Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22237 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — talbiet biex jiġu mgħarrqa vapuri

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex opri tal-baħar/vapuri jitnaddfu miż-żjut kollha u mbagħad jiġu mgħarrqa fil-baħar biex iservu ta' diving attraction madwar Malta u Għawdex? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet li hemm quddiem l-awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li bħalissa hemm żewġ (2) talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex opri tal-baħar/vapuri jiġu mgħarrqa fil-baħar biex iservu ta' diving attraction madwar Malta u Għawdex. Talba minnhom ġiet validata mill-Awtorità fil-15 t'April 2009 u t-talba l-oħra ġiet validata fit-8 ta' Novembru 2010.
Leg 11 PQ #22403 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skart li ġie dumped fil-Landfills pubbliċi

Question

Wara li tħabbar li l-iskart li ġie dumped fil-landfills pubbliċi naqas b'6% fis-sena 2009, jista' l-Prim Ministru jgħid permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar : X'inhi l-qagħda attwali dwar l-iskart? Qegħdin niġġeneraw aktar skart jew anqas fuq bażi ta' sena b'sena speċjalment meta wieħed iqis li ħafna pajjiżi Ewropej m'għadx għandhom rabta bejn tkabbir ekonomiku u żieda fl-iskart minħabba l-istandards qawwija ambjentali tagħhom? Fil-fatt qegħdin niġġeneraw anqas jew aktar skart C & D (construction and demolition) (total ta' skart depożitat f'landfills pubbliċi, dawk privati u fil-baħar) kif ukoll fir-rigward ta' non C & D waste (li jinkludi skart li qed jiġi riċiklat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond l-aħħar figuri miġbura mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jidher li kien hemm tnaqqis medju ta’ għoxrin fil-mija (20%) fuq bażi ta' sena b'sena fl-ammont totali ta’ skart li ġie iġġenerat mis-sena 2004 sa l-2009. Dan it-tnaqqis globali huwa primarjament riżultat tat-tnaqqis fl-ammont ta’ skart iġġenerat mis-settur tal-kostruzzjoni u demolizzjoni mis-sena 2004 sa l-2009. Infatti l-ammont ta’ skart minn dan is-settur naqas b’medja ta’ erbgħa u għoxrin fil-mija (24%) bażi ta' sena b'sena mis-sena 2004 sa l-2009. Dawn il-figuri huma t-total ta' skart depożitat f'landfills pubbliċi, dawk privati u fil-baħar. Dan it-tnaqqis huwa dovut għal diversi fatturi fosthom l-impatt ekonomiku fuq is-settur tal-kostruzjoni kif ukoll minħabba l-fatt li d-data għas-sena 2009 ta’ skart idepożitat fil-‘inert landfills’ privati għadha qed tiġi iffinalizzata. Fir-rigward ta’ skart muniċipali jidher li kien hemm żieda medja ta’ tnejn fil-mija (2%) bażi ta' sena b'sena mis-sena 2004 sa l-2009. Mis-sena 2008 għal-2009 jiriżulta li kien hemm tnaqqis ta’ erbgħa fil-mija (4%) fl-ammont ta’ skart muniċipali depożitat fil-landfills pubbliċi, u żieda ta’ tletin fil-mija (30%) fl-ammont ta’ skart muniċipali rriċiklat. Dan it-tnaqqis ta’ erbgħa fil-mija (4%) fl-ammont ta’ skart muniċipali depożitat fil-landfills pubbliċi m’għandux ikun konfuż mat-tnaqqis ta’ sitta fil-mija (6%) ta’ skart li ġie depożitat fil-landfills pubbliċi. Dan għaliex it-tnaqqis ta’ sitta fil-mija (6%) hija figura globali li tinkludi skart muniċipali u kull tip ta’ skart ieħor depożitat fil-landfills pubbliċi.
Leg 11 PQ #22730 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MSA — tkabbir ta' prodotti agrikoli b'sistema organika

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa li kienu ċertifikati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards bħala li qed ikabbru prodotti agrikoli bis-sistema organika, fejn ma jintuża l-ebda bexx jew mezzi artifiċijali ta' tkabbir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi b’ kollox hemm ħdax il-individwu li jkabbru prodotti agrikoli b’ sistema organika.
Leg 11 PQ #22780 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li jaħdmu l-MDP Għawdex

Question

Peress li l-ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu fl-impjant tal-Malta Dairy Products Għawdex ilhom ormai snin twal ġejjin u sejrin Malta u dan b'inkonvenjent kbir tenut kont tal-fatt li ħafna minnhom mhumiex ta' età żgħira, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal dawn il-ħaddiema biex jerġgħu jiġu jaħdma Għawdex stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22782 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — inkjesti/investigazzjonijiet u stħarriġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru inkjesti/investigazzjonijiet/stħarriġ interni f’kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi? Jista' jgħid in-natura tal-każ? Jista' jgħid id-dipartiment konċernat u l-kariga tal-persuni involuti, jekk itteħdux passi dixxiplinarji/legali u jekk ġew sospiżi xi nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MTA — Christmas tree fid-daħla tal-Berġa tal-Italja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet il-Christmas tree bl-armar b'kollox, li ġiet armata fid-daħla tal-Berġa tal-Italja, jiġifieri fejn hemm l-uffiċini tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Christmas tree li qed issir referenza għaliha hi l-istess siġra li ntużat fis-sala tal-Meditteran ghall- Konferenzi waqt il-Concero di Natale u li sussegwentement intramat fil-Berġa ta’ l-Italja minflok intremiet. Id-dekorazzjonijiet għal din is-siġra swew euro 337.79 u dawn ġew merfugħa biex jintużaw is-sena d-dieħla.

MTA — lista ta' diretturi, senior managers u managers

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-diretturi, senior managers u managers u x-xogħol fil-kompitu tagħhom fi ħdan l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jista' jgħid x'inhuma s-salarji tagħhom, kif ukoll fringe benefits u allowances?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

MTA — promozzjonijiet tal-impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi promozzjonijiet ingħataw lill-impjegati tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta mis-sena 2008 sal-lum, skont id-dati ta' meta ngħataw, il-karigi, l-impjegati partikolari u r-raġuni għalxiex ingħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta ohra

Kunċert tal-MTV

Question

Jista' l-Prim Ministrun jgħid jekk il-kunċert tal-MTV hux se jerġa' jittella' din is-sena? Jekk se jittella' kemm se jiġi jiswa? Kemm swew il-kunċerti li ttellgħu fis-snin li għaddew, wieħed wieħed, skont is-sena? Jista' jgħid x'riżultat inkiseb għan-nefqa li saret? Kif ġie kkalkulat ir-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

MTA — Media Consulta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Media Consulta ingħatatx xi xogħol matul is-sena 2010 mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, x'xogħol ingħatat u kemm tħallset biex għamlet dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22836 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Avviż legali fuq ID Cards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-gvern għal darb'oħra reġa' għadda avviż legali ftit tal-jiem ilu li bis-saħħa tiegħu implimenta fictio iuris li bis-saħħa tagħha, l-ID Cards skaduti ġew resi validi sal-aħħar ta' Diċembru ta' din is-sena? Jaħsibx li miżura bħal din m'għandhiex mis-sewwa tenut kont id-dettal kbir li jidħlu fih kemm il-Kostituzzjoni tagħna (Kapitlu 6) u l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali biex jassiguraw proċess elettorali trasparenti u nadif?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, billi l-avviż legali preċedenti rigward il-validita’ tal-karti tal-identita’ (A.L. 28/2010) stabbilixxa l-31 ta’ Diċembru, 2010, bħala d-data estiża tal-validita’ tal-karti tal-identita’ li skadew u billi l-proċess tal-bdil ġenerali għall-karti tal-identita’ l-ġodda mistenni jibda fl-aħħar kwart ta’ din is-sena u mistenni jieħu ċirka tnax-il xahar, ħareġ l-avviż legali indikat (A.L. 1/2011) li l-iskop tiegħu hu biss li jissana l-validita’ ta’ karti tal-identita’ li jiskadu qabel l-aħħar ta’ din is-sena, billi jawtorizza il-validita’ tagħhom sal-31 ta’ Diċembru, 2011.
Leg 11 PQ #22876 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġgantija — Ċentru għall-Viżitaturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar s’issa kull sena mill-2008 sal-lum fuq il-ħolqien ta’ Ċentru għall-Viżitaturi u fuq titjib ġenerali taż-żona tal-Ġgantija? Kemm kienet in-nefqa fuq kull item ta’ xogħol, eċċ. li sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Grant Agreement għall-proġett ko-finanzjat mill-Fondi Reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropeja (ERDF032 – Archaeological Heritage Conservation Project), li jinvolvi xogħol fuq it-Tempji tal-Ġgantija, it-Tempji ta’ Ħal Tarxien u l-Katakombi ta’ San Pawl, b’valur ta’ €9.2miljuni, kien iffirmat fil-5 ta’ Mejju 2009. Tul l-2008 saru t-tħejjijiet għal diversi tenders għax-xogħlijiet u studji imsemmija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal dak li jirrigwardja lill-Ġgantija, matul l-2009 ix-xogħol iffoka fuq ix-xiri ta’ proprjeta` privata fiż-żona tal-Park Arkeoloġiku tal-Ġgantija, sabiex is-sit magħżul għall-bini taċ-Ċentru tal-Viżitaturi jkun jista’ jingħaqad mat-Tempju nnifsu. Barra minn hekk, is-sit li fuqu ser jinbena iċ-Ċentru tal-Viżitaturi ġie mdawwar b’ fence sabiex ikun jista’ jibda skav arkeoloġiku fis-sit sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx fdalijiet arkeoloġiċi. Irriżulta li s-sit jista’ jiġi żviluppat. Fl-2009 ġie organizzat ukoll konkors ta’ disinn, li għalih kien hemm tlettax-il sottomissjoni. Permezz ta’ dan il-konkors intagħżel id-disinn (u l-Perit) ghaċ-Ċentru tal-Viżitaturi, kif ukoll it-tisbiħ u t-titjib tal-park arkeoloġiku. Għaldaqstant saret applikazzjoni l-MEPA fuq dan l-iżvilupp u l-permess inħareġ fl-4 ta’ Novembru 2010. Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti sabiex joħroġ tender tax-xogħolijiet għal valur ta’ madwar €2 miljuni. Ix-xogħolijiet mistennija jibdew fit-tieni nofs tal-2011. Fl-2009 ukoll inħareġ tender u ingħata kuntratt sabiex issir analiżi dettaljata tal-istruttura tat-tempji infushom. Dan l-studju għadu għaddej. Għaldaqstant, kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, s’issa ingħataw kuntratti li komplessivament jiswew madwar €350,000, minnhom diga’ tħallsu madwar €225,000. Barra minn hekk, fl-istess ħin fit-Tempji tal-Ġgantija għaddej xogħol ieħor iffinanzjat mill- Vodafone Foundation u li jammonta għal €202,000. Dan ix-xogħol jinkludi: l-installazzjoni ta’ stazzjon għall-moniteraġġ ambjentali, kameras tas-sigurta, l-installazzjoni ta’ screens b’interpretazzjoni diġitali, u passaġġi fit-tempji li se jiffaċilitaw l-aċċess għall-viżitaturi. L-ewwel tliet komponenti tlestew fl-2011, filwaqt li x-xogħol fuq il-passaġġi se jitlesta fl-2011.
Leg 11 PQ #22877 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett — Closer to Europe

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar matul l-2010 f’Malta u f’Għawdex separatament taħt il-Proġett ESF 4.94 – Closer to Europe? Kemm kienet in-nefqa f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa li saret s’ issa fuq il-Proġett ESF 2.94 Closer to Europe kienet l-aktar ta’ natura pubbliċitarja, speċjalment rigward sejħiet għall-offerti bl-appalt u għalhekk m’ hemmx nefqa separata għal Malta u għal Għawdex.
Leg 11 PQ #22878 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skemi għal proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm entrapriżi privati Maltin u Għawdxin separatament gawdew mill-Iskema għal Proġetti minn Entrapriżi Privati għal Turiżmu Sostenibbli 2007-2013 ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea taħt kull waħda mit-tliet sejħiet li ħarġu s’issa? X’inhuma l-proġetti li twettqu/għandhom jitwettqu f’Malta u f’Għawdex separatament taħt kull sejħa? X’inhu l-valur totali taħt kull sejħa ta’ dawn il-proġetti li twettqu f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta ohra
Leg 11 PQ #22882 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — sejħa għal offerti għal resurfacing fi Vjal il-Ħelsien

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21065, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali ħariġx is-sejħa għall-offerti sabiex isir xogħol ta' resurfacing fi Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk l-istess kunsill għandux data ffissata (target date) sa meta din is-sejħa għall-offerti se toħroġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ mistenni joħroġ it-tender għal Vjal il-Ħelsien sa tmiem Jannar 2011.
Leg 11 PQ #22891 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — impjegati full-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22697 u jikkonferma jekk hemmx impjegati mal-kunsilli lokali full-time li ddaħħlu f'dawn l-aħħar 12-il xahar u fl-istess waqt dawn il-persuni qed jagħtu servizz taħt forma ta' kuntratt lill-istess kunsill li impjegahom? Jista' jgħid jekk hemmx iktar talbiet pendenti f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru.22697. (Vide PL 6399 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta 1 ta’ Frar 2011 f’Seduta 308)
Leg 11 PQ #22892 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Onorarja tas-Sindki

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22695 u jikkonferma jekk iż-żieda fl-onorarja tas-Sindki hux se tkun qed tiżdied awtomatikament fl-allokazzjoni tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nireferi lill-Onor.Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 22695. (Vide PL 6399 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta 1 ta’ Frar 2011 f’Seduta 308)
Leg 11 PQ #22893 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22696 u jagħti informazzjoni dwar kemm hemm u liema huma l-kunsilli lokali li daħħlu magħhom fis-sena 2009, 2010 u 2011 impjegati direttament minn barra s-sistema fejn l-ewwel jintalbu persuni mill-kunsilli lokali stess, imbagħad mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jgħid x' kienu r-raġunijiet biex sar dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Twegiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22897 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — voti approvati li ma ġewx utilizzati

Question

B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li t-Teżor għadu ma ffinaliiżżax iċ-ċifri għas-sena sħiħa tal-2010, għadha ma saritx rikonċiljazzjoni taċ-ċifri finali. Għaldaqstant, risposta tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22929 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pietà — Triq Joe Gasan - arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22605 u ċioe: Peress li fin-naħat ta' Gwardamanga/Blata l-Bajda żdiedet sew il-kriminalità, anke minħabba ċ-ċentru Detox fil-viċinanzi, jista' l-Prim Ministru jara jekk jistax jitwaħħal arblu tad-dawl fejn il-bandli tal-Pietà, fuq in-naħa ta' Triq Joe Gasan, Ħamrun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ta struzzjonijiet lill-Kunsill Lokali konċernat biex l-inħawi ndikati mill-Onor.Interpellant jiddawwlu kif meħtieġ.