat allokazjoni ta’ Euro 500,000 lill-Ministeru ghal-Għawdex speċifikatament biex jiġu użati għal promozjoni tal-Gżira bħala destinazjoni distinta.
Leg 11 PQ #22517 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri tal-Forzi Armati li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-Forzi Armati li soffrew minn xi inċident u/jew tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-aħħar ħames snin ? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont is-sena li fihom seħħew ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22521 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — sick wara injury waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ġranet li ttieħdu sick wara injury li seħħet waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21941 Sitting 299 2011-01-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta Technopark — Persuna li ma ħaditx il-paga u notice

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għadu ma ħax il-paga tal-ħames xhur u n-notice money tal-kumpanija D.I tat-Technopark li għalqet xi sena ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ma riżultax li l-persuna li d-dettalji tiegħu ngħataw għamlet xi claim mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impieg.Nissuġerixxi li l-Onor. Interpellant jitlob lil persuna konċernata biex tressaq l-ilment tagħha direttament lid-dipartiment.
Leg 11 PQ #22278 Sitting 299 2011-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Memo 146/2010

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif kollu mitlub minn kull kunsill lokali għal Memo 146/2010, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mingħand il-kunsilli lokali hi waħda ferm voluminuża, tant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali bħalissa jinsab fil-proċess li jevalwa din l-informazzjoni miġbura sabiex ikun jista’ jislet minnha dak li jeħtieġ. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li miniex f’pożizzjoni li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #22280 Sitting 299 2011-01-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Memo 146/2010

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif kollu mitlub minn kull kunsill lokali għal Memo 146/2010, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mingħand il-kunsilli lokali hi waħda ferm voluminuża, tant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali bħalissa jinsab fil-proċess li jevalwa din l-informazzjoni miġbura sabiex ikun jista’ jislet minnha dak li jeħtieġ. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li miniex f’pożizzjoni li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #22447 Sitting 299 2011-01-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żewwieqa Waterfront — grant agreement implementation u disbursement schedules

Question

B’referneza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21958, jista’ l-Prim Ministru jgħid issa tlestiex il-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront iffirmat mill-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea? Jekk tlesta, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex, jista’ jekk jogħġbu jgħid meta mistenni li jkun finalizzat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument relatat.
Leg 11 PQ #22449 Sitting 299 2011-01-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti u skemi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta hu mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu? Liema minnhom għad iridu jibdew jitwettqu? Meta mistennija jibdew u meta mistennija jkunu lesti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22473 Sitting 299 2011-01-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi mill-Unjoni Ewropea li kienu allokati għal tender

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti t-tender MP 005/2010 u kemm kien il-valur tiegħu? Jista' jikkonferma li l-proċess ta’ dan it-tender ġie kanċellat? Jekk iva, jista' jgħid għalxiex il-process ta’ dan it-tender ġie kanċellat u x’se jsir mill-fondi mill-Unjoni Ewropea li kienu allokati għal dan it-tender?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-tender MP 005/2010, bl-isem ‘Call for Tenders for the Development and Administration of a Web Portal with a Content Management System for a European Citizens’ Toolkit’, kien jikkonsisti f’ Sejħa għall-Offerti għall-Iżvilupp u Amministrazzjoni ta’ Web Portal b’ Content Management System (CMS) b’ Għodda Internattiva għaċ-Ċittadini Ewropej. Il-Baġit ta’ din is-sejħa kien ta’ €35,000 (VAT inkluża) kif stipulate fid-dokument għas-sejħa tal-offerti (Tender Dossier), Artikolu 17.8. It-tender ġie kkanċellat minħabba l-fatt li l-proċess għall-għoti tal-kuntratt ma setax jingħalaq sal-aħħar tas-sena 2010 u l-fondi tal-UE riedu jiġu kommessi sal-15 ta’ Diċembru tal-2010. Hu maħsub li din l-operazzjoni tkun inkorporata f’ waħda mill-operazzjonijiet tal-Joint Communication Plan għal 2011. Jien infurmatli din kienet waħda mill-operazzjonijiet taħt sħubija ta’ Ġestjoni ( Management Partnership ) bejn il- MEUSAC ( Malta-EU Steering and Action Committee) u l-Kummissjoni Ewropea skond Delegation Agreement iffirmat f’ Marzu tal-2009 fejn il-MEUSAC inħatret bħala Intermediary Body fl-implimentazzjoni ta’ Joint Communication Plan bejn il-Gvern, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. Dan il-ftehim ta’ 4 snin sar bejn il-MEUSAC U L-Kummissjoni Ewropea (DG Comm) u għandhu baġit speċifiku allokat għalih mill-Kummissjoni Ewropea ta’ €200,000 għal kull sena tal-ftehim. Is-sejħa ġiet ippublikata fid-29 ta’ Ottubru 2010 permezz ta’ avviż fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 18,664 (f’ paġna 8996) u għalqet fid-19 ta’ Novembru 2010 fl-10.00 a.m. Fil-kaxxa tal-offerti kien hemm sittax (16)-il offerta. Fis-6 ta’ Diċembru, il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni għadda r-Rapport tiegħu lill-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti, skont il-proċedura ġdida introdotta mill-Gvern fl-1 ta’ Ġunju 2010 (Avviż Legali 296 tal-2010. Minħabba l-fatt li l-proċess li l-fondi tal-UE riedu jiġu kimmessi sal 15 ta’ Diċembru tal-2010, ma kienx hemm għażla oħra ħlief li l-proċess jiġi kanċellat.