Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23409 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — informazzjoni dwar case load

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2009? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati; Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi; Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati; Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata? Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2009, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: · Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u · Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23410 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — informazzjoni dwar case load

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta Dicembru 2008? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati; Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi; Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati; Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata? Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata, jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2008, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: · Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u · Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23411 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — informazzjoni dwar case load

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2007? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati; Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi; Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati; Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata? Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2007, il-Board ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: · Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u · Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Twġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22358 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għall-bini ta' postijiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-bini ta' postijiet ġodda matul is-sena 2010? Jista' jgħid kemm-il unit sejra tinħoloq permezz ta' dawn il-permessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' permessi li ħarġu għal-postijiet ġodda matul is-sena 2010 kien ta' 1,311. Permezz ta' dawn il-permessi se jinħolqu 4,444 unit.
Leg 11 PQ #22632 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied Għomor — tindif regolari

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21781 u ċioe: Billi minkejja li ftit ilu kien sar tindif ta' Wied il-Għomor faċċata ta’ Ugo Carbonaro Str., San Ġwann, xorta waħda għad hemm ħafna tankijiet taż-żejt imsaddin flimkien ma' skart ieħor goff, jista' l-Prim Ministru jara li ssir tindifa oħra mill-ġdid u idealment fuq bażi regolari, għalkemm napprezza li dan jiddependi ukoll fuq il-koperazzjoni tal-pubbliku in ġenerali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li dipartimenti kkonċernati se jitolbu lil min hu resposabbli sabiex issir it-tindif meħtieġ.
Leg 11 PQ #23038 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Gvern — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22498 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dettalji ta’ kemm hemm impjegati fis-Servizz Publiku jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Gvern, maqsumin bejn Malta u Għawdex sena b’ sena, minn Diċembru tas-sena 2010, jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23039 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija 22504 u jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena mill-2004 ‘l hawn taħt: a) il-Post-Accession Structural Funds (04/06); b) il-Post-Accession Cohesion Funds (04/06); ċ) Structural Funds (07/13); d) Cohesions Funds (07/13); u e) il-Grant Funds? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23133 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema li jaħdmu l-MDP Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22780 u ċioe: Peress li l-ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu fl-impjant tal-Malta Dairy Products Għawdex ilhom ormai snin twal ġejjin u sejrin Malta u dan b'inkonvenjent kbir tenut kont tal-fatt li ħafna minnhom mhumiex ta' età żgħira, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal dawn il-ħaddiema biex jerġgħu jiġu jaħdmu Għawdex stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23134 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — inkjesti/investigazzjonijiet u stħarriġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22782 u jgħid kemm saru inkjesti/investigazzjonijiet/stħarriġ interni f’kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi? Jista' jgħid in-natura tal-każ? Jista' jgħid id-dipartiment konċernat u l-kariga tal-persuni involuti, jekk itteħdux passi dixxiplinarji/legali u jekk ġew sospiżi xi nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23190 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini

Question

Billi spiss qed jiġri li applikazzjonijiet għall-permessi tal-bini ma jkunux intbagħtu quddiem l-uffiċjali responsabbli mis-sanità tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u dan għaliex ikunu rakkmandati għal rifjut, imbagħad meta dak li jkun jitla' quddiem il-bordijiet responsabbli mill-approvazzjoni jew le tal-permess ikollhom bżonn clearance tas-sanità, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi necessarji biex kull applikazzjoni tintbagħat quddiem l-uffiċjali responsabbli mis-sanita, għaliex altrimenti minħabba s-sistema ta' deferral wieħed, ta' ħames t'ijiem biss (inkluzi s-Sibtijet, Ħdud u festi pubblici) il-periti mhux qed ikollhom ċans li jagħmlu x-xogħol li jkun mitlub minnhom fil-ħin, bil-konsegwenza li l-applikazzjoni partikulari tigi rifjutata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà ttieħdu l-passi neċessarji biex l-applikazzjonijiet jintbagħtu lill-uffiċjal tas-sanità qabel ma jiġu referuti għad-deċiżjoni.
Leg 11 PQ #23201 Sitting 309 2011-02-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal tal-Konsumaturi — każijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 22871 fejn intqal li kien hemm 359 każ li ġie deċiz li minnhom 267 inqatgħu favur il-konsumatur, 92 favur il-kummerċjant u li hemm 243 każijiet pendenti, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt id-diviżjoni tkomplix issegwi dak li jiġri minn dawn il-każijiet wara li jinqatgħu, biex jigi aċċertat li s-sentenzi jiġu esegwiti? Kien hemm każijiet fejn id-divizjoni ħasset il-bżonn li tieħu passi ulterjuri kontra l-kummerċjanti li nstabu ħatja, iżda ma esegwewx is-sentenza kontrihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-dipartiment jibqa’ isegwi l-kazijiet billi wara l-għoxrin ġurnata fejn wieħed jista' japella mid-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tintbagħat l-ewwel ittra flimkien ma’ kopja tas-sentenza sabiex tfakkar il-kummerċjant li jrid isegwi s-sentenza. Jekk wara xahar minn din l-ittra l-kummerċjant ikun għadu ma ħallasx lill-konsumatur tintbaghat it-tieni ittra. Kif jagħlqu t-tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal u l-kummerċjant ikun għadu ma ħallasx, jinbdew il-proċeduri legali kontrih skont l-Artiklu 25A ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Bejn Jannar u Diċembru, 2010 kien hemm 58 kummerċjant li ma onorawx is-sentenza tat-tribunal. Minn dan in-numru, 30 ġew onorati meta tressqu il-qorti; 5 weħlu multa u 23 każ għadhom pendenti.
Leg 11 PQ #22591 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Environmental Agency — targets

Question

Fid-dawl tar-rapport tal-European Environmental Agency dwar emissjonijiet, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta laħqitx it-targets tagħha għal NOx u SO2? Jekk le, ma taħsibx li jekk ma nilħqux il-miri tagħna rigward sulphur dioxide emissions dan għandu jitqies bħala wieħed inkwetanti ġaladarba ilna li qlibna għal-low sulphur fuel aktar minn sitt snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandha il-MEP A jidher li s-"ceiling" għad-dijossidu tal-kubrit mhux ser jinqabeż filwaqt illi l-ammont totali ta' ossidi tal-ażotu ser jaqbżu ic-ceiling mogħti lill-Malta skond Direttiva 2001/ 81 /EC . Jirriżulta li r-rapport li qed jirreferi għalih l-onorevoli interpellant huwa bbażat fuq "projections" li l-MEPA stess għaddiet lill-European Environment Agency abbażi ta l-informazzjoni li kellha f'idejha dak iz-żmien. Id-data li fuqha kienu ibbażati l-"projections" kellha bżonn ta korrezzjoni fis-settur ta emissjonijiet minn "non-road mobile machinery" li irriżulta f'overestimate tal-emissjonijiet totali. Dawn il-figuri ġew riveduti u korretti mill-MEPA u il-Kummissjoni Ewropeja ġiet infurmata b'dan il-bzonn ta korrezzjoni.
Leg 11 PQ #22795 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

pubblikazzjoni tal-kuntratt tal-ismart meters

Question

In vista tad-dikjarazzjoni li saret waqt id-dibattitu tal-Mozzjoni dwar Arms Ltd, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jkun ippubblikat il-kuntratt dwar l-ismart meters?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nireferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 22794 mill-Onor.Tonio Fenech.
Leg 11 PQ #22797 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

BWSC — każijiet ta' korruzzjoni - parir tal-Avukat Ġenerali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-parir tal-Avukat Ġenerali rigward il-multa ta' 10% lill-BWSC fir-rigward tan-nuqqas ta' dikjarazzjoni fir-rigward tal- involviment tagħha u tas-sub-contractors tagħha f'każijiet ta' korruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li għandhi noqgħod nippublika pariri tal-Avukat Ġenerali mogħtija lil Gvern Malti li jistgħu jkunu fl-interess Nazzjonali.
Leg 11 PQ #22916 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — self ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma' min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #22975 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — dipartiment/uffiċċji - lifts

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22135 u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari nru.22135.

Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal skrivana mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddew minn dawk li applikaw għal skrivani mal-Gvern? Kemm se jimpjega? Meta se jimpjegawhom? Kemm idum eliġibbli r-riżultat ta' dan l-eżami biex l-individwi konċernati jiġu msejħa biex jimlew il-postijiet vakanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari diġà ngħatat permezz tat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 19111, 19351, 21311, 21831 u W184.
Leg 11 PQ #23149 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill ta' San Ġiljan — ċitazzjonijiet antiki

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21820 u jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan hux qed jibgħat ittri biex jiġbor ċitazzjonijiet antiki li ma kenux ġew imħallsa? Jista’ jgħid lil min qabbad il-kunsill ta’ San Ġiljan biex jagħmel dan u jekk ħariġx sejħa għall-offerti pubblika għal dan il-għan? Jekk fil-fatt ħarġet sejħa pubblika, jista’ jpoġġi kopja ta’ din is-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm diversi Kunsilli Lokali u Kumitati Konġunti li għaddejjin bi proċess ta’ debt collection. Fir-rigward tal-mistoqsija tiegħek, mhux il-Kunsill ta’ San Ġiljan innifsu li qed jagħmel dan il-proċess. Dan il-proċess qed isir b’mod kollettiv mill-kunsilli lokali kollha li jiffurmaw parti mill-Kumitat Konġunt tal-Lvant. Infurmat ukoll li kull Kumitat Konġunt għandu kuntratt mas- service provider tas-sistema tal-infurzar lokali, liema kuntratt jipprovdi għal debt collection , fejn il-kuntratt stess jirrikjedi li dan il-proċess irid ikun disinjat u maqbul mal-klijent. Dan il-kuntratt jistabilixxi li m'hemm l-ebda fee tas-servizz mogħti mis- service provider tas-sistema tal-infurzar lokali. Għalhekk hemm biss third party fees li jkunu maqbula u aċċettati mill-kunsill lokali jew mill-Kumitat Konġunt rispettiv .
Leg 11 PQ #23157 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22764 fejn qal li jekk issir talba minn operatur biex jopera servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex il-Gvern lest li jikkunsidraha, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex lest li jagħti sussidju għat-tħaddim ta’ dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-limiti permessi mil-liġi, l-gvern jikkunsidra talbiet għall-parteċipazzjoni publika f’servizz ta’ trasport bl-ajru bejn Malta u Għawdex każ b’ każ u skont ir-riżorsi u l-prioritajiet tal-ġurnata.
Leg 11 PQ #23158 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EIA — terminal tal-Marfa

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22764 fejn qal li l-Gvern se jkompli jinvesti sabiex titjieb l-infrastruttura anke permezz tal-bini tat-terminal ġewwa l-Marfa, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Gvern iddeċieda li jibni terminal ġewwa l-Marfa? Sar xi Environment Impact Assessment għal dan it-terminal? X’inhuwa l-iskop u l-bżonn li jinbena dan it-terminal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.