Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1510 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx database mill-Gvern dwar kemm hawn SMEs f'Malta u f'Għawdex? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ s-SME’s f’Malta u f’Għawdex huwa kif jidher f’din it-tabella:
2007
Micro
(1-9)
Żgħar (10-49)
Medji (50-249)
Total
Total Malta
33,112
1,207
280
34,599
Total Għawdex
1,986
87
6
2,079
Total
Gross
35,098
1,294
286
36,678
Jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq il-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Small Business Act, u b'mod speċifiku jekk il-gvern għandux pożizzjoni fuq ir-rakkmandazzjonijiet kollha msemmija fl-10 prinċipji elenkati fil-COM (2008) 394 tad-19 ta' Ġunju, 2008? Jista' jagħti tweġiba fuq kull rakkmandazzjoni waħda, waħda jekk għandu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ta’ min jinnota li d-dokument ‘Small Business Act’ huwa biss komunikazzjoni b’lista ta‘ ‘best practice recommendations’ biex jassistu lil SMEs. Il-Kelma ‘Act’ fl-isem hija simbolika u ma timponi ebda obbligazzjoni legali lil membri tal-UE biex jimplimentaw dawn ir-rakomandazzjonijiet.
Madanakollu Malta Enterprise tifhem is-sens u l-valur ta’ dawn ir-rakomandazzjonijiet u fil-fatt numru tajjeb minnhom (ara lista) diga’ qegħdin jiġu prattikati. Oħrajn ġodda qed jiġu diskussi u ppjanati.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ rakomandazzjonijiet applikabbli għal ME u deskrizzjoni qasira ta’ azzjonijiet relatati li qiegħda tagħmel l-ME.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti li hemm għand it-Joint Office biex jinfeda ċ-ċens ta' propretajiet residenzjali u kummerċjali rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi jien infumat li sat 30 ta’ Ġunju 2008 l-Uffiċċju Konġunt irċieva 5360 applikazzjoni għall-fidi ta’ ċens jew xiri ta’ proprjetajiet residenzjali taħt l-iskema prezenti. Minn dan l-ammont baqa 2837 applikanti li, għalkemm il-maġġoranza tagħhom irċevew is-somma li biha jistaw jixtru il-fond jew jifdu ċ-ċens impost fuqu, għad irid jiġi ippublikat il-kuntratt relatat.
M’hemm l-ebda skema għal talbiet ta’ fidi ta’ ċnus fuq proprjeta’ kummerċjali u għaldaqstant, l-Uffiċċju Konġunt ma jzommx tali statistika dwar dawn il-proprjetajiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1989,1747 u 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1747.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu biljetti mill-Gozo Channel għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex xahar xahar minn Awwissu 2007 sal-lum lill-:
a) Passiġġieri residenti f’Għawdex bla vettura;
b) Passiġġieri residenti f’Għawdex bil-vettura;
c) Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bla vettura; u
d) Passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin bil-vettura?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-Baħar bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-Opinjoni Motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti Komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhija l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ? Il-ħaddiema tal-kumpanija Gozo Channel li jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom ma’ din il-kumpanija qed jinżammu informati bl-iżviluppi li qed ikun hemm u dwar x’inhuma l-prospetti għalihom dwar l-impjieg tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil għall-Avviż Legali Nru 150 tal-1995 (dwar l-industrija fid-djar – cottage industry)? Jekk sar, meta? X’inbidel mill-Avviż Legali? Kemm nies ibbenefikaw mit-tibdil li sar?
Investigazzjoni dwar xiri ta uniformijiet tal-iskejjel
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li ordna ssir dwar ix-xiri tal-uniformijiet tal-iskejjel? Jikkonferma li kien wiegħed li l-investigazzjoni kellha tintemm qabel il-bidu ta' sena skolastika li digà bdiet u allura l-uniformijiet laħqu nxtraw?
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid min ibbenefika minnhom, x'kienet is-somma u r-raġuni għaliex ingħatat din is-somma?
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pjan ta' Ħidma tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment
Question
Filwaqt li nfaħħar l-inizjattiva li ħa l-Ministeru li jorganizza Micro Enterprise and Business Support Unit, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li l-Ministeru jippubblika pjan ta' ħidma li fiha jidhru l-inizjattivi li l-Ministeru qed jieħu biex janalizza issues li qed jiltaqgħu magħhom self employed u sidien ta' negozi żgħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għal fini ta’ korrettezza l-isem tal unit li twaqqaf huwa MICRO BUSINESS SUPPORT UNIT, u mhux kif ġie referut fil-mistoqsijja.
Rigward il-pubblikazzjoni ta’ pjan ta’ ħidma b’inizjattivi favur is-
self-employed
u negozji zgħar, il-Ministeru għadu kif waqqaf
Enterprise Policy Directorate,
li bħalissa qed ifassal l-istrateġija adekwata ta’ kif dawn l-istess inizjattivi jkunu magħrufa, diskussi, u magħmula accessibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus li s'issa rċeviet Malta mill-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn il-flus kienu għal proġetti tal-Gvern u kemm għal individwi jew organizazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fondi li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea kienu ta’: minn Diċembru, 2000 sa April 2004 €12,953,120.70; u minn Mejju 2004 sa Ġunju 2008 €349,055,289.15. Dawn kienu għal proġetti tal-Gvern fejn il-benifiċċjarju huwa l-Gvern innifsu. L-unika eċċezzjoni hija fil-każ tal-Fondi Strutturali, fejn għalkemm il-proġetti huma kollha sottomessi minn Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, il-benifiċċjarji jistgħu jkunu fost l-oħrajn individwi, organizazzjonijiet jew kumpaniji privati. Ta’min jinnota wkoll illi anke fl-ambitu ta’ fondi strutturali, l-gvern huwa l-beniffiċċjarju ewlieni tal-proġetti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'logħob bħal lottu, tombla u Super 5 matul is-sena 2005, 2006 u 2007? Jista' jgħid jekk teżistix statistika ta' fejn sejra t-trend? Jekk iva, l-poplu Malti sar jilgħab aktar flus fil-lottu, tombla, Super 5, eċċ jew naqqas il-logħob?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika miġbura mill-Awtorita’ tal-Lotteriji u Logħob hija din:
Sena
Lottu
Super 5
U*Bet
Quick Keno
Scratchers
Tombla Kummerċjali
Total
€
€
€
€
€
€
€
2005
27,720,975
29,038,157
11,074,983
1,486,208
1,552,212
3,478,002
74,350,536
2006
29,084,176
24,177,998
12,276,786
3,732,521
1,218,699
6,949,644
77,439,826
2007
29,375,608
25,340,487
10,424,068
4,095,165
1,024,557
7,077,055
77,336,941
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1484 u 1126 u jgħid kemm hemm ħaddiema/persuni in ġenerali li jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bħalissa? Kemm minnhom huma self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1126.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern talbet lid-Dipartiment għal-Bini u Tiswija ta’ Djar sabiex, wara li jeżamina l-każ, jieħu l-passi li jkunu xierqa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu t-tenders għall-ġardini li hemm fil-Housing Estate ta' l-Istabal, f'Hal Qormi minħabba li uħud minnhom jinsabu fi stat abbandunat? Jista' jagħti indikazzjoni meta dawn it-tenders se jinħarġu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’kollox hemm ħamsa u ħamsin (55) ġardini (side gardens) fil-Housing Estate ta’ l-Istabal f’Ħal Qormi. Disgħa (9) minn dawn il-ġardini m’humiex mikrija, iżda jista’ jagħti l-każ li hemm ġardini li huma mikrija u qed jinżammu fi stat ta’ abandun. It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ser tara liema minn dawk mikrija huma fi stat ta’ abandun, filwaqt li ser tħaffef il-proċess sabiex toħroġ sejħa għall-offerti ħalli d-disgħa (9) li hemm vojta, jiġu mikrija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2007 u fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena? Kemm kien hemm kontijiet ta' depożitu u ta' self rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Deskrizzjoni
Perjodu
31-Dec-07
Total deposits (€ 000’s)
577,097
Number of accounts (actual)
86,378
Total loans and advances (€ 000’s)
313,987
Number of accounts (actual)
5,268
Deskrizzjoni
Perjodu
31-Mar-08
Total deposits (€ 000’s)
584,586
Number of accounts (actual)
85,260
Total loans and advances (€ 000’s)
323,434
Number of accounts (actual)
5,992
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1393 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lili u cioe' jekk ir-riforma fuq id-dazju ta' l-importazzjoni tal-vetturi ssir, jista' jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jagħti refund lill-importaturi ta' l-istess vetturi second hand jekk dawn jinqabdu b'numru ta' vetturi fl-imħażen tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi vetturi li ġew importati jew li ġew irreġistrati wara 1 ta’ Jannar 2008 għandhom l-għazla li jiġu rreġistrati taħt is-sistema ta’ reġistrazzjoni u liċenzjar il-ġdida u l-Gvern jirrifondi it-taxxa tar-reġistrazzjoni li tkun tħallset żejda. Din ir-rifużjoni tkun tikkonsisti fi krediti li jingħataw kontra l-ħlas annwali tal-liċenzja.