Peress li kull nhar ta' Ġimgħa qed ikun hemm ħafna ilmenti għax ħafna passiġġieri qed jitħallew l-art mill-vapuri tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibli li f'dawn il-ġranet peak ikun hemm vapuri extra jew jiddaħħlu ħaddiema extra biex ikunu jistgħu jittgħabbew iktar passiġġieri fuq kull vapur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi nhar ta’ Ġimgħa l-vapuri kollha jkunu impenjati, b’ħinijiet itwal speċjalment f’dawn il-gimgħat peak. Bejn il-4.45 ta’ filgħodu u nofs il-lejl ikun hemm żewg vapuri dejjem għaddejjin, bit-tielet wieħed ikun xogħol bejn is-6.15 ta’ filgħodu u d-9.15 ta’ filgħaxija. Jekk ikun hemm bżonn anke jitwessa’ l-ħin sabiex il-kumpanija tlaħħaq mad-domanda.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1994, 1660, 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, illi l-avvenimenti imsemmija hawn taħt qed jikkontribwixxu lejn l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali, fosthom dawk organizzati minn Kunsilli Lokali Għawdxin, b’intenzjoni li jattiraw turiżmu lejn Għawdex fix-xhur tax-Xitwa. Is-sejħa kellha allokazzjoni ta’ massimu LM50,000 / €116,468.66 li minna kienu applikabbli s-somma ta’ €81,500.
Okkażżjoni
Ammont
Opera 'Macbeth' / Festival Mediterranea
organizzata mis-Soċjeta Filarmonika La Stella
12,000
Opera 'La Forza Del Destino'
organizzata mis-Soċjeta Filarmonika Leone
12,000
Malta Int. Folk Festival / New Years Eve Popular Event - (Il-Festa / New Years Concert / Traditional Carnival Party
) – organizzat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat
9,000
Qala International Folk Festival
organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Qala
9,000
Karnival tan-Nadur
organizzat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur
9,000
'Seħer il-Punent'
organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb
9,000
Typical Mediterranean Gastronomy
organizzat mill-Gozo Cultural Council
9,000
Vocal and Orchestral Concert
organizzat mill-Classic Foundation
8,500
Kunċert fl-okkażżjoni tal-ħames anniversarju
(li sar fit-30 ta' Marzu 2008) organizzat mill-Gozo Youth Wind Band
2,000
Theatrical Experience Show
organizzat mill-Helping Hands Group
2,000
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2006 u jara li jittieħdu l-miżuri sabiex l-elevator fis-suq tal-Belt jerġa' jibda' jintuża mill-aktar fis peress li mingħajru jonqos ħafna l-kummerċ tal-ħwienet fis-sulari ta' fuq? Jista' l-watchperson fil-post jieħu ħsieb is-sigurta' fil-każ li l-elevator mhux possibli jintuża short term?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parmanentari numru 2006.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2047 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispażju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2047.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1935 u jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-ħruġ ta' tender li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħti indikazzjoni dwar meta se toħroġ din it-tender?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1959 u1760 u jgħid meta se jinħarġu t-tenders għall-ġardini li hemm fil-Housing Estate ta' l-Istabal, f'Hal Qormi minħabba li uħud minnhom jinsabu fi stat abbandunat? Jista' jagħti indikazzjoni meta dawn it-tenders se jinħarġu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1760.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-viżitaturi li jippresjedu l-Qorti ta' Reviżjoni ta' l-Atti Notarili? Meta ġew appuntati u x'inhi l-meżata li biha jitħallsu?
Jista' jgħid kemm dawn il-viżitaturi rnexxielhom jivvisitaw kuntratti f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena ġudikant b'ġudikant?
Jista' jgħid kemm hemm kuntratti li għadhom pendenti? Jekk hemm kuntratti li għadhom ma ġewx assenjati, kemm hemm mhux assenjati? Kemm ilhom biex jiġu assenjati? X'inhi r-raġuni li ma ġewx assenjati?
Jista' l-Ministru jispjega kif l-kuntratt, li d-dettalji tiegħu qed jidhru taħt dokument separat, għadu ma ġiex assenjat lil ebda viżitatur? Ma jidhirlux li għadda żmien biżżejjed biex jiġi assenjat u l-fatt li għadu ma ġiex assenjat juri negliġenza grossolana da parti tal-Ministru jew il-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-viżitaturi li jippresjedu l-Qorti tar-Reviżjoni ta' l-atti Nutarili huma: L-Onor. Imħallef Franco Depasquale, Dr. Louis G. Vella, Dr. Benny Delia u Dr. Joseph Agius. Dawn ġew appuntati mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008 skond avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Diċembru 2007.
Il-kumplament tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-għajnuniet finanzjarji li ngħataw mill-State Aid Monitoring Board fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007 sena b'sena sat-30 ta' Ġunju 2008? Jista' jagħti dettalji tal-benefiċċjarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhix il - kompetenza tal - iState Aid Monitoring Board li jagħti għajnuniet finanzjarji.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Borg Brothers
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?
Jista' l-Ministru jpoġġi mappa fuq il-mejda tal-Kamra fejn tispjega b'mod dettaljat liema huma l-partijiet mill-promenade ta' Tas-Sliema, fi Triq it-Torri (mix-chalet sa biswit l-Barracuda Restaurant) li huma art privata jew li hija mikrija mill-Gvern lil terzi?
Jista’ l-Ministru jgħid xi sforzi saru f’dawn l-aħħar xhur sabiex flus li huma dovuti minn pajjiżna dwar it-timber carriers jingħataw mir-Russja? Jista’ jgħid ukoll kemm hija s-somma dovuta u jekk tinkludiex l-imgħax jew le?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati tal-Malta Enterprisemaqsumin skond il-grad? Jista' jagħti break-down tal-ħaddiema maqsumin bejn min qala' sa €15,000, sa €30,000, sa €40,000 jew aktar, għas-sena 2007?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1231 u 878 u jispjega fhiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċax ix-xogħol fuq il-proġett?
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji parastatali li ġew privatizzati minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti mill-1987 'l hawn? X'investiment għamlu minn dak iż-żmien 'l hawn? Jista' jgħid jekk tali investiment kienx possibli li jsir kieku ma kienux pprivatizzati? Kemm qed iħaddmu nies illum? X'ammont ta' taxxa ħallsu fuq il-qliegħ li kellhom kull sena minn dak iż-żmien 'l hawn?
Jista' l-Ministru jara li jintbagħtu l-arretrati ta' l-income tax lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kellu jirċievi arretrati sa l-aħħar ta' Diċembru 2007? Jista' jara li jitmexxa dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont dovut tħallas matul ix-xahar ta’ Ġunju li għadda.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'bosta nformazzjoni li qed tkun ippubblikata mill-Eurostat, l-informazzjoni relattiva għal Malta qed tkun nieqsa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) qed jibgħat l-informazzjoni kollha li huwa obbligat li jibgħat lil Eurostat, u huwa konformi mar-regolamenti ta’ din l-istituzzjoni. L-informazzjoni qed tidher b’mod regolari ma’ dik tal-Membri Stati l-oħrajn.
Jeżistu xi każi fejn l-informazzjoni dwar Malta mhux qed tidher, bħal id-dħul minn turiżmu domestiku, li fil-każ ta’ Malta hu limitat għad-dħul minn vaganzi tal-Maltin ġo Għawdex, li huma ta’ aktar minn ġurnata, jew xi informazzjoni dettaljata dwar ċerti aspetti tal-produzzjoni industrijali
kull xahar
, li timponi
response burden
konsiderevoli fuq l-industrija.
L-NSO qiegħed f’kuntatti mal-Eurostat biex f’xi każi iżolati fejn il-ġbir tal-informazzjoni jiswa ħafna flus, u fejn il-benefiċċju f’kuntest nazzjonali jew Ewropew hu żgħir ħafna, l-NSO jiġi eżentat milli jiġbor din l-informazzjoni.
Malta Enterpise fil-Kordin Business Incubation Centre — Fondi mill-EU
Question
Jista' l-Ministru jagħti xi dettalji dwar x'xogħol huwa maħsub li jsir mill-Malta Enterpise fil-Kordin Business IncubationCentre minn fondi tal-EU Structural Funds? Hemm proġetti oħra li għadhom li ma ġewx approvati u li l-Malta Enterprise applikat għall-fondi ta' l-Unjoni Erwopea? Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsistu dawn il-proġetti? X'inhi r-raġuni li dawn ma ġewx aċċettati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Proposta ta’ l-ME għall-Espansjoni ta Kordin Business Incubation Centre (KBIC)
Il-Malta Enterprise qiegħda tipproponi li tespandi il-faċilita KBIC kurrenti fuq arja ikbar ta’ bejn wieħed u ieħor 3500 metru kwadru. L-espansjoni pjanata li iżżid 25 kamra oħra ta’ daqs varjabbli. Dawn il-kmamar ser jikkumplimentaw il-faċilita’ eżistenti li l-funzjoni tagħha hi li tassisti intrapriżi teknoloġiċi u innovattivi ġodda fl-ewwel snin ta’ l-operat tagħhom. Huwa mistenni li l-KBIC 2 jimtela sa 80% matul l-ewwel 4 snin ta’ l-operat.
Proposta ta’ l-ME biex jittella ċentru teknoloġiki għal intrapriżi (Technology Enterprise Centre)
Proġett ieħor li ġie propost hu ‘
State of the Art Technology Enterprise Centre’
lokalizzat qrib l-isptar Mater Dei u l-Universita ta’ Malta. Dan iċ-ċentru ser ikun addattat partikolarment għal dawk l-intrapriżi li jagħmlu xogħol ta’ valur miżjud
f’knowledge sectors
tal-farmaċewtika, apparat mediku, elettronika, inġinerija u servizzi tekniċi,
software development
, disinni industrijali, u ‘
testing’ u ‘quality control’
relatati mas-settur ta
‘life sciences’.
Ic-ċentru hu intiż li jmexxi tkabbir industrijali speċjalizzat (
knowledge based
) u sinerġiji billi jipprovdi faċilitajiet komuni, infrastruttura għall-iżvilupp tal-prodotti u attifitajiet relatati.
Proposti mill-Malta Enterprise għal ‘Enterprise Aid Schemes’ għal Industrija tal-Manifattura u Servizzi relatati.
Din il-proposta tikkoċentra fuq assistenza għall-intrapriżi sabiex:
- Isir żvilupp ta’ inizzjattivi għal swieq ġodda
- Ikun hemm żieda fl-investiment f’Riċerka u Żvilupp permezz ta proġetti relatati ma’ l-industrija
- Tingħata assistenza biex b’hekk l-SMEs jiżviluppaw proċessi, prodotti u servizzi innovattivi
- Jiffaċilitaw il-krejazzjoni u żvilupp ta’ intrapriżi innovattivi u
knowledge-based
ġodda
- Issir disseminazzjoni ta’ l-użu ta’ ICT fl-operat ta’ kuljum ta SMEs
Dawn il-proposti ġew sottomessi għall-Finanzjament mill-fondi staturali tal-EU u għadhom fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti xi dettalji dwar x'xogħol huwa maħsub li jsir mill-Malta Industrial Parks minn fondi ta' l-EU Structural Funds? Hemm proġetti oħra li għadhom li ma ġewx approvati u li l-Malta Industrial Parks applikat għal fondi ta' l-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsistu dawn il-proġetti? X'inhi r-raġuni li dawn ma ġewx aċċettati?