B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1816, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm households f'Malta u Għawdex? Kemm hemm households f'Malta u Għawdex li ma jħallsux surcharge?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika l-istima tan-numru ta’ households fl-2007 hija ta’ 130,537 f’Malta u 10,838 f’Għawdex.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1590 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jitneħħew wires antiki (saħansitra hemm wires tar-redifusion) li hemm fi 8, Paola Road Tarxien?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar tliet snin saru ilment, sena b'sena, lid-Dipartiment tal-Konsumatur minn individwi jew gruppi kontra aġenziji ta' l-ivvjaġġar lokali? X'kienu l-ilmenti kontra dawn? X'kienu l-passi rakkmandati mid-Dipartiment tal-Konsumatur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aġenziji ta’ l-ivjaġġar huma regolati bir-Regolamenti ta’ l-2000 dwar il-Pakkett ta’ l-Ivvjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours li jaqgħu taħt l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.
Iżda d-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni, jilqa’ ilmenti mill-pubbliku sabiex ifittex kumpens meta jkun ħallas għal prodott difettuż jew servizz mhux sodisfaċenti. Peress li l-ivvjaġġar huwa servizz issir medjazzjoni mill-uffiċjali tad-Direttorat, bejn il-konsumatur u l-aġenzija sabiex jintlaħaq ftehim amikevoli biex il-konsumatur jieħu kumpens. Fin-nuqqas li jintlaħaq ftehim, il-konsumatur jista jressaq il-każ tiegħu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.
L-infurzar ta’ dawn ir-Regolamenti jsir mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni oħra mitluba mill-interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid xi sforzi saru f’dawn l-aħħar xhur sabiex flus li huma dovuti minn pajjiżna dwar it-timber carriers jingħataw mir-Russja? Jista’ jgħid ukoll kemm hija s-somma dovuta u jekk tinkludiex l-imgħax jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1299.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-twegiba parlamentari li tajt u li ġġib in-numru 2114.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ emigranti minn Għawdex u kemm emigranti ġew lura Għawdex fl-2006 u fl-2007 rispettivament, maqsumin f’nisa u rġiel?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 833.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2008 u jagħti l-ammont globali ta' persuni naturali Maltin li huma azzjonisti ta' kumpannija/kumpanniji reġistrati taħt l-MFSA? Minn dawn, kemm hu l-ammont ta' persuni li għandhom bejn 18 u 35 sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2008.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1040, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fuq ir-Regulation Tax u l-Vat dwar il-karozzi second hand? X'inhuma l-pjanijiet u r-regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ser iħabbar id-dettalji tas-sistema l-ġdida ta’ reġistrazzjoni fil-baġit li ġej. It-taxxa ser tkun imsejsa fuq il-prinċipju li karozza tħallas taxxa ta’ reġistrazzjoni skond kemm tniġġes l-ambjent u skond id-daqs tagħha. Huwa il-ħsieb tal-Gvern li jneħħi l-VAT minn fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni, kif ukoll ir-rata ta’ taxxa minima li bħalissa qed tiġi applikata fuq il-vetturi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1894 u jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji parastatali li ġew privatizzati minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti mill-1987 'l hawn? X'investiment għamlu minn dak iż-żmien 'l hawn? Jista' jgħid jekk tali investiment kienx possibli li jsir kieku ma kenux pprivatizzati? Kemm qed iħaddmu nies illum? X'ammont ta' taxxa ħallsu fuq il-qliegħ li kellhom kull sena minn dak iż-żmien 'l hawn?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja fis-sena għal kull ħaddiem tal-Valur Miżjud Gross kull sena mill-2001 sal-2007 fl-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif fi prezzijiet tas-suq kif ukoll fi prezzijiet kostanti ta-2000?
Industrija tal-manifattura — Sehem f'fieri internazzjonali - Għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija u negozju li joperaw fl-industrija tal-manifattura f’Għawdex nagħtaw għajnuna mill-MDC/Malta Enterprise biex jieħdu sehem f’fieri internazzjonali barra minn Malta, sena sena mill-1999 'il hawn? Min kienu? X’għajnuna nagħtaw? F’liema fieri ħadu sehem? Jista’ l-Ministru jagħtini l-istess tagħrif dwar kumpaniji u negozji oħra f’Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
Applikanti li jibbenifikaw għal għajnuna finanzjarja minn Malta Enterprise biex jieħdu sehem f’fieri internazzjonali barra minn Malta jistgħu jibbenifikaw taħt l-inċentivi
Trade Fair Support
u
Trade Mission Support
.
L-għajnuna li tingħata taħt dawn l-inċentivi tikkonsisti f’
cash grants
.
L-applikanti ħadu sehem fil-fieri fl-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq, Lvant Nofsani u pajjiżi oħra.
L-ismijiet ta’ l-applikanti ma jistgħux jingħataw peress li l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabelli li juru
1) In-numru t’applikanti fl-industrija tal-manifattura li bbenifikaw taħt l-inċentiva
Trade Fair Support
bejn l-2005 u l-2007 u l-ammonti ta’ għajnuna finanzjarja li irċevew;
2) U n-numru t’applikanti fl-industrija tal-manifattura li ibbenifikaw taħt l-inċentiva
Trade Mission Support
bejn l-2005 u l-2007 u l-ammonti ta’ għajnuna finanzjarja li rċevew.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji reġistrati f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2007 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena li għandhom investiment barrani? Kemm hu l-ammont totali ta’ dan l-investiment barrani?
Għawdex — Kumpaniji - Spejjeż ta' Trasport bejn Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-inċentivi li kumpaniji li joperaw f’Għawdex jingħataw għal spejjes ta’ trasport bejn Malta u Għawdex taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali jew taħt l-Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju humiex se jibqgħu jingħataw wara l-aħħar ta’ din is-sena? Jekk xi inċentivi minn dawn se jieqfu, hemm ippjanati xi skemi jew miżuri oħra li jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ għajnuna li se jsoffru kumpaniji Għawdxin? Jekk hemm, x’inhuma?
Response (FENECH, TONIO)
L-inċentivi li jingħataw lil kumpaniji fl-industrija li joperaw f’Għawdex għal spejjeż ta’ transport bejn Malta u Għawdex taħt l-Artikolu 23 ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji se jibqgħu jingħataw wara l-2008.
Din l-assistenza hija konformi mar-regoli hekk imsejħa de minimis li jaqgħu taħt għajnuna mogħtija mill-istat kif stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja.
M’hemm l-ebda ħsieb li dawn l-inċentivi jieqfu wara l-2008.
Għawdex — Malta Enterprise - nefqa fuq Kumpaniji li joperaw f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa, xahar xahar fl-2007 u sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, tal-Malta Enterprise fuq kumpaniji li joperaw f’Għawdex? Fiex kienet tikkonsisti kull nefqa? X’tip ta’ inċentivi tkopri kull nefqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa taħt l-inċentiva Industry in Gozo amministrata minn Malta Enterprise fuq kumpaniji fl-industrija li joperaw f’Għawdex fis-sena 2007 tammonta għal €615,315.31 (Lm264,154.86). Din in-nefqa ibbenefikaw minnha kumpaniji fl-industija li joperaw f’Għawdex għal spejjeż ta’ trasport bejn Malta u Għawdex taħt l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.
L-assistenza hawn fuq imsemmija ngħatat f’forma ta’ cash grants.
Din l-informazzjoni tittieħed mill-audited accounts li jissottomettu dawn il-kumpaniji lil Malta Enterprise. Bħalissa din l-informazzjoni tkun qed tinġabar u għalhekk l-informazzjoni dwar din it-tip t’assistenza minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena tkun tista’ tingħata biss wara tmien is-sena 2008.
Barra minn dawn l-inċentivi, kumpaniji fl-industrija li joperaw minn Għawdex gawdew ukoll minn inċentivi oħra tal-Malta Enterprise bħal Investment Aid Scheme, Trade Fair Promotion, Training Grants (amministrati mill-ETC) u oħrajn.
L-ismijiet ta’ l-applikanti ma jistgħux jingħataw peress li l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret VAT minn bejgħ ta' biljetti għall-attivitajiet sportivi matul is-sena 2007? Minn liema dixxiplini sportivi nġabru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tieġħu, għaliex il-figuri ta’ VAT rappurtati minn għaqdiet sportivi jinkludu wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq attivitajiet oħra li huma rraportati flimkien f’kaxxa waħda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fid-Dipartiment tal-VAT maqsuma skond il-grad?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartiment tal-VAT hemm jaħdmu 138 persuna. Dawn huma mqassma fi gradi kif spjegat hawn taħt:
Director General 1
Director 3
Assistant Director 6
Principal 22
PRO 1
Assistant Principal 20
Programmer II (IT) 1
Officer i/c Minor Staff 1
Executive Officer 17
Senior Clerk 32
Senior Customs Assistant 1
Senior Postperson 4
Clerk 13
Other Industrial Grades 7
Mail Inspector 1
Mailing Officer 1
Group III 3
Casuals/Part-timers/Trainees 2
On loan/Contract 2
138
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2302 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jinfurmani jekk għadhomx jiġu mportati mufflers- cioe' dak l-apparat li jitwaħħal mal-mutur biex jagħmel iktar ħoss fis-sewqan? Jekk le, kemm ilha li twaqqfet l-importazzjoni tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġew importati minnhom din is-sena u jekk humiex aċċettati għall-fini ta' ambjent minħabba n-noise pollution? X'kontrolli hemm fuqhom? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq kontravvenzjoni ta' ħoss eċċessiv minn dawn il-muturi bil-mufflers?