Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1299 u 897 u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jieħu l-flus dovuti mill-gvern Russu dwar timber carriers li kienu mibnija għall-kumpannija Sudoimport? Kemm huwa l-ammont li huwa dovut lil Malta? Ġie jew qed jiġi kkunsidrat li minflok ma jingħataw flus jsir ftehim u pajjiż jingħata ħwejjeġ oħra li huma meħtieġa għall-pajjiż?
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont globali ta' persuni naturali Maltin li huma azzjonisti ta' kumpannija/kumpanniji reġistrati taħt l-MFSA? Minn dawn, kemm hu l-ammont ta' persuni li għandhom bejn 18 u 35 sena separatament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar il-Gvern minn sisa fuq petrol u diesel matul is-sena 2007 xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi d-dazju li tħallas mill-Enemalta matul is-sena 2007 fuq petrol u diesel, kull xahar kemm bl-Ewro u kemm bil-liri Maltin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1377 u 1098 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li Malta sal-lum tat lill-Unjoni Ewropea? Kemm minn din il-kontribuzzjoni hija mill-customs u kemm mill-VAT?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1376 u 1096 u jgħid kemm huma l-multi li s'issa kellha tħallas Malta lill-Unjoni Ewropea? U kemm l-warning għandha u kemm-il każ hemm pendenti quddiem il-Qorti Ewropea? Jista' jagħti d-dettalji tal-każijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1096.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li riċentement setgħu ġew ikkanċellati xi titjiriet chartered mir-Russja ma' l-Air Malta bil-konsegwenza li dawn setgħu effettwaw l-għadd kbir ta' studenti li qed jiġu pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta kienet ikkuntrattata biex tagħmel numru ta’ titjiriet charter mir-Russja.
L-Awtoritajiet Russi ma tawx permess lil Air Malta biex topera dawn it-titjiriet. Biex żgur ma’ jintilfux numru ta’ turisti lejn Malta, l-operatur li huwa Holiday Malta sussidjarja ta’ l-Air Malta, għamel ftehim ma’ kumpanija Russa biex topera dawn it-titjiriet.
Dwana ta' Malta — Attivita' Illegali fil-Portijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn tad-dwana ta' Malta kontra kull attivita' illegali fil-portijiet (inkluż il-Port Ħieles) fil-yatch marinas u fl-ajruport? F'kull każ, x'kien ir-riżultat ta' dan l-impenn mill-2005 'l hawn?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu permess li jkun l-użin tal-ħobż Malti skond l-aħħar ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-furnara u x'passi qed jittieħdu biex ikun assigurat li qed jinżamm dan il-piż?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1560,1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1747 u 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Membri/Bord tad-Diretturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?
Response (FENECH, TONIO)
Il-Bordijiet li ġew maħtura mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
L-għażla saret mill-Kabinett wara li saru rakkommandazzjonijiet mill-Ministeru.
Fil-każ tal-Malta Enterprise, is-Sinjura Helga Ellul ġiet nominata mill-Federazzjoni għal Industrija waqt li s-Sur Tancred Tabone mill-Kamra tal-Kummerċ.
Ħadd minn dawk appuntati sa l-4 ta’ Lulju, 2008 ma kien kanditat għal Elezzjoni Ġenerali jew għall-Kunsilli Lokali jew preżentant membru fuq Kunsill Lokali.
Membri Parlamentari ma jistgħux ikunu membri fuq Bordijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm total ta’ 160,923 ħaddiema li ħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali matul l-2007, u li minnhom 20,406 ħallsu kontribuzzjonijiet ta’ Klassi 2.
Jista' l-Ministru jinvestiga permezz tal-Malta Enterprise jekk hux possibli li fil-Mosta Technopark ikun hemm il-faċilitajiet ta' canteen għall-ħaddiema ta' dan l-industrial park?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Industrial Parks Limited flimkien mal-Mosta Technopark Tenants Association (MTTA) għandhom jaraw il-possibilita li jkun hemm faċilitajiet ta’ Canteen għall-ħaddiema ta’dan l-industrial park.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1126 u jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1126.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1372,1159 u 933 u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'bolol li ħallset il-kumpanija MIDI mal-iffirmar tal-kuntratt mal-Lands Department?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 933.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1374 u 1091 u jgħid kemm mill-budget allokat għat-toroq ġodda u għal irranġar ta' toroq għas-sena 2008 ġew komessi? Kemm tħallsu u x'baqa' x'jitħallas? Kemm hemm penalitajiet għal xogħol li sar ħażin jew tard?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1091.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1375 u1093 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jgħid in vista taċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru f'Lourdes fi Franza, l-Air Malta din is-sena żieditx it-titjiriet tagħha chartered għal dan il-pajjiż? Jista' fil-fatt jgħid kemm hu maħsub li se jkunu saru titjiriet u kemm bejn wieħed u ieħor se jkunu ġarrew passiġieri? Kif in-numru ta' titjiriet u passiġġieri hu maħsub li se jipparaguna ma' dak ta' snin oħra?