Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha t-telecare li nqatgħet il-linja aktar minn darba u minkejja li ġew jirranġawh, reġgħet inqatgħet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru tat-telefon li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant mhuwiex bis-Servizz tat-Telecare b’hekk id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma jistax jidħol fil-problema msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — flus f'konsulenzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kemm ilha bil-pilloli Neulin/Theophylline SA 250mg out of stock u meta dawn mistennija jkunu available għall-pazjenti li jbatu bl-asthma peress li l-persuni kkonċernati ġew mgħarrfa miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li dawn ilhom out of stock f'Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment Centrali tal-Procurment u Supplies (Taqsima tas-Saħħa) għandu l-pilloli Neulin/Theophylline SA 250mg in stock. Kien hemm problema sabiex jinstab sors minn fejn tinxtara wara li żewġ tenders ġew ikkanċellati.
Jista' l-Ministru jgħid il-pazjenti, fosthom il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandhom bżonn intervent fl-irkoppa minħabba li għandhom il-ligament maqtugħ se jkollhom l-intervent indirizzat stante li ilhom is-snin jistennew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kellha żewġ irkupptejn mibdulin fis-26 ta’ Mejju 2009. Wara xi xhur instab li kellha problema fil-ligament tal-irkoppa li kien inqata' u din il-problema kienet indirizzata fil-15 ta’ Frar 2011.
Il-pazjenta baqgħet tiġi għal-visti fl-outpatients però instab li għalkemm il-problema tal-ligaments naqset, ma ġietx megħluba għal kollox. L-aħħar li din l-pazjenta ġiet għal vista kien f’Novembru 2011 fejn kien deċiz li l-irkoppa tinbidel għal waħda li hi iżjed constrained.
Il-pazjenta qiegħda fil-lista biex din issir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' CJD 2 rapportati f'Malta? Meta kienu u x'nazzjonalità kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-kondizzjoni li jista’ jkun qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija vCJD għaliex CJD2 ma teżistix fil-letteratura.
Fil-każ ta’ vCJD ma kien hemm ebda notifikazzjoni ta’ din il-kondizzjoni lil Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' helicobacter pylori ġie ttestjat matul dawn l-aħħar tliet snin f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu pożittivi? Jista' ukoll jagħti l-istess breakdown għax-xahar ta' Jannar 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-perjodu 1/1/2009 – 31/1/2012 saru 1,397 test għal H. pylori (bil-metodu Enzyme Induced Assay (EIA)), li minnhom 300 (22%) ġew rapportati li kienu pożittivi, u 227 test (bil-metodu Polynerase Chain Reaction (PCR)) li minnhom 17 (8%) ġew rapportati li kienu pożittivi.
Fil-perjodu 1/1/2010 – 31/1/2012 intbagħtu 7 testijiet oħra għal H. pylori ġo laboratorju barra minn Malta, u l-ebda wieħed minnhom ma ġie pożittiv.
F’Jannar 2012 saru 30 test għal H. pylori (bil-metodu EIA), li minnhom 5 (17%) ġew rapportati li kienu pożittivi, u 20 test (bil-metodu PCR) li minnhom 0 (0%) ġew rapportati li kienu pożittiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti tfal liċ-child guidance clinic f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm minnhom kienu bniet u subien skont l-età u minn liema lokalità ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
blood sticks taz-zokkor (diabetes) lil dawk li għandhom il-karta r-roża
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbdew jingħataw blood sticks taz-zokkor (diabetes) lil dawk li għandhom il-karta r-roża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-‘blood glucose sticks’ se jibdew jingħataw lill-pazjenti dijabetiċi tat-Tip I mingħajr limitu fuq l-età. Id-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet li ser tiżdied fil-lista ġdida ta’ kundizzjonijiet kroniċi ta’ Skeda V.
Il-liġi li temenda l-iskeda V tal-Att tas-Sigurta Soċjali (Att 1/2012) għaddiet mill-Parliament fit-3 ta’ Frar 2012, iżda għada ma ġietx fis-seħħ.
Residenza San Vinċenż de Paul — informazzjoni dwar ir-residenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel? Jista' jagħti l-informazzjoni skont l-età u l-lokalità minn fejn ikunu ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Interventi fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31802 u jgħid kemm saru interventi fl-Isptar San Luqa u f’Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011 ta'
Endoskopija;
Sistoskopija;
Gastroskopija;
Kolonoskopija;
ERCP u
Bronkoskopija?
Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu residenti f’Għawdex f’kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Operazzjoni fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31801 u jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa u f’Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011 fl-oqsma segwenti:
Kirurġija ġenerali;
Uroloġija;
Vaskulari;
Neurokirurkija;
Sider;
ENT;
Ginokoloġija;
Obstetrija;
Pedjatrija;
Kirurġija kardijaka u
Oqsma oħra?
Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu redsidenti f’Għawdex f’kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31800 dwar kemm pazjenti residenti f’Għawdex irċevew servizzi fl-Outpatients Department fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif skont il-kliniċi li attendew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32073 u jgħid jekk irċeviex xi rapporti kemm bħala Ministeru jew bħala dipartiment dwar xi tip ta' abbuż jew ieħor fuq anzjani minn djar jew residenzi li tinkludi dik ta' San Vinċenz de Paul? Jekk fl-affermattiv, x'kienu dawn ir-rapporti u x'passi ttieħdu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-1 tas-sena kien hemm żewġ rapporti ta’ suspett ta’ abbuż minn djar jew residenzi li tinkludi dik ta’ St. Vincent de Paule kif spjegat hawn:
1. Residenti ta’ sess maskili li kien suspettat li kien qiegħed jiġi abbużat finanzjarjament minn membru qarib. Dawn l-allegazzjonijiet kienu infondati.
2. Suspett ta’ negliġenza f’sala ġewwa San Vinċenz. Dan il-każ qiegħed jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32072 u jgħid x'investigazzjonijiet saru dwar serq minn numru ta' djar tal-anzjani u residenzi fosthom San Vinċenz de Paul? Kemm-il rapport daħal fil-Ministeru u/jew fid-dipartiment kkonċernat? X'passi ttieħdu dwar dawn ir-rapporti? Kien hemm xi persuni li tressqu dwar dawn is-serqiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu u jindika għal-liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija r-rata ta' ħlas li l-anzjani jħallsu għas-servizz tat-Telecare:
[a] meta issir l-istallazzjoni;
[b] il-kera kull xahar u
[c] xi ħlas ieħor?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-rati ta’ ħlas kif mitluba mill-Onor. Interpellant dwar is-Servizz tat-Telecare huma hekk:
a) Meta ssir l-istallazzjoni ma jsir ebda ħlas.
b) Il-kera għas-servizz hija ta 5 euro u 3 cents kull xagħrejn. Ma jsir l-ebda ħlas jekk persuna jkollha il-Karta r-Roza valida.
c) M'hemm l-ebda ħlas ieħor għas-Servizz tat-Telecare.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-lista ta' stennija li spiċċajna biha fl-aħħar tal-2011 għal interventi fl-għajnejn? X'tip ta' interventi huma dawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra