Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu nies mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Marzu tal-2008? Jista' jagħti dettalji ta' kemm nies daħlu f'kull Direttorat/Unit eżempju:
1) Direttorat tal-Corporate Services: a) Human Resources, b) Support Services, ċ) Accounts Section, d) ICT, e) Mapping, f) Mail Room, g) Front Desk, h) eċċ.?
2) Direttorat tal-Protezzjoni tal-Ambjent: a) Unit A, b) Unit B, ċ) Unit C, d) Unit D, e) Unit E, f) EUMA, g) eċċ.?
3) Direttorat tal-Ippjanar: a) Development Services, b) Enforcement Unit, ċ) Forward Planning Division, d) eċċ.?
4) Chairman Block: a) DCC Secretariat, b) Chairman's Office, ċ) eċċ.
Kif ukoll, id-data li ġie impjegati fiha kull impjegat, f'liema grad daħal/daħlet jaħdem/taħdem u jekk daħlux b'xi skema offruta mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabelli bid-dettalji mitluba.
Nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 15 il-
Secretarial Assistants
li kienu bis-
service agreement
u li mlew il-postijiet vakanti meta spiċċaw.
Tajjeb ngħid ukoll li fl-istess perjodu spiċċaw minn mal-MEPA 49 ħaddiem.
Jikkonferma l-Prim Ministru li minkejja li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena għajr għall-ġimgħa tax-xahar ta' Ġunju, s-soċjetà Green MT ma kellhiex permess jew awtorità mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tagħmel hekk, xorta waħda baqgħet topera l-istess skema u tagħti servizzi ta’ waste management u dan bi ksur dirett tal-artikolu 6 ta’ l-Avviz Legali 337 ta’ l-2001? Jikkonferma li fl-istess perjodu Green MT Ltd saħansitra rkuprat 'il fuq minn sitt elef tunnellata ta’ skart minn wieħed u erbgħin kunsill lokali differenti ġewwa pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 21222.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet qed tmur kontra kull prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq, meta minkejja li l-liċenzja li ġiet maħruġa lis-soċjetà Green MT Ltd inħarġet fil-25 ta' Ġunjun 2010, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha kontra dak li jsir is-soltu tat permess lill-istess kumpanija sabiex tkopri l-obbligazzjonijiet tal-membri tagħha b’effett mill-1 ta' Jannar 2010 u sabiex tirrapporta l-attività tagħha tal-irkupru u riċiklaġġ tal-iskart fil-perjodu meta l-istess skema kienet qed topera b’mod allegatament illegali?
Jekk dan huwa minnu, ma jaħsibx li dan imur kontra l-permess innifisu għaliex fl-istess liċenzja hemm indikat illi l-permess huwa validu mill-bidu tas-sena 2010 u għaldaqstant b’dan l-aġir l-istess awtorità kienet b’mod konxju qed tissanzjona attivitajiet illegali altru minn proċess pubbliku u trasparenti kif qal fi stqarrija riċentement Ministru tal-Kabinett tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 21220.
Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu — programm ta’ investiment
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-programm ta’ investiment tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta u kemm hu maħsub li se jqum dan l-investiment? X’kien il-prorgamm tal-investiment is-sena li għaddiet, x’sar minnu u x’kienet in-nefqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul l-2010 l-Awtorita’ tat-Turiżmu għamlet dan l-investiment fil-prodott turistiku:
1. Immanijġar tal-Bajjiet (Beach Management)
Fl-2010 l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) ħadet ħsieb l-immaniġjar ta’ sitt bajjiet ġewwa Malta:
·
Il-Bajja ta’ San Gorg (Paceville) - fl-2010 reġgħet ingħata l-unur ta’ blue flag;
·
Buġibba Perched Beach - din il-bajja fl-2010 ingħatata l-unur ta’ blue flag għall-ewwel darba;
·
Mellieħa Bay (Għadira) - fl-2010 din il-bajja ingħatat l-unur ta’ beach of quality;
·
Golden Bay – - din il-bajja ingħatat l-unur ta’ beach of quality;
·
Font Għadir / Exiles (Sliema) - proġett pilota li beda din is-sena fejn l-MTA immaniġjat għall-ewwel darba bajja bil-blat.
·
Qawra Point (Qawra) - proġett pilota li beda din is-sena fejn l-MTA immaniġjat għall-ewwel darba bajja bil-blat.
B’kollox l-MTA nefqet madwar €500,000 f’immaniġjar ta’ dawn il-bajjiet. Dan l-investiment kien jinkludi:
·
Tisbieħ tal-prodott;
·
Interventi biex tiżdied
l-aċċessibilita’ għall-għawwiema;
·
Installazzjoni ta’ prodotti bħall-bins għas-separazzjoni tal-skart u safety poles;
·
Sinjali informattivi;
·
Servizzi addizjonali ta’ toilets fuq il-bajjiet;
·
Xogħlijiet ta’ tranġar u manutenzjoni;
·
Servizz ta’ beach supervisors;
·
Servizz ta’ lifeguards;
·
Organizzazzjoni ta’ attivitajiet;
·
Studji
·
Promozjoni fuq gażż
etti u media oħra.
Apparti dan, l-Awtorita’ għenet ukoll lil Gaia Foundation billi kkontribwiet fondi biex dawn setaw joffru servizzi ta’ lifeguards f’Għajn Tuffieħa u r-Ramla l-Ħamra ġewwa Għawdex, għajnuna li tammonta aktar minn €26,000.
2. Tisbieħ tal-prodott kostali (Coastal Upgrading)
L-MTA din is-sena għamlet tlett interventi għall-għawwiema u għaddasa. Wieħed sar fl-area ta’ Fond Għadir – Exiles (Slie
ma), l-ieħor f’Qawra Point (Qawra) u ieħor ġewwa Wied iż-Ż
urrieq, Qrendi
Proġett - Fond Għadir sa Exiles - Intervent ta’ madwar €280,000.
Progett Qawra Point - Intervent ta’ madwar €205,000.
L-interventi kienu mmirat
i biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu walkways, slielem u ttranġar ta’ passaġġi. Fiż-żewġ ż
on
i l-MTA nefqet madwar €40,000 oħra fuq proġetti ta’ tisbiħ taż-żoni billi twaħħ
lu pjanti, sar xi landscaping u twaħħlu bankijiet u bins għas-separazzjoni tal-skart.
Proġett Wied iż-Ż
urrieq – Intervent ta’ madwar €150,000. L-i
nterventi kienu mmirati biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu slielem għall-ghaddasa, twaħħ
il ta’ railings, dwal, bins u ttranġar ta’ passaġġi.
3. Proġetti f’ż
oni rurali (Rural Tourism)
Fl- 2010 il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affar
ijiet Rurali (MRRA) approva proġett taħt il-fondi rura
l tal-Unjoni Ewropeja (EAFRD) għall-tisbieħ f’ż
oni rurali. Dan il-proġett għandu valur ta’ €1.6 mil
jun (Vat eskluż
a).
B dan il proġett l-MTA se tinvesti f’numru ta mixjiet rurali li jkopru l-parti mix-Xlokk għall-lbiċ ta Malta. Barra minn hekk se jsiru wkoll numru ta interventi infrastarturali bil-għan li dawn il postijiet ikunu iktar accessibli għal publiku. Ftit mill lokalitajiet li fihom se jsiru interventi huma:
·
Marsascala
·
Marsaxlokk
·
Siġġiewi
·
Qrendi
·
Ż
urrieq
·
Safi
·
Baħrija
·
Mtaħleb
·
Girgenti
·
Dingli
Apparti dan l-MTA ser tkun qed terga tinvesti f’numru ta’ mixjiet li kienu gew varati fl-2002. Dawn il-mixjiet ikopru parti sostanzjali minn Malta u xi mixjiet f’Ghawdex.
4. Diving Master Plan
L-MTA ser tkompli tinvesti fil-prodott kostali u marittimu għax temmen fil-potenzjal ta’ dan il-proġett. Matul din is-sena tlesta il-proġett ta’ tisbieħ f’Wied
iż-Żurrieq, proġ
ett ta’ madwar €150,000
li kien jinkludi titjieb fl-aċċessibilita’ għal fuq ix-xatt u għal ġol-baħar kemm għall-għawwiema u għall-għaddasa, kif ukoll tranġar tal-infrastruttura uż
ata mill-operaturi li joffru servizz bid-dgħajjes u landscaping.
Apparti dan bħalissa qed isir d-‘diving master plan’ għall-Malta. Dan għandu jagħti stampa ċara tal-prodott tal-għads f’Malta kif ukoll jagħti suġġerimenti tat-titjieb li għand
u bżonn isir. Dan il-proġ
ett ser jiswa madwar €31,000
5 Tourism Zone Upgrade with Landscaped Urban Spaces and other Facilities (ERDF 033)LITIES
Bħalissa l-MTA qed timplimenta l-proġett ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. B’dan il-proġett ser isiru dawn l-interventi:
·
Bini ta’ public aquarium b’valur ta’ aktar minn €7.5 miljun;
·
Bini ta’ ġnien pubbliku ġewwa Pembroke b’valur ta’ madwar €2.1 miljun;
·
Krejazzjoni ta’ Cycle Track li tgħaqqad lil Pembroke mal-Madliena b’valur ta’ madwar €600,000;
·
Restorazzjoni tat-Torri tal-Madliena b’valur ta’ madwar €155,000;
·
Tisbiħ tal-promenade ta’ San Pawl u l-krejazzjoni ta’ cantilevered gallery b’valur ta’ madwar €1.6 miljun
Ħafna minn
dawn it-tenders għalqu u l-bidders ġew mażula filwaqt li ftit oħrajn qegħdin fil-fażi finali tal-proċess. Ix-xogħlijiet mistennija jibdew sal-aħħ
ar tas-sena.
6 Beach Replenishment
L-MTA bħalissa għaddejja fuq proġett ta’ tkabbir (replenishment) ta’ bajja artificjali ġewwa x-Xemxija. Il-proġett, li beda aktar kmieni din is-sena, għadu fil-bidu tiegħu. S’issa l-MTA diġa ħallset aktar minn €35,000 fi studji preliminari filwaqt li ser tkun qed talloka madwar €120,000 fi studji oħra li għand
hom janaliżż
aw l-stabilita’ tal-bajja u jiddeterminaw jekk il-bajja
tistax issir u l-materjal li għandu jiġi uż
at.
7 Investiment f’lokalitajiet turistiċi
Matul l-2010, l-Awtorita’ qed tagħmel aktar minn
€29,000 f’investiment f’ż
oni rurali. Dan jinkludi interventi f’uħud minn dawn il-lokalitajiet:
Malta
·
Birgu;
·
Bormla;
·
Mellieħa
·
San Giljan;
·
San Pawl il-Baħar;
·
Il-belt Valletta;
Għawdex
·
Marsalforn;
·
L-Għarb;
·
Ħondoq ir-Rummien;
·
Wied il-Għasri;
·
Bajjiet diversi
2011
Ghall-2011 l-MTA qed tippjana li talloka ftit inqas minn €2 miljuni biex tkompli tinvesti fil-prodott turistiku. Dan l-investiment jinkludi:
·
Immaniġjar tal-bajjiet;
·
Studji biex isiru aktar bajjiet artifiċjali;
·
Tvara proġett pilota tal-Immaniġjar taċ-ċentri turistici (Town Centre Management);
·
Jitkom
plew l-implementazzjoni ta’ proġetti żgħar f’żoni turistiċi bil-għan li ngħ
inu lil kunsilli lokali u kommunitajiet tal-post biex isebbħu aktar il-prodott turistiku tagħhom;
·
Twettiq
ta’ tisbiħ tal-prodott turistiku u żieda fl-aċċessibilita’ f’żoni turisti
ċi u l-kosta ta’ Malta u Għawdex;
·
Bidu tal-implimentazzjoni tar-rakamandazzjonijiet li joħorġu mid-‘diving master plan’;
Apparti dan, l-MTA ser tkun qed tkompli l-implimnetazzjoni tal-proġett ko-finanzjati mill-EU (kemm EAFRD – tourism zone upgrading with landscaped urban spaces and other facilities b
’valur €14, 574,180 – vat inkluż
a u dak mill-EAFRD – Malta
Goes Rural – proġett ta’ tisbiħ f’ż
oni rurali b’valur ta’ €1,888,000 Vat inklu
ż
).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’dan l-istaġun tal-football l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta hux qed tisponsorja lil xi team barrani fil-kampjonati nazzjonali tal-Ingilterra, tal-Italja jew ta’ x’imkien ieħor? Jekk fl-affermattiv, liema hu t-team li qed jiġi sponsorjat u fiex jikkonsisti dan l-isponsorship?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ser tkompli bl-isponsorship ta’ Sheffield United skont il-kuntratt li ġie ffirmat f’Awwissu 2008 liema kuntratt jagħlaq fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
L-
isponsorship
jinkludi:
Logo ta’ VistiMalta.com fuq flokkijiet tal-players.
BrANDING KOMPLET FUQ L-ISTANDS – Il-bandiera ta’ Malta u riklami fuq billboards.
Filmati ta’ Malta fuq screen kbir (LCD) li jintwerew live fil-grawnd matul il-logħobiet.
Ospitalita’ professjonali bis-saħħata’ liema l-Awtorita’ tkun qed tilqa mistednin, fosthom membri nazzjonali u reġjonali tal-media, Operaturi tas-Safar (
Tour Operators)
u Aġenti tas-safar.
F’ dawn l-aħħar sentejn,
Sheffield United Football Club
organizzaw it-tħejjija tagħhom ta’ qabel l-istaġun matul ix-xhur tas-Sajf ġewwa Malta u dan sarraf f’ wasla ta’aktar minn ħames mitt
supporter
ta’
Sheffield United
fil-gzejjer tagħna;
Malta gawdiet ukoll minn riklam tajjeb f’ pajjiżi bħall-Awstralja , iċ-Ċina, l-Ungerija kif ukoll l-Istati Uniti tramite l-propjetarji tal-Klabb Ingliż kif ukoll tramite klabbs oħra li huma affiljati magħhom.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi proġetti għandha l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta llum għal San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra? Fiex jikkonsistu dawn il-proġetti? Meta bdew jitwettqu u meta hu maħsub li jitlestew? Kemm hu maħsub li se jqum kull proġett? Ladarba l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu tlesti dawn il-proġetti għandhiex il-ħsieb ta’ proġetti oħra għall-inħawi tal-Gżira, Ta' Sliema u San Ġiljan, għall-inħawi tal-Kottonera u għall-inħawi ta’ Wied il-Għajn u Birżebbuġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Xogholijet li saru / qed isiru gewwa San Pawl il-Bahar, Bugibba u l-Qawra
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għadha kif lestiet proġett ta’ tisbieħ ġewwa l-Qawra (Qawra Point). Dan l-intervent ta’ madwar €205,000 kien immirat biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu
walkways
, slielem u ttranġar ta’ passaġġi. L-MTA nefqet ukoll madwar €20,000 oħra fuq proġetti ta’ tisbiħ taż-żona billi twaħħlu pjanti, sar xi
landscaping
u twaħħlu bankijiet u
bins
għas-separazzjoni tal-iskart.
Apparti dan il-proġett, l-MTA bħalissa qed timplimenta proġett ieħor fiż-żona tal-Qawra u San Pawl il-Baħar. Il-proġett hu ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. B’dan il-proġett ser isiru dawn l-interventi:
· Bini ta’
public aquarium
ġewwa l-Qawra, b’valur ta’ aktar minn €7.5 miljun;
· Tisbiħ tal-
promenade
ta’ San Pawl u l-krejazzjoni ta’
cantilevered gallery
b’valur ta’ madwar €1.6 miljun
Interventi oħra li jifformaw parti minn dan il-proġett ser isiru fin-naħa ta’ Pembroke u jinkludu:
· Bini ta’ ġnien pubbliku ġewwa Pembroke b’valur ta’ madwar €2.1 miljun;
· Krejazzjoni ta’
Cycle Track
li tgħaqqad lil Pembroke mal-Madliena b’valur ta’ madwar €600,000;
· Restorazzjoni tat-Torri tal-Madliena b’valur ta’ madwar €155,000;
Ħafna minn dawn it-
tenders
għalqu u l-
bidders
ġew magħżula filwaqt li ftit oħrajn qegħdin fil-fażi finali tal-proċess. Xi xogħolijiet mistennija jibdew sal-aħħar tas-sena.
Xogħolijiet li saru ġewwa Ta’ Sliema u fl-akkwati.
Apparti ix-xogħolijiet pjanati għaż-żona ta’ Pembroke (imsemmija aktar ‘il fuq) ġewwa tas-Sliema l-MTA din is-sena għamlet proġett ta’ madwar €280,000 li ukoll kien immirat biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu
walkways
, slielem u ttranġar ta’ passaġġi. L-MTA nefqet ukoll madwar €20,000 oħra fuq proġetti ta’ tisbiħ taż-żona billi twaħħlu pjanti, sar xi
landscaping
u twaħħlu bankijiet u
bins
għas-separazzjoni tal-iskart.
Dan apparti nefqiet zgħar oħra biex jiġu rranġati xi affarijiet fiż-żoni li jinqalaw minn żmien għal żmien.
Proġetti maħsuba għall-futur.
L-Awtorita’ tat-Turiżmu dejjem taħdem biex ittejjeb il-lokalitajiet kollha. Fost il-proġetti ppjanati hemm il-kontinwazzjoni tal-
promenade
ta’ Paceville (magħruf bħala
Golden Mile
), kif ukoll titjieb f’żoni rurali.
Fl-2010 il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali (MRRA) approva proġett taħt il-fondi rural tal-Unjoni Ewropeja (EAFRD) għall-tisbieħ f’żoni rurali. Dan il-proġett għandu valur ta’ €1.6 miljun (Vat eskluża).
B dan il proġett l-MTA se tinvesti f’numru ta’ mixjiet rurali li jkopru l-parti mix-Xlokk għall-lbiċ ta Malta. Barra minn hekk se jsiru wkoll numru ta’ interventi infrastrutturali bil-għan li dawn il-postijiet ikunu iktar aċċessibli għal pubbliku. Ftit mill-lokalitajiet li fihom se jsiru interventi huma:
-Marsascala
-Marsaxlokk
-Siġġiewi
-Qrendi
-Zurrieq
-Safi
-Baħrija
-Mtaħleb
-Girgenti
-Dingli
Apparti dan l-MTA ser tkun qed terġa tinvesti f’numru ta’ mixjiet li kienu ġew varati fl-2002. Dawn il-mixjiet ikopru parti sostanzjali minn Malta u xi mixjiet f’Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għandhiex policy biex tattira turisti mir-Russja? Jekk iva, x'qed isir? Jekk le, qed tħejji xi policy?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li s-suq turistiku Russu huwa wieħed rilevanti għal Malta. Fil-fatt fl-ewwel disgħa xhur ta’ din is-sena ir-Russja iġġenerat 19,123 turist, żieda ta’ 29.3% fuq l-ewwel disgħa xhur tas-sena l-oħra. Mil-lat ta’ volum, ir-Russja hija l-ħdax il suq l-aktar voluminuż għal Malta u fost l-akbar mis-swieq li ma humiex fl-Unjoni Ewropeja.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu twettaq
Marketing Plan
wiesgħa fis-suq Russu li jinkludi reklamar, programm ta’ relazzjonijiet pubbliċi, attivitajiet promozzjonali, parteċipazzjoni f’fieri, kif ukoll promozzjoni konġunta mal-operaturi tal-ivvjaġġar.
Ghar-reklamar, matul l-2010 kien hemm budget li ntuża l-aktar
f’full page adverts
fil-
print media
kif ukoll fuq l-internet li attira madwar 33% tal-budget tar-reklamar. Ġeneralment ma dan ir-reklamar ġew negozjati wkoll paġni addizzjonali ta’ nformazzjoni jew
banner adverts
li nkisbu b’xejn b’kumpens għar-reklamar li jkun sar.
Apparti r-reklamar, twettaq ukoll programm sħiħ ta’ relazzjonijiet pubbliċi fuq it-televiżjoni u l-istampa. Matul din is-sena nġiebu 26 ġurnalist Russu lejn Malta. Tintbgħat ukoll medja ta’
press release
fix-xahar lill midja Russa.
Isiru wkoll attivitajiet promozzjonali. Fost dawn ta’ min isemmi bhala ezempji il-Celebrity Endorsement li sar mal-OK! Magazine f’Gunju kif ukoll receptions ghal-operaturi u gurnalisti f’Moska u St Petersburg. Dawn l-attivitajiet jirrizultaw f’exposure qawwi u posittiv ghal Malta.
Ir-Raprezentanza tal-MTA fir-Russja tippartecipa wkoll f’numru sostanzjali ta’ Fieri fir-Russja u pajjizi ohra fir-regjun. Il-lista kompleta tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tinghata wkoll importanza kbira lir-relazzjoni mal-Operaturi tal-Ivvjaggar permezz ta’ numru ta’ attivitajiet promozzjonali.
Fost dawn ta’ min isemmi relamar fuq it-Tourism and Leisure Magazine kwazi kull gimgha li huwa ko-finanzjat bejn l-MTA u operaturi differenti. Apparti dan, dawk l-operaturi li jahdmu b’commitment mat-titjiriet tal-Air Malta jinghataw exposure addizzjonali fuq ir-reklamar li jsir.
Nghinu wkoll lill-Operaturi billi nippublicizzaw l-offerti taghhom permezz tal-websajt www.maltahit.ru . Isir workshop ghall-operaturi fi Frar, kif ukoll jithallew jippartecipaw b’xejn f’numru ta’ fieri.
Kunsilli lokali — multi mhux miġbura mit-Tribunali Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx kunsilli li għandhom multi mhux miġbura li t-Tribunali Lokali ddeċieda favur tagħhom? Liema huma dawn il-kunsilli? X'inhu l-ammont tal-multi mhux miġbura ta' kull kunsill lokali sena b'sena minn mindu waqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
MEPA — Nature Protection Unit - Orkidi Piramidali ta' Malta - speċi endemika
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20160, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni biex l-orkidi piramidali jiġu rilokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 21275.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20681 u jgħid liema huma l-għodod li l-kumitati amministrattivi se jkollhom biex ikunu jistgħu jaħdmu? Jista' jgħid liema huma l-kumitati amministrattivi li għamlu użu mill-iskema li hi direttament għalihom? Fiex tikkonsisti din l-iskema? Kemm hu l-ammont tal-flus li bbenefika kull kumitat amministrattiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 20681.
MEPA — investigazzjoni fuq il-każ ambjentali tad-Dwejra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdiet l-investigazzjoni dwar il-każ ambjentali tad-Dwejra min-naħa tal-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Din ġiet imnedija minn rajh jew fuq talba tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirefferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 21696.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie approvat il-Management Plan tad-Dwerja Għawdex? Min kien responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħalissa m’hemmx Management Plan għas-sit Natura 2000 tad-Dwejra (Għawdex), liema pjan irid jiġi mfassal sa sitt snin minn meta l-Kummissjoni Ewropea tiddikjara sit bħala Site of Community Interest (SCI). Id-Dwejra ġiet dikjarata bħala SCI fl-2008, u Malta għandha sa l-2014 biex tfassal dan il-pjan. F’dan ir-rigward, il-MEPA talbet u ħadet fondi Ewropej (mill-EAFRD) biex tlesti dan il-pjan kif mitlub, u qed taħdem biex tappunta site manager mill-aktar fis permezz ta’ tender .
Għalkemm m’hemmx
Management Plan
, fid-29 ta’ Novembru 2005 ġie approvat Pjan ta’ Azzjoni, li l-implementazzjoni tiegħu kien amministrat minn
Steering Committee
appuntat mill-Ministru responsabbli għall-Ambjent f’dak iż-żmien. Dan il-kumitat qed jiġi rivedut, u se jsir
Management Board
ġdid biex jammistra s-sit Natura 2000 skont il-parametri legali stipulati mir-Regolamenti ta’ l-2006 dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se tneħħi t-trab iswed ta' grit blasting li nstab f'Wied Blandun, fil-Fgura? Għaliex dan id-dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li din l-issue ser tiġi studjata mad-Dipartiment tal-Artijiet u entitajiet oħra kkonċernati għaliex tinvolvi studju qabel tittieħed deċiżjoni fuq x’għandu jsir fuq dan is-sit.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret fuq l-oqbra storiċi f'Bulebel (Żejtun)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-qobra storiċi fiż-żona ta’ Bulebel (Zejtun) instabu waqt xogħol ta’ żvilupp fis-sena 2008. Dan l-żvilupp kien qed isir biex jinbena sptar privat, skont il-permess numru PA3472/07. Dan il-permess kien biss għat-twaqqigħ tal-bini eżistenti u tqattiegħ tal-blatt għall-pedamenti.
Skont il-permes tal-MEPA, dan l-iżvilup kien f’żona ta’ potenzjal arkeoloġiku. Għal din ir-raġuni ix-xogħol ta’ kostruzzjoni kien qed jiġi sorveljat minn arkeologu f’isem is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Waqt dan ix-xogħol ta’ sorveljanza arkeoloġika instabu 13-il qabar ta’ epoka Punika u dik Rumana.
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali irrakkomandat li dan is-sit estensiv ta’ valur arkeoloġiku ikun protett.
Is-Sovrintendenza rrakkomandat wkoll li l-binja tal-isptar tkun spustjata, sabiex is-sit arkeoloġiku jiġi protett.
Il-MEPA ħarġet Ordni ta’ Konservazzjoni Ta’ Emergenza fuq dan is-sit arkeoloġiku ġdid.
F’Diċembru tal-2008 saret laqgħa bejn uffiċjali tal-MEPA, tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u mall-iżviluppatur fejn kien deċiż li l-isptar tkun spustjata għal post ieħor dejjem fl-istess propjeta.
Il-post il-ġdid kellu jiġi investigat arkeoloġikament qabel ma’ jinħareġ permess ġdid mill-MEPA.
Sal-preżent dawn l-investigazjonijiet arkeoloġiċi f’Bulebel għadhom ma’ sarux minħabba li l-iżviluppatur ma jixtieqx ikopri l-ispejjeż ta’ dawn l-investigazzjonijiet.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri mistennija li jittieħdu matul l-2011 mill-gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jippromwovu lil Għawdex fis-suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li se jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 22452.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi transizzjoni se jkun hemm mill-bordijiet tad-Development Control Commissions u l-Bordijiet tal-Appell meta jidħlu fis-seħħ l-Environmental and Planning Commissions u t-Tribunal tal-Appelli? Jista' jgħid liema huma l-każi li se jkunu deċiżi mill-bordijiet l-antiki u dawk ġodda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjonijet għall-kontroll ta' l-iżvilupp, id-DCCs, temmew l-ħatra tagħhom nhar il-Ħamis 9 ta' Diċembru 2010. Il-Kummissjonijiet għall-Ambjent u l-Ippjanar, l-EPCs, bdew s-seduti nhar it-Tlieta 14 ta' Diċembru 2010. Sa l-aħħar ta' Diċembru, l-EPCs segwew l-prassi tas-seduti tad-DCCs bid-differenza li kienu marbuta li jikkonċedu mhux aktar minn differiment wieħed. Mill-ewwel ta' Jannar 2011, se tidħol fis-seħħ il-liġi l-ġdida u l-applikazzjonijijet li jidhru quddiem l-EPCs se jaqgħu taħt ir-reġiment il-ġdid. Applikazzjonijiet ta' qabel l-2011 li jaslu għal deċiżjoni, se jitmexxew ukoll fuq it-timeframes tal-liġi l-ġdida minn meta jintbagħat id-DPAR sad-deċiżjoni.
Rigward it-tribunal ta' l-appelli dwar ippjanar u ambjent, dan se jibda jisma każi li jidħlu wara l-ewwel ta' Jannar 2011. Il-każi l-oħra jibqgħu jinstemgħu quddiem it-tribunali kif preżentement appuntati.
L-intenzjoni hija illi l-appelli kollha li preżentement huma diferiti għal deċiżjoni ser jingħataw sa l-aħħar ta' Ġunju 2011. (dan sakemm il-Bordijiet ikunu legalment komposti).
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet fid-dipartimenti u uffiċċji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma sar l-ebda xogħol speċifiku fid-dipartimenti/uffiċċju li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Madankollu, l-Forzi Armati ta’ Malta f’dawn l-aħħar sentejn inkludew fil-pjanti tagħhom aċċess għal persuni b’diżabilità. Dan sar f’żewġ binjiet oħra fejn ser isiru xogħolijiet estensivi fuq bini eżistenti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — dipartiment/uffiċċji - lifts
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta ta' Malta għall-ittra tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-power station ta' Delimara u jippubblika ukoll il-korrispondenza li rċieva bir-risposta tal-Kummissjoni Ewropea li mhux se tkompli bl-infringement procedures kontra Malta f'dan il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-korrispondenza relatata mas-sustanza tal-infringement hija diġà fid-dominju pubbliku.