Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22505 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta' sodod f'akkomodazzjoni kollettiva f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet ir-rata netta totali tal-użu tas-sodod f’akkomodazzjoni kollettiva f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 ‘l hawn? Jista’ jagħti ukoll għall-istess perjodu r-rata netta tal-użu tas-sodod fl-istess akkomodazzjoni minn residenti ta’ Malta u minn residenti ta’ pajjiżi barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tista’ tiġi miksuba mill-websajt tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika permezz ta’ dan il-link: http://www.nso.gov.mt/statdoc/document view.aspx?id=2855&allEditions=true
Leg 11 PQ #22506 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Numru ta' ljieli f'akkomodazzjoin kollettiva f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ljieli li persuni residenti Malta u turisti barranin flimkien qattgħu f’akkomodazzjoni kollettiva f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 ‘l hawn? Jista’ jagħti ukoll għall-istess perjodu kemm kien in-numru ta’ ljieli li persuni residenti Malta u turisti barrani qattgħu fl-istess akkomodazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tista’ tiġi miksuba mill-websajt tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika permezz ta’ dan il-link: http://www.nso.gov.mt/statdoc/document view.aspx?id=2855&allEditions=true
Leg 11 PQ #22644 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta — pjan għal aktar żjarat fil-Kottonera

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21686 u b'mod partikolari għal dik il-parti tar-risposta li tikkonċerna l-iżviluppi li mistennija jsiru fl-Iskorba ta' Ta Ħaġrat, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx bżonn ta' xi permessi partikolari mingħand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jsiru l-iżviluppi li qegħdin nitkellmu dwarhom? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk tali permessi hux diġà saru applikazzjonijiet għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-viżjoni u l-prijoritajiet għal Skorba u ta’ Ħaġrat identifikati fil-Pjan għall-Immaniġġjar u l-Konservazzjoni tat-Tempji Megalitiċi ma jirrikjedux permessi mingħand il-MEPA. Jekk kemm-il darba 'l quddiem jitħejjew xi pjanijiet oħra li jistgħu jeħtieġu l-permess tal-MEPA sabiex jitwettqu, issir l-applikazzjoni minnufih kif mitlub mil-liġi.
Leg 11 PQ #22744 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Police Association — diskussjonijiet fuq Collective Agreement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Malta Police Association hix se tieħu sehem attiv fid-diskussjonijiet fuq il-Collective Agreement li jmiss jew hix se tkun involuta biss bħala osservatur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li b’ konformita mal-prassi stabbilita fin-negozjati tal-Ftehim Kollettiv, il-Gvern dejjem innegozja ma’ unions, reġistratti skont il-provvediment stipulati fl-Att li jirregola r-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg. Minkejja dan, il-Malta Police Association kienet mistiedna tattendi bħala oservatur għal dawn il-laqgħat, u r-rappreżentanti tagħha xorta waħda setgħu jesprimu l-oppinjonijiet tagħhom dwar materji diskussi fil-laqgħat tal-Ftehim kollettiv. Ma dan kollu l-progress sabiex l-Assoċjazzjoni tingħata l-libsa legali ta’ union għadu għaddej u għandu jiġi konkluż fl-ewwel tliet xhur ta’ dis-sena skont dak li ingħad fid-domanda Parlamentari 15127.
Leg 11 PQ #22747 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett tax-Xlendi — grant agreement u disbursement schedule

Question

Peress li skont il-grant agreement u d-disbursement schedule il-proġett tat-triq tax-Xlendi kellu jkun tlesta, magħluq u l-ispejjeż kollha mħallsa sal-aħħar kwart tal-2010 u peress li dan il-proġett sal-lum għadu ma tlestiex, jista’ l-onor Prim Ministru jikkonferma li mhux se jintilfu flus ewropej minħabba li dan il-proġett ma tlestiex fiż-żmien miftiehem? Jista’ jgħid jekk iż-żmien għat-tlestija ta’ dan il-proġett ġiex estiż? Jekk fl-affermattiv, min approva din l-estensjoni u għal liema raġunijiet? Sa meta ġie estiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmatli dan il-proġett ġie estiż sa l-aħħar ta’ Frar 2011. Din l-estensjoni ngħatat mill-Awtorità ta’ Ġestjoni wara li l-Ministeru għal Għawdex informha li l-maġġoranza tax-xogħlijiet kienu tlestew u li kien għad baqa’ xi xogħlijiet pendenti li għandhom jitlestew sad-data tal-estensjoni. L-ebda flus Ewropej ma huma mistennija li ser jintilfu fuq dan il-proġett.
Leg 11 PQ #22755 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema ta' Finanzjament għall-Attivitajiet Kulturali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet it-talba ta’ kull kunsill lokali li applika għall-fondi taħt l-Iskema ta’ Finanzjament għal Attivitajiet Kulturali 2011, kemm ġew allokati fondi għal kull kunsill lokali li applika, u x’kienet il-projezzjoni ta’ infiq għall-attività li għaliha saret it-talba ta’ kull kunsill lokali? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-punti, kategorija b’kategorija, li ngħata kull kunsill lokali li applika taħt din l-iskema, dejjem jekk intużat sistema ta’ punti fl-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet, u b’liema mod din issarfet fil-fondi li ingħata kull kunsill lokali, u f’każ li ma ntużatx sistema ta’ punti, x’sistema intużat, u b’liema mod din is-sistema wasslet għall-allokazzjoni ta’ fondi li kull kunsill lokali ingħata taħt din l-istess skema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22756 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali u Kumitati amministrattivi — allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-allokazzjoni finanzjarja annwali li kull kunsill lokali u kull kumitat amministrattiv ingħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #22230 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21650, 21273, 20948 u 20217 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa' fi Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hijiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22256 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Lija — studji dwar il-livell ta' particulate matter

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar 20 sena sarux xi studji mill-awtoritajiet konċernati dwar il-livell ta' particulate matter (PM10) fl-inħawi residenzjali f'Ħal Lija u nħawi oħra fil-qrib li jinsabu viċin l-impjant tal-Blokrete qrib iċ-ċimiterju ta' Ħal Lija? Fil-każ li f'dan il-perjodu saru xi studji jew rapporti ta' din ix-xorta, jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li t-trabijiet li jtiru minn impjanti bħal dak li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant fil-maġġor parti tagħhom huma komposti minn partiċelli li jkunu ikbar minn 10 microns u għalhekk ma jinqabdux minn studju li jkejjel l-PM 10. Studju tal-livelli tal-PM 10 f’Ħal-Lija u l-lokalitajiet tal-madwar ftit jista’ jitfa dawl fuq l-impatt tal-impjant in-kwistjoni fuq il-kwalità tal-arja. Il-MEPA għandha monitoring station f’Ħ’Attard li qed jintuża biex ikejjel il-livell ta’ Ożonju fl-arja. Il-MEPA qiegħda tikkunsidra jekk tużax dan l-istazzjon sabiex tkejjel ukoll il-livell ta’ PM 10.
Leg 11 PQ #22574 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

applikazzjonijiet għall-bini ta' lukandi pendenti quddiem il-MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' lukandi li hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorita' għandha pendenti quddiema erbgħa u tletin (34) applikazzjoni li jikkonċernaw bini ta' lukandi, aparthotels, guesthouses etc. u disgħa u tletin (39) applikazzjoni li jikkonċernaw estensjonijiet jew modifikazzjoni tal-istess tip ta' żvilupp. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "hotel", "lukanda/i", "hostel", "guesthouse", "aparthotel", jew "tourist".
Leg 11 PQ #22605 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pietà — Triq Joe Gasan - arblu tad-dawl

Question

Peress li fin-naħat ta' Gwardamanga/Blata l-Bajda żdiedet sew il-kriminalità, anke minħabba ċ-ċentru Detox fil-viċinanzi, jista' l-Prim Ministru jara jekk jistax jitwaħħal arblu tad-dawl fejn il-bandli tal-Pietà, fuq in-naħa ta' Triq Joe Gasan, Ħamrun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22609 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Mistoqsijiet parlamentari mhux imwieġba fil-ħin

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li f'kaz ta' mistoqsijiet parlamentari li jiġu riferuti lill-kunsilli lokali jekk dawn ma jiġux risposti fil-ħin stipulat jitnaqqsu €400 mill-budget tal-kunsilli lokali għal kull mistoqsija mhux imwieġba? Jekk fl-affermattiv, dan it-tnaqqis japplika ukoll għal ministeri, dipartimenti u entitajiet governattivi oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li Kunsill Lokali li ma jibgħatx fil-ħin l-informazzjoni mitluba minnu in konessjoni ma’ mistoqsija parlamentari, lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, titnaqasslu 0.25% tal-allokazjoni tiegħu.
Leg 11 PQ #22615 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — spejjeż ta' scanning u printing ta' pjanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar s'issa sena b'sena marbuta ma' scanning tal-pjanti u mal-printing tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 11 PQ #22622 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: JESMOND MUGLIETT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Kapitali Ewropea 2018 — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi struttura sabiex tibda tħejjijiet għall-Belt Kapitali Ewropea 2018? Jekk twaqqfet xi struttura, jista' jgħid minn min hi komposta u x'inhuma t-terms of reference tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Mejju tal-2009 il-gvern waqqaf Kummissjoni Interministerjali sabiex tikkoordina t-tħejjijiet min-naħa tal-amministrazzjoni ċentrali marbutin mal-Belt Kapitali tal-Kultura. Fit-18 ta' Diċembru 2010, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura nieda s-sejħa uffiċċjali għall-applikazzjonijiet għal dan it-titlu. Bħalissa, il-Kummissjoni b'koordinazzjoni ma' dan l-istess Segretarjat Parlamentari qed tikkoordina numru ta' inizjattivi sabiex tiffaċilita’ l-proċess ta' applikazzjoni għal dan it-titlu, inklużi l-istrutturi neċessarji li se jkunu jistgħu jitwaqqfu għal dan il-għan. Id-dettalji kollha dwar dawn l-istrutturi jkunu jistgħu jitħabbru hekk kif din il-ħidma tkun mitmuma, fil-ġimgħat li ġejjin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Membri tal-Kummissjoni kif ukoll it- Terms of Reference tagħha.
Leg 11 PQ #22668 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ombudsman

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta jiskadi t-terminu tal-Ombudsman preżenti u jekk diġà skada, x’miżuri ħa sabiex jiġi appuntat ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li fil-11 ta’ Jannar, wara konsultazzjoni mal- Kap tal- Oppożizzjoni, jiena ressaqt riżoluzzjoni dwar il-ħatra tal- Ombudsman
Leg 11 PQ #22673 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — nefqa kapitali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f’Għawdex ta’ kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22686 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza stampa — Lingwa użata

Question

B'referenza għall-konferenza stampa uffiċjali li l-Kanċilliera Tedeska Angela Merkel u l-Prim Ministru taw nhar l-10 ta' Jannar 2011, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra għaliex meta f'dik l-okkazjoni l-Kanċilliera Tedeska użat il-lingwa nattiva tagħha - tant li kien hemm servizz ta' traduzzjoni instantanja - l-Prim Ministru Malti uża lingwa barranija ċioe l-Ingliż u mhux il-Malti meta l-Malti hu bir-raġun lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea daqs it-Tedesk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li ma kellix mistoqsijiet fil-lingwa Maltija, ma weġbitx bil-Malti.
Leg 11 PQ #22695 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Onorarja tas-Sindki

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk iż-żieda fl-onorarja tas-Sindki hux se tkun qed tiżdied awtomatikament fl-allokazzjoni tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22696 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm u liema huma l-kunsilli lokali li daħħlu magħhom fis-sena 2009, 2010 u 2011 impjegati direttament minn barra s-sistema fejn l-ewwel jintalbu persuni mill-kunsilli lokali stess, imbagħad mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jgħid x' kienu r-raġunijiet biex sar dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22697 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — impjegati full-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hemmx impjegati mal-kunsilli lokali full-time li ddaħħlu f'dawn l-aħħar 12-il xahar u fl-istess waqt dawn il-persuni qed jagħtu servizz taħt forma ta' kuntratt lill-istess kunsill li impjegahom? Jista' jgħid jekk hemmx iktar talbiet pendenti f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.