Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabbret taxxa tas-sisa fuq id-diversi tipi ta' fuel importati f'Malta għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 (Jannar sa Ġunju)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-taxxa tas-sisa fuq id-diversi tipi ta’ fuel importati f’Malta għas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 (Jannar sa Settembru) hija kif jidher fit-tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil għall-Avviż Legali Nru 150 tal-1995 (dwar l-industrija fid-djar – cottage industry)? Jekk sar, meta? X’inbidel mill-Avviż Legali? Kemm nies ibbenefikaw mit-tibdil li sar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kienx hemm tibdil fil-kontenut u l-assistenza mgħotija permezz ta’ l- Avviż Legali Nru 150 ta’ l-1995 (dwar l-industrija fid-djar – cottage industry), ħlief l-Avviż Legali 425 tal-2007 dwar l-introduzzjoni tal-Euro.
Investigazzjoni dwar xiri ta uniformijiet tal-iskejjel
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li ordna ssir dwar ix-xiri tal-uniformijiet tal-iskejjel? Jikkonferma li kien wiegħed li l-investigazzjoni kellha tintemm qabel il-bidu ta' sena skolastika li digà bdiet u allura l-uniformijiet laħqu nxtraw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qabel xejn nixtieq nikkjarifika li dak li nieda l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kien stħarriġ ex officio sabiex jagħmel evalwazzjoni tas-suq. Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ ġew analizzati u sussegwentement l-Uffiċċju ħareġ b’diversi rakkomandazzjonijiet. Bħalissa r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju qed jiġu evalwati mill-awtorita konċernata u għaddejjin taħdidiet dwar dan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati tal-Malta Enterprisemaqsumin skond il-grad? Jista' jagħti break-down tal-ħaddiema maqsumin bejn min qala' sa €15,000, sa €30,000, sa €40,000 jew aktar, għas-sena 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi kif jidher hawn taħt:
Malta Enterprise staff complement as at today
Grade
No. of Employees
CEO
1
Chief Officers
3
Heads
18
Managers
30
Senior Executives
18
Executives
17
Support Officers
5
Messengers/Drivers
3
Housekeeper
1
Total Employees
96
Fis-sena 2007 mal-Malta Enterprise kien hemm 100 impjegat u kienu maqsumin hekk:
Min qala' sa €15,000
Min qala' sa €30,000
Min qala' sa €40,000
12Min qala’ aktar minn €40,000 6
(LM 6,440)
(LM 12,880)
(Lm 17,172)
13
69
TOTAL 100
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-settur li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-popolazzjoni barranija f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 ‘l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-popolazzjoni barranija f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2000 ‘l hawn hija kif tidher f’din it-tabella:
Popolazzjoni barranija f’Għawdex mill-2000 sal-2007
Sena
Popolazzjoni barranin f'Ghawdex
2000 691
2001 822
2002 958
2003 1,030
2004 1,209
2005 1,134
2006 1,387
2007 1,460
Nota:
Is-snin 2000 sal-2005 huma bbażati fuq iċ-Ċ
ensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 1995
Is-snin 2006 u l-2007 huma bbażati fuq iċ-Ċ
ensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2005
L-informazzjoni għas-sena 1999 ma tistax tingħata għaliex sa l-1999 l-popolazzjoni barranija kienet tinġabar għal Malta u Għawdex flimkien.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-funzjonijiet li qed iwettaq l-Uffiċċju tad-Dwana f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk dan l-uffiċċju hux se jibqa’ miftuħ is-sena kollha, inkluża anke x-xitwa?
Response (FENECH, TONIO)
Cust 45/08/29
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-funzjoni li qed iwettaq l-Uffiċċju tad–Dwana f’Għawdex tirrigwarda primarjament il-ġbir tad-dokumenti neċċessarji ta’ dawk il-jottijiet li jkunu ġejjin jew sejrin, minn u għal pajjiżji li m’humiex membri ta’ Unjoni Ewropea. Dan l-uffiċċju huwa fdat ukoll mis sorveljanza fl-inħawi.
Deċiżjonijiet dwar il-perjodi li fihom l-uffiċċju għandu jinżamm miftuħ jittieħdu mill-
Management
skond l-eżigenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund lill-għaqdiet/soċjetajiet matul is-sena 2007 u Jannar, Frar, Marzu 2008 xahar b'xahar? Lil min ingħataw f'kull każ u għal liema kawża? Jista' jgħid jekk f'kull każ saritx investigazzjoni u jekk kull xogħol li għalih ingħataw il-fondi sarx verament? Xi prova intalbu, u jekk hemmx każi fejn il-fondi ntefqu mhux għall-kawża oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lista sħiħa ta’ l-Organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn fondi mill-Fond għall-Kawżi Ġusti xahar b’xahar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Kumitat għall-Fond tal-Kawżi Ġusti ħa ħsieb illi l-fondi li ngħataw dejjem tqassmu skond il-proġett propost fl-applikazzjoni. Għal dan il-għan intalbu rċevuti fiskali jew dokumenti oħra relevanti li rriflettew l-implimentazzjoni ta’ l-istess proġetti. Ma jirriżultax illi kien hemm xi każ fejn il-fondi ma ntefqux għall-iskop propost mill-organizzazzjonijiet li applikaw għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett (salarju u benefiċċji oħra) li ngħata liċ-chairman il-ġdid kemm tal-M.E, kif ukoll tal-M.I.P. separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Chairman tal-Malta Enterprise (Kategorija A) u dik ta’ Chairman tal-Malta Industrial Parks (Kategorija B) huma okkupati t-tnejn mill-istess individwu. F’dan il-każ il-ħlas ikun dak ta’ Chairman ta’ Korporazzjoni f’Kategorija A biss cioè €16,305.10, filwaqt illi hu intitolat għal użu ta’ karozza uffiċjali.
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar liema flus jitqiegħdu fil-Fond għall-Kawżi Ġusti? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' flus li bħalissa jinsab f'dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-flus li jitqegħdu fil-Fond ghall-Kawżi Ġusti jiġu minn persentaġġ mit-taxxa tal-lotteriji nazzjonali u minn numru ta’ premjijiiet li jibqgħu ma jinġabrux. (Att dwar Lottreriji u Logħob Ieħor; Kap 438 Sezzjoni 50 (7)).
Ikun hemm u jinżamm fid-Dipartiment tat-Teżor kont li jkun magħruf bħala "Fond tal-Lotterija Nazzjonali ghall-Kawżi Ġusti" li lilu jiġi akkreditat u mħallas il-bilanċ ta’ kreditu fil-Fond ta’ Riserva ta’ l-Awtorità dwar il-Logħob għal-Lotterija Nazzjonali mħallas mill-Awtorità lit-Teżor skond is-subartikolu (6). Il-fondi minn żmien għal żmien li jkunu akkreditu tal-Fond tal-Lotterija Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti għandhom jitħallsu mill-Ministru, mingħajr ebda approprjazzjoni ulterjuri li ma tkunx dan l-Att, lil dawk il-persuni, organizzazzjonijiet, korpi jew entitajiet oħra li jkollhom skopijiet ta’ xorta reliġjuża, filantropika, kulturali, sportiva, edukattiva, soċjali jew ċivika jew b’appoġġ ta’ kawżi oħra meritevoli, u f’dawk l-ammonti, b’dak il-mod u f’kull waqt, kif jista’ jiġi stabbilit mill-Ministru minn żmien għal żmien wara konsultazzjoni ma’ Bord ta’ Konsulenza maħtur minnu għal dak l-għan. (Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor; Kap 438 Sezzjoni 50 (7)).
Il-Bilanċ fil-Kont tal-Fond sal-31 t’Awwissu 2008 kien jaqra €165,731,29.
Jista' l-Ministru jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dawn il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 897 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jieħu l-flus dovuti mill-gvern Russu dwar timber carriers li kienu mibnija għall-kumpannija Sudoimport? Kemm huwa l-ammont li huwa dovut lil Malta? Ġie jew qed jiġi kkunsidrat li minflok ma jingħataw flus jsir ftehim u pajjiż jingħata ħwejjeġ oħra li huma meħtieġa għall-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil-Onor Interpellant illi mis-somma dovuta ta’ US$32.9 miljun li tinkludi interessi u spejjeż amministrattivi, il-Gvern Malti daħħal is-somma ta’ US$9M fuq il-vapuri Russi. Din is-somma kienet full and final settlement.
Din is-somma hija riżultat ta’ negozjati twal bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija Sudoimport, fejn il-Gvern kien assistit mid-Deutsche Bank, li kien daħal għad-dejn tal-kumpanija (factoring).
Is-somma ta’ US$9M ġiet stabbilita wara li tnaqqsu l-multi dovuti minħabba d-dewmien fil-forniment ta’ l-istess vapuri, kif ukoll tnaqqsu l-ispejjeż dovuti lid-Deutsche Bank bħala kumpens għall-
factoring
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1299 u 897 u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jieħu l-flus dovuti mill-gvern Russu dwar timber carriers li kienu mibnija għall-kumpannija Sudoimport? Kemm huwa l-ammont li huwa dovut lil Malta? Ġie jew qed jiġi kkunsidrat li minflok ma jingħataw flus jsir ftehim u pajjiż jingħata ħwejjeġ oħra li huma meħtieġa għall-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1299.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1660, 1366 u 1206 u jgħid kif u fuqhiex intefqu €116,000 maħruġin mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fuq attivitajiet għat-turiżmu f'Għawdex? Liema organiżżazzjonijiet ingħataw dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2130.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet u fundazzjonijiet filantropiċi li bbenefikaw minn għotjiet mill-Good Causes Fund?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji ta’ l-għaqdiet kollha li bbenefikaw mill-Fond Għall-Kawzi Ġusti jiġu imqiegħda fuq il-mejda tal-kamra kull sena. L-aħħar statement li ġie prezentat kien dak ta’ l-2007. Fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 283 ġew mgħotija d-dettalji mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008.
Nitlob lill-Onor. Interpellent tispeċifika jekk hemmx xi perjodu ieħor li hi interessata fih.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1372, 1159 u 933 u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus f'bolol li ħallset il-kumpanija MIDI mal-iffirmar tal-kuntratt mal-Lands Department?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 933.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1666, 1371, 1160 u 902 u jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu għas-snin 2007 u 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parmanentari numru 902.