Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23161 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika li jitħallsu minn żewġ ministeri/entitatjiet? Jekk iva, kemm hemm? X'inhi d-designation tagħhom? Kemm ilhom jitħallsu b'dan il-mod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23180 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — differiment ta' applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif ġie deċiż li meta applikazzjoni titla' quddiem il-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li japprovaw jew le l-applikazzjoni għall-permessi tal-bini, u għal xi raġuni din l-applikazzjoni tiġi deferred fil-fatt id-differiment isir għall-ħamest ijiem, li jinkludu ukoll is-Sibt, il-Ħadd u l-festi pubbliċi? Billi spiss ikun hemm xi forma ta' konsultazzjoni mal-istess Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, x'se jibda jiġri meta l-persuni li magħhom ikunu iridu jsiru konsultazzjonijiet, ikunu bil-leave, morda, imsiefra jew ukoll f'każijiet fejn jkunu qed jattendu xi kors jew konferenza, kultant ukoll barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perjodu tad-diferiment huwa bħalissa ta' ħmistax-il ġurnata u mhux ta' ħamest ijiem. Għaldaqstant, minbarra li l-applikant u l-perit jirċievu direzzjoni ċara mill-EPC waqt is-seduta, li għaliha jkunu preżenti, ikollhom ukoll ħin għad-dispożizzjoni biex jikkomunikaw ma’ l-uffiċjali tal-awtorità. Il-ħamest ijiem li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma parti minn dawn il-ħmistax-il ġurnata; f'dawn il-ħamest ijiem il-Perit huwa mistenni li jemenda l-pjanti kif mitlub mill-EPC.
Leg 11 PQ #23181 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — differiment ta' applikazzjoni

Question

Billi issa ġie deċiż li s-Sibt, il-Ħadd u l-festi pubbliċi jgħoddu għal skop ta' perjodu ta' żmien (ħamest ijiem) ta' differiment, jista' l-Prim Ministru jgħid kif se jiġi assigurat li l-uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jkunu jistgħu jiġu kuntattjati ukoll f'dawn il-jiem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23180
Leg 11 PQ #22716 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Concerto di Natale — mistiedna maltin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu d-dinjitarji Maltin mistiedna għall-Concerto di Natale li xxandar fuq l-istazzjoni Rai 2?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ebda dinjitarju Malti ma ġie mistieden għall-Kunċert tal-Millied min-naħa tal-Gvern Malta peress li l-għan tal-kunċert kien wieħed filantropiku u għalhekk ma ħarġux inviti. L-attendenza kienet bil-ħlas.
Leg 11 PQ #22791 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumpanija A&E Mintoff — kuntratti minn kunsilli lokali f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kuntratti ngħatat il-kumpanija A&E Mintoff mill-kunsilli lokali f'Għawdex? Minn liema kunsilli ngħataw dawn il-kuntratti, fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, f'liema data ngħata kull kuntratt u kemm kien il-valur ta' kull kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22798 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — trasferiment ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intalbu trasferimenti minn ħaddiema fid-dipartiment/uffiċini li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sitt xhur u kemm minnhom intlaqgħu? Jista' jgħid minn liema dipartiment intalab it-trasferiment u għal fejn sar it-trasferiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.

MTA — party tal-milied

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min ħallas għal-party tal-Milied li sar fil-bini tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jekk ħallset l-awtorità, min kien mistieden?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma sar l-ebda party tal-milied iżda f’ Diċembru saru drinks ad unur erba’ impjegati tal-awtorità li laħqu l-età tal-irtirar. L-impjegati kollha tal-awtorità kienu mistiedna jattendu.
Leg 11 PQ #22946 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ID card

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22525 li saret lill-Ministru għall-Infrastruazzjoni, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jara li impjegati tal-ID card iċemplu lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tilfet l-ID card u tixtieq li xi ħadd immur id-dar jagħmilha ID Card oħra peress li hija ma toħroġx mid-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant illi l-persuna indikata minnu ngħatat karta tal-identità ġdida.
Leg 11 PQ #22980 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xemxija — informazzjoni rigward min jieħu ħsieb is-siġar taż-żebbuġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 22637, peress li fit-tweġiba li ngħatat qed jingħad li l-materja taqa' taħt l-uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jagħti tagħrif dwar x'kundizzjonijiet hemm imposti fuq il-Bird Life dwar l-amministrazzjoni ta' dan il-post? X'tip ta' spezzjonijiet isiru biex jiġi assigurat li dawn il-kundizzjonijiet jiġu onorati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23025 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti u skemi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22449 u 22699 u jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta hu mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu? Liema minnhom għad iridu jibdew jitwettqu? Meta mistennija jibdew u meta mistennija jkunu lesti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

persuni li għaddew mill-eżamijiet ta' skrivana mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġu impjegati dawk li għamlu l-eżami u l-interview għal skrivani mal-Gvern f Frar 2010? Kemm se jiġu impjegati minn dawk li għaddew mill-eżami u l-interview? Jekk ma jiġux impjegati issa, kemm idum validu dan l-eżami u l-interview?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari diġà ngħatat permezz tat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 19111, 19351, 21311, 21831 u W184.
Leg 11 PQ #23079 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bulebel — fdalijiet arkeoloġiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar f'dawn l-aħħar xhur fis-sit li fuqu ġewwa Bulebel limiti taż-Żejtun kien qed jinbena sptar privat u li waqt ix-xogħlijiet instabu fdalijiet arkeoloġiċi? Jista' jgħid x'instab u x'sar sabiex din is-sejba tiġi studjata u riċerkata u possibilment skavata u finalment protetta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fl-2009 waqt xogħol ta’ sorveljanza fuq żvillup f’ post ġewwa Bulebel, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali identifikat 13 il-qabar Puniku Ruman. Dan is-sit arkeoloġiku importanti huwa protett skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. Bi qbil mal-MEPA dan is-sit huwa propost li jiġi protett b' skala għolja ta' skedar b' grad B. F' diskussjonijiet li saru bejn l-iżvulupatur, il-MEPA u s-Sovrintendenza ġie deċiss li l-pożizzjoni tal-iżvilupp propost għandhu jiċċaqlaq biex ma' sierx ħsara lill-fdallijiet arkeoloġiċi. L-iżviluppatur propona post ġdid ġewwa Bulebel fejn jista jiġi mċaqlaq dan l-iżvilupp. Fix-xhur li ġejjin għandhu jibda xoġħol ta’ investigazzjonijiet taħt id-direzzjoni tas-Sovritendenza, biex jiġi stabilit b’ mod konklusiv jekk il-post il-ġdid huwiex adattat mill-aspett tal-patrimonju kulturali.
Leg 11 PQ #23088 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — faċilità marbuta mal-industrija tat-trobbija tal-ħut

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieħu l-passi meħtieġa biex twaqqaf l-isfreġju ambjentali li qed isir f'Selmun biex tinbena faċilità marbuta mal-industrija tat-trobbija tal-ħut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23106 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta' persuni fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21513, huwa inkluda lill-piloti tal-Air Malta mal-lista li tlabtu ta' persuni fis-Servizz Pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi iva l-piloti tal-Air Malta kienu nklużi fit-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 21513 billi jifformaw parti mis-Settur Publiku. Fil-fatt, il-Mistoqsija ma kienetx esklussiva għal informazzjoni dwar impjegati fis-Servizz Publiku, iżda għal impjegati fiċ-Ċivil, Entitajiet Governattivi, u fil-bqija tas-Settur Publiku.
Leg 11 PQ #23121 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp ta' golf course

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk skont il-pjan tal-gvern hijiex se tiġi żviluppata golf course f'Malta jew Għawdex matul din is-sena jew is-sena d-dieħla? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma bid-dettalji kollha tal-pjan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-gvern m’għandhux ħsieb li jiżviluppa golf course.
Leg 11 PQ #23123 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Casual Part-Time Cleaners

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm casual part-time cleaners impjegati fid-diversi skejjel statali? Hemm xi ħsieb li l-casual part-time cleaners impjegati mill-Kunsill tal-Iskejjel jiġu impjegati b'mod permanenti bħalma ġara fil-każ tal-part-time social assistants fid-Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ part-time cleaners impjegati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u l-Familja huwa ta’168, li 148 minnhom jaqdu d-dmirijiet tagħhom fl-iskejjel tal-Istat; u rigward l-għoti ta’ impjieg permanenti, ninforma lill-Onor.Interpellant li dan jiġi kkunsidrat skont iċ-ċirkostanzi partikolari u l-esiġenzi tas-Servizz.
Leg 11 PQ #22205 Sitting 306 2011-01-26 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies li qed jaħdmu ma' NGO — Payroll tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li huma mħallsin mill-payroll tal-gvern u qegħdin jagħmlu xogħol ma' xi NGO? Liema hija din l-NGO u kemm hemm ħaddiema li suppost għandhom xogħol maċ-Ċivil u li qed jaħdmu ma' xi NGO?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li permezz tal-policy tar-rilaxx ta’ uffiċjali pubbliċi ma’ xi Organiżżazzjoni Volontarja, skont Sezzjoni 4.9.3 tal-PSMC, bħalissa hemm sittax (16) il-persuna li huma fuq leave bi ħlas ma xi Organiżżazzjoni Volontarja. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra lista ta’ kemm hemm u ma’ liema Organiżżazzjoni Volontarja qegħdin dawn l-uffiċjali puubbliċi.
Leg 11 PQ #22431 Sitting 306 2011-01-26 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti li Malta bbenefikat minnhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti li Malta bbenefikat minnhom qabel ma ħadna l-Annex 1 status fil-qasam tal-klima permezz ta' CDM - Clean Development Mechanism - qabel ma sibna ruħna bl-obbligu li ngħinu lill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw permezz tal-fast start finance skond kif jipprovdi is-Summit ta' Copenhagen tal-klima? Kemm minnhom kienu ġew ikkunsidrati mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u kemm ġew approvati u implimentati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22433 Sitting 306 2011-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power station extension ta' Delimara

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistenni jitnieda l-proċess li jmiss biex il-power station extension ta' Delimara tkun soġġetta għall-IPPC permit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-proċess tal-varjazzjoni tal-permess tal-IPPC biex jinkludi l-estensjoni prposta fil-power station ta’ Delimara beda fi Frar tal-2010 meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-varjazzjoni ta’ dan il-permess.
Leg 11 PQ #22713 Sitting 306 2011-01-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' bnadar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22154 u ċioe: B’referenza għal dak li ħareg fir-rapport tal-Awditur Ġenerali in konnessjoni ma xiri ta’ bnadar mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2009, jista' l-Prim Ministru jgħid b’liema mod l-ordni għax-xiri ta’ bnadar bi prezz li kien iktar mid-doppju ta’ dak offrut mis-supplier li miegħu kien hemm diġa' kuntratt għax-xiri ta’ bnadar simli, ingħatatx mill-uffiċċju tiegħu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Jista' jgħid min kienet il-persuna mill-uffiċċju tiegħu li tat din l-ordni lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 22154.