Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22937 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Mosta — pagamenti lil perit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-Kunsill Lokali tal-Mosta f'kemm kienu jammontaw il-pagamenti kollha li saru lill-perit, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fis-sena 2009 u 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Perit tal-Kunsill Lokali tal-Mosta tħallas l-ammont ta’ €21,404.02 għas-sena 2009 filwaqt li għas-sena 2010 tħallas l-ammont ta’ €45,729.28
Leg 11 PQ #22939 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilll Lokali Mosta — bini ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-infiq li għamel il-Kunsill Lokali tal-Mosta fis-sena 2008, 2009 u fl-2010 f'ħidma ta' bini ta' toroq ġodda u għoti ta' tarmac? Jista' jagħti l-ismijiet ta' toroq li saru f'dawn is-snin imsemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul l-2008 u l-2009 il-Kunsill Lokali tal-Mosta ma għamilx xogħlijiet relatati mal-bini tat-toroq fil-lokalità. Intant matul is-sena 2010 saru parti minn Triq id-Dawr bi spiża ta’ €17,186.74, Triq l-Antinni bi spiża €84,422.46 u Triq il-Wied bi spiża ta’ €30,580.07.
Leg 11 PQ #22945 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardamanga — dawl f'Telgħet Gwardamanga

Question

Peress li fin-naħat ta' Gwardamanga żdiedet sew il-kriminalità anke minħabba ċ-ċentru Detox fil-viċinanza, jista' l-Prim Ministru jara li jiddawwal aħjar Telgħet Gwardamanga fl-inħawi tal-kamra mortwali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Pieta qed jikkunsidra s-suġġeriment tal-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #22968 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DCC u Bord tal-Appell — każi deċiżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22055 u jgħid xi transizzjoni se jkun hemm mill-bordijiet tad-Development Control Commissions u l-Bordijiet tal-Appell meta jidħlu fis-seħħ l-Environmental and Planning Commissions u t-Tribunal tal-Appelli? Jista' jgħid liema huma l-każi li se jkunu deċiżi mill-bordijiet l-antiki u dawk ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nireferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 22055.
Leg 11 PQ #22970 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema: The Strand — Operaturi kummerċjali

Question

Billi għad hemm disgwid bejn operaturi kummerċjali li għandhom l-uffiċini tagħhom ġo The Strand, Sliema (faċċata tal-vapuri tal-Harbour Cruises) rigward l-allokazzjoni ta’ ticketing booths fuq il-bankina faċċata tal-uffiċini tagħhom f’The Strand, Sliema, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta hix se tfassal xi policy jew linji gwida, jew jekk hix se tagħmel xi allokazzjonijiet għas-sajf li ġej sabiex jiġu evitati disgwidi ulterjuri u aktar proċeduri legali fil-Qorti bejn l-operaturi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Twegiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22978 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema ta' Finanzjament għall-Attivitajiet Kulturali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22755 u jgħid kemm kienet it-talba ta’ kull kunsill lokali li applika għall-fondi taħt l-Iskema ta’ Finanzjament għal Attivitajiet Kulturali 2011, kemm ġew allokati fondi għal kull kunsill lokali li applika, u x’kienet il-projezzjoni ta’ infiq għall-attività li għaliha saret it-talba ta’ kull kunsill lokali? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-punti, kategorija b’kategorija, li ngħata kull kunsill lokali li applika taħt din l-iskema, dejjem jekk intużat sistema ta’ punti fl-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet, u b’liema mod din issarfet fil-fondi li ingħata kull kunsill lokali, u f’każ li ma ntużatx sistema ta’ punti, x’sistema intużat, u b’liema mod din is-sistema wasslet għall-allokazzjoni ta’ fondi li kull kunsill lokali ingħata taħt din l-istess skema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

.Ninforma lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall Mistoqsija Parlamentari nru. 22755. (Vide PL 6401 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta 1 ta’ Frar 2011 f’Seduta 308)
Leg 11 PQ #23021 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — skema ikkwotata miċ-Chairman

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma dak li ġie kwotat mic-Chariman tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fil-ħarġa ta' The Sunday Times datat 1 ta' Awwissu 2010 li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qegħda taħdem fuq skema u nikkwota "which will regularise their position following a screening process, intended to prevent people taking advantage" u dan in vista li hemm każijiet ġenwini li jistgħu taħt din l-iskema jiġu solvuti mingħajr bżonn ta' bdil fil-binja u danni strutturali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23047 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali t'Għawdex — ward clerical assistants

Question

Peress li matul is-snin 1998 u 1999, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienu ġew impjegati numru ta' ward clerical assistants u peress li l-grad ta' dawn hu marbut ma' salarju fi skala 18 (massimu għas-sena 2011 - €10,884) u għalkemm is-salarju tal-bidu kien żdied b'seba' increments ta' €191 kull sena, kontra dak li normalment isir fi gradi fi skali żgħar - fejn dawn jistgħu javanzaw bejn skala jew tnejn - dawn il-ward clerical assistants wara 12-il sena, għadhom fi skala 18 u peress li l-maġġoranza ta' dawn il-ħaddiema għandhom abilitajiet li mhumiex jiġu utilizzati, abilitajiet li fi żmien tal-lum jistgħu jkunu anke mezz essenzjali ħafna għal servizz aħjar mogħti mill-isptar, jista' l-Prim Ministru jara li l-job description ta' dawn l-impjegati tiġi aġġornata fis-sens li jiżdiedulhom aktar doveri, li jinkludu data inputting u użu ta' sistemi tal-IT u fl-istess ħin tinħoloq sistema ta' allowance skont id-doveri varji li dawn il-ħaddiema jkunu jwettqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22154 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' bnadar

Question

B’referenza għal dak li ħareg fir-rapport tal-Awditur Ġenerali in konnessjoni ma xiri ta’ bnadar mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2009, jista' l-Prim Ministru jgħid b’liema mod l-ordni għax-xiri ta’ bnadar bi prezz li kien iktar mid-doppju ta’ dak offrut mis-supplier li miegħu kien hemm diġa' kuntratt għax-xiri ta’ bnadar simli, ingħatat mill-uffiċċju tiegħu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Jista' jgħid min kienet il-persuna mill-uffiċċju tiegħu li tat din l-ordni lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li ta l-Viċi Prim Ministru f’ Mistoqsija Parlamentari 22161.
Leg 11 PQ #22188 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

road blocks mill-armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il road block saret mill-armata matul is-sena 2010 u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks? Kemm-il persuna li kienet qed iġġorr droga, jew affarijiet misruqa jew xi attività illegali oħra nqabdet f'dawn ir-road blocks?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul 2010 l-armata għamlet wieħed u għaxrin vehicle check point f’lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Dawn ic- check points irriżultaw fi tnejn u tletin persuna suspettati li kkommettew kontravenzjonijiet minuri u/jew f’suspett ta’ pussess ta’ sustanzi llegali.
Leg 11 PQ #22376 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Consumer Division

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Consumer Division fil-Ministeru tal-Finanzi dwar programmi li ġew imxandrin minn service providers f'Malta mingħajr ma kellhom id-drittijiet legali biex jagħmlu dan? L-element ta' kumpens għall-konsumaturi se jiġi kkunsidrat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qed janaliizza x-xandir tal-imsemmija programmi fi sfond tal-poteri li jagħtih l-Att l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378). F’ dan l-istadju l-elementi kollha relevanti qed jiġu kkunsidrati inkluż l-eventwali kumpens lil konsumaturi milquta.
Leg 11 PQ #22507 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

persuni li qagħdu f'akkomodazzjoni kollettiva f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ persuni residenti Malta u ta’ turisti barranin flimkien li qagħdu f’akkomodazzjoni kollettiva f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 'l hawn? Jista’ jagħti ukoll għall-istess perjodu kemm kien in-numru ta’ persuni residenti Malta u turisti barranin li qagħdu fl-istess akkomodazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tista’ tiġi miksuba mil-websajt tal-Uffiċju tal-Istatistika permezz ta’ dan il-link: http://www.nso.gov.mt/statodc/document view.aspx?id=2855&allEditions=true
Leg 11 PQ #22508 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Akkomodazzjoni Kollettiva f'Malta u Għawdex — tul medju ta' jiem

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu t-tul medju ta’ jiem li residenti Maltin u turisti barranin flimkien qattgħu f’akkomodazzjoni kollettiva f’Malta u Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Jista’ jgħid ukoll kemm hu t-tul medju ta’ jiem li residenti Maltin u turisti barranin qattgħu f’akkomodazzjoni kollettiva fl-istess perjodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tista’ tiġi miksuba mil-websajt tal-Uffiċju tal-Istatistika permezz ta’ dan il-link: http://www.nso.gov.mt/statodc/document view.aspx?id=2855&allEditions=true
Leg 11 PQ #22509 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

laqgħat u konferenzi internazzjonali li nġabu Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa/konferenza internazzjonali nġabet Malta minn entitajiet governattivi u parastatali kull sena mill-2003 ‘l hawn? Liema kienu dawn il-laqgħat/konferenzi? Kemm kien in-numru ta’ parteċipanti barranin f’kull laqgħa/konferenza? Kemm minn dawn il-laqgħat/konferenzi nżammu f’Għawdex u f’liema snin saru? Kemm kien in-numru ta’ parteċipanti barranin f’kull waħda minn dawn il-laqgħat/konferenzi f’Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.Interpellant teħtieġ ħafna ħin u riżorsi biex tinġabar. Għaldaqstant ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba. Madanakollu, niġbed l-attenzzjoni għal skema li daħħal il-Gvern fl-2009 sabiex jgħin biex jinġiebu konferenzi mis-Settur Pubbliku lejn pajjiżna.
Leg 11 PQ #22647 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Banjijiet Rumani u Katakombi ta' Bistra — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk inbediex xi xogħol minn dak identifikat li għandu jsir f'Għajn Tuffieħa (Banjijiet Rumani) u l-Mosta (Katakombi ta' Bistra)? Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux xi applikazzjonijiet għall-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li beda xogħol preliminari fuq il-Banjijiet Rumani (Għajn Tuffieħa) u fuq il-Katakombi ta’ Bistra (il-Mosta). Infurmat illi x-xogħol li għaddej huwa konness ma preparazzjoni tat-tenders u studji tekniċi. Rigward is-sit tal-banjijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa kien hemm żewġ applikazzjonijiet: PA 2392/2009: permess 'outline' inħareġ fid-9 ta' Ġunju 2010, għal rijabilitazzjoni tal-banjijiet Rumani inkluż iċ-ċint tad-dawra u tibdil ta’ strutturi biex jipproteġu partijiet mis-sit, tindif tal-blat u twaħħil ta' tabelli ta' informazzjoni. PA 4084/95: permess maħruġ fid-29 ta' Jannar 1997 biex jinbidel iċ-ċint ta' madwar is-sit arkeoloġiku. Is-sit tal-Katakombi ta' Bistra fil-Mosta kien suġġett ta' żewġ applikazjonijiet: PA 2389/2009: permess 'outline' inħareġ fit-30 ta' Novembru 2010 għal rijabilitazzjoni tal-katakombi, bini ta’ passaġġ msaqqaf, ċint madwar is-sit u landscaping fil-qrib tas-sit. PA 7659/2006: permess inħareġ fil-21ta' Awwissu 2007 biex jibdel u jikkonverti struttura eżistenti għal ċentru tal-viżitaturi għas-sit arkeoloġiku.
Leg 11 PQ #22648 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tempji ta' Skorba — rapport dwar studju fuq l-ambejnt tal-madwar

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21686 u b'referenza għall-ħidma li tinvolvi l-kollaborazzjoni mal-Università ta' Bournemouth u l-Istitut Arkeoloġiku Ġermaniż, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk s'issa sarux xi rapporti partikolari dwar x'inhu meħtieġ li jsir dwar l-ambjent ta' madwar it-tempji ta' Skorba? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhu mistenni li jiġi implimentat minn dawn ir-rapporti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li r-rapport bir-riżultati tax-xogħol li sar f’April 2010, b’riżultat ta’ din il-kollaborazzjoni, tlesta u kien mgħoddi lis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali. Ix-xogħol li sar sa issa ma kienx jikkonċerna x’inhu meħtieġ li jsir dwar l-ambjent tal-lum madwar it-Tempji ta’ Skorba, imma kellu l-għan li tintgħażel l-aħjar metodoloġija u teknoloġija meħtieġa għar-riċerka li se ssir, sabiex nifhmu aħjar kif kien l-ambjent ta’ madwar Skorba fi Żmien it-Tempji. Din ir-riċerka mistennija titkompla fis-sajf li ġej. Jiena nfurmat ukoll li Heritage Malta, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ l-Imġarr qed tagħmel ħilitha biex tgħarraf lill-komunita’ f’din il-lokalita’ dwar x’qiegħed jiġri u x’inhu maħsub li jsir fi ħdan dan il-proġett u kwalunkwe xogħol ieħor li qed isir minn Heritage Malta f’dawn is-siti, permezz ta’ kitbiet fir-rivista tal-lokalita’ u parteċipazzjoni f’attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr.
Leg 11 PQ #22764 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — aċċess bl-ajru

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri mistennija li jittieħdu matul l-2011 mill-gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jiffaċilitaw l-aċċess bl-ajru bejn Malta u Għawdex? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu hija responsabbli li tippromwovi lill-Għawdex bħala destinazzjoni turistika. Bħala parti mix-xogħol tagħha, taħdem, inkluż b’laqgħat ma’ diversi entitajiet, biex ikun hemm aċċess dejjem aħjar bejn il-gżejjer. Il-Gvern m’għandu l-ebda talba minn operatur biex jopera servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex. Jekk issir talba simili l-Gvern lest li jikkunsidra. Sadattant il-Gvern ser ikompli jinvesti sabiex titjieb l-infrastruttura anke permezz tal-bini tat-terminal ġewwa l-Marfa.
Leg 11 PQ #22502 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul gross mit-turiżmu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul gross mit-turiżmu f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Uffiċju Nazzjonali ta-Istatistika m’ għandux informazzjoni dwar id-dħul gross mit-turiżmu f’Malta u f’Għawdex b’ mod separat.
Leg 11 PQ #22503 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

persuni li jaħdmu fis-settur turistiku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fis-settur turistiku f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum? Jista’ jaqsamhom skont is-sotto-setturi bħalma huma lukandi, ristoranti, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant tista tiġi miksuba mill-websajt tal-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika permezz ta’ dan il-link: http://www.nso.gov.mt/statdoc/document view.aspx?id=2864&allEditions=true Għal statistika fuq ‘ Gainfully Occupied in Hotels and Restaurants’ wieħed għandhu jirreferi għan-Nace code 55 fit-tabelli li tirreferi għal: Tabella 1 : Impjieg full time (total pg.3) Tabella 2 :Impjieg full time (maqsum f’kategoriji pg.5) Tabella 3 : Impjieg part time (total pg.8) Tabella 4 : Impjieg part time (maqsum f’ kategoriji pg. 9)
Leg 11 PQ #22504 Sitting 302 2011-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena mill-2004 ‘l hawn taħt: a) il-Post-Accession Structural Funds (04/06); b) il-Post-Accession Cohesion Funds (04/06); ċ) Structural Funds (07/13); d) Cohesions Funds (07/13); u e) il-Grant Funds? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.