Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20169 filwaqt li ninfurmah li sal-bieraħ is-27 t’ April 2021 ngħataw 323,324 do¿i tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u li proċess tat-tilqim kontra l-Covid-19 għadu għaddej u wkoll miexi b’ritmu mgħaġġel.
FOndi Ewropej — nefqa mill-Ministeru għal proġetti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Sptar Mater Dei u entitajiet oħra tas-saħħa — Nursing aids u carers impjegati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nursing aids u carers impjegati l-Isptar Mater Dei u entitajiet oħra tas-saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 759 li huma uffiċjali pubbliċi u li huma mpjegati ma’ entita’ u li joffru servizzi fl-isptarijiet u dipartimenti oħra tas-Saħħa. Dawn jinkludu Assistant Care Workers, Care Workers, Health Assistants, Health Carers, Nursing Aides u Senior Health Carers.
Persuni li jbatu minn Myalgic Encephalomyelitise – vaċċin kontra l-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta persuni li huma vulnerabbli u li jbatu mill-Myalgic Encephalomyelitise ser jingħataw l-vaċċin kontra l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tilqim kontra l-Covid-19 għaddej b’ritmu mgħaġġel skont l-eta’.
Ministeru għas-Saħħa — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġb il-mistoqsija parlamentari 20488 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol.
Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant.
Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu nies mill-2015 sal-2020, imqassma bl-etajiet u s-sess tal-persuna li mietet għal kull sena u sena b'sena u jgħid ukoll kemm kienu r-rati ta' mwiet għal kull faxx ta' età diviża bin-numru ta' nies f'dik Il-faxxa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra n-numru ta’ mwiet maqsuma skont l-etajiet u s-sess tal-persuni mis-sena 2015 sal-2019. Ninfurmah ukoll illi l-informazzjoni għas-sena 2020 għadha proviżorja.
Dar Sant'Anna — kiri ta' akkomodazzjoni għall-anzjani
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jagħti flus il-Gvern lil Steward Health Care sabiex din il-kumpanija tkun tista' tikri akkommodazzjoni għall-anzjani illi nħarġu mid-Dar Sant'Anna fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20506, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha kif mitluba fil-mistoqsija speċjalment il-punti (i) - (vi)?
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20507, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb u jagħti d-dettalji mitluba, speċjalment punti (i) - (vi)?
Berġa tal-Mellieħa – servizzi relatati mal-qasam tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi relatati mal-Qasam tas-Saħħa li qed jingħataw bħalissa fil-Berġa tal-Mellieħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi offruti mid-Dipartiment tal-Kura Primarja tal-klinika fil- komunità tal-Mellieħa preżentament u temporanjament qegħdin sospiżi peress li din il-klinika qed tintuża sabiex tkun tista’ tingħata t-tilqima kontra l-Covid-19. Madanakollu persuni li kienu jużaw is-servizzi mill-klinika tal- komunità’ tal-Mellieħa setgħu u jistgħu jagħmlu dan mill-klinika fil-komunita’ tal-Imġarr, miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha, kif ukoll permezz tas-servizz tat-telemedicine.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li s-servizz ta’ speech therapist fil-Berġa tal-Mellieħa ilu xhur ma jingħata jew biex inkun aktar speċifiku hemm pazjenti li ilhom jistennew appuntament għal numru ta’ xhur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 20683.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18439 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u jgħid kemm-il fabbrika hawn liċenzjata s’issa għall-produzzjoni tal-medical cannabis?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-lum inħarġet liċenzja waħda għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u ta ’riċerka.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — proġetti tal-ESF
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tingabar.
Sptar Mater Dei — kuntratt tal-kumpanija tal-parkeġġ
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha fir-rigward tal-parkeġġi li jinsabu fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija ntgħażlitx wara sejħa pubblika għall-offerti u, jekk hu l-każ, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-adjudication report ta’ din is-sejħa? Jista' jgħid meta jiskadi l-kuntratt?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-kuntratt ingħata permezz ta’ sejħa għall-offerti u skont il-Public Procurement Regulations, ninfurmah ukoll illi l-kuntratt tal-kumpanija tal-parkeġġ msemmi minnu separatament kif ukoll l- adjudication report huwa ta’ natura kummerċjali.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadu ma ġiex imsejjaħ biex jirċievi t-tilqima kontra l-COVID-19, meta dan l-individwu hu anzjan u vulnerabbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għad ma ġewx imsejħa biex jirċievu t-tilqima kontra Covid-19, meta dawn l-individwi huma anzjani jew vulnerabbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuni msemmija separatament kollha ntbagħtilhom l-invit għat-tilqima ta’ kontra l-Covid-19.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20239, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ suwiċidji matul is-sena 2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2020 kien hemm 23 każi ta` mwiet minn suwiċidju. Peress illi l-informazzjoni kollha qed tiġi kkonfermata, din il-figura hija proviżorja.