Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Assoċjazzjonijioet tal-kannabis

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid kemm hawn assoċjazzjonijioet tal-kannabis bħalissa u kemm hemm membri f’kull waħda? Jista’ wkoll jagħti l-età (age groups) u l-ġeneru tal-membri?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Assoċjazzjonijiet tal-kannabis - Età medja tal-membri

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid x’inhi l-età medja tal-membri fi ħdan l-assoċjazzjonijiet tal-kannabis?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat għad-Djalogu Soċjali – Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tas-Segretarju Parlamentari. Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tas-Segretarju Parlamentari. Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ingaġġ ta’ Assistenti Diretturi u Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4471 u jgħid kemm ġew impjegati Assistenti Diretturi u Diretturi fl-aħħar erba’ snin, sena b’sena, kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid jekk kienx hemm min twaqqaf mill-kariga ta’ Assistent Direttur f’dawn l-aħħar erba’ snin waqt il-probation jew qabel it-terminu tal-kuntratt u kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel jekk huwa l-każ?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Daphne Caruana Galizia — Kommemorazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Gvern għadu qed jirrifjuta li jikkommemora l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia minkejja li dinjitarji minn pajjiżi oħra jagħmlu dan?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern imexxi minni dejjem wera rispett lejn il-memorja tas-Sinjura Caruana Galizia u lejn l-familja tagħħa, mhux biss fl-anniversrju tal-mewt tagħħa imma tul is-sena kollha.

Attivitajiet pubbliċi, programmi fuq il-midja/midja soċjali — Uffiċjali pubbliċi - Regoli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-regola għall-uffiċjali pubbliċi biex jieħdu sehem f’attivitajiet pubbliċi, programmi fuq il-midja jew il-midja soċjali? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ir-regoli japplikawx għall-persuni kollha fis-servizz pubbliku jew japplikawx biss għal gradi li huma kkunsidrati bħala politikament sensittivi? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar regoli f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qorti — Uffiċjali pubbliċi sospiżi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali pubbliċi li bħalissa huma sospiżi minħabba li għaddejjin proċeduri kontrihom fil-Qorti? Jista’ jgħid ukoll fuq liema bażi dawn l-uffiċjali jitħallew jirritornaw għax-xogħol jekk il-proċeduri jkunu għandhom pendenti? X’rikors għandhom disponibbli uffiċjali pubbliċi fid-dawl li l-proċeduri jistgħu jieħdu s-snin? Jista’ jqiegħed dawn il-proċeduri fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għal Għawdex — Karigi battala

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24148, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, u jgħid fil-preżent kemm hemm karigi battala ta' DGs, Diretturi, u Assistenti Diretturi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u ta’ xiex inhuma? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom battala u meta hu maħsub li jiġu mimlija? Jista' jghid wkoll hemmx il-ħsieb li fil-preżent u fil-futur qarib jinħolqu karigi ġodda ta' DGs, Diretturi jew Assistenti Diretturi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Fondi Ewropej — allokazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24881 u jgħid kemm intużaw fondi ewropej (sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda) li kienu allokati għal pajjiżna matul l-2024 u l-2025? F'liema proġetti?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Manwal tal-Proċeduri tal-Kabinett

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Manwal ta' Proċeduri tal-Kabinett?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Manwal ta' Proċeduri tal-Kabinett qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

50 Sena Indipendenza — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24256, 24667 u 24911 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tal-Indipendenza, inkluż fir-reklamar?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16938.

Mafkar għal Daphne Caruana Galizia — Mafkar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta saru l-aħħar kuntatti mal-familjari tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia dwar pjan biex isir mafkar iddedikat lilha?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’hemmx diskussjonijiet għaddejjin dwar din l-materja.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Vjaġġar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid: (a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni? (b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament? (c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma' liema kumpanija tal-ajru? (d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ? (e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema reġistrati b'diżabilità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Servizz Pubbliku huwa kommess illi jibqa’ fuq quddiem nett sabiex japplika policies u miżuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol. F’dan ir-rigward, l-Onor Interpellant għandu jkun infurmat illi, sa fejn hu permessibbli, is-Servizz Pubbliku jara li jsaħħaħ l-istatus tal-persuni b’diżabilità impjegati u jara li jkun hemm kull opportunità possibbli għall-avvanz tagħhom. Ninforma lill-Onor Interpellant ukoll illi fejn persuni reġistrati b’diżabilità ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eleġibilità f’sejħiet għall-applikazzjonijiet imma, essenzjalment, jistgħu jaqdu d-dmirijiet fis-sejħa, jistgħu japplikaw għal kunsiderazzjoni speċjali skont il-proċedura dettata mill-Manwal intitolat “Manual for Resourcing Policies and Procedures” li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra il-politika dwar l-Ugwaljanza li hija wkoll aċċessibbli online fuq is-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24379 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi. Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

50 Sena Indipendenza — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24256 u 24667 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tal-Indipendenza, inkluż fir-reklamar?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma' karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.